20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/64 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1976
tal-14 ta' Diċembru 2018
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni jeħtieġ li tadotta r-regoli ta' implimentazzjoni neċessarji biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-operat sikur tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Fid-dawl tan-natura speċifika tal-operazzjonijiet bil-gliders, hemm il-ħtieġa ta' regoli operattivi speċifiċi, stabbiliti f'Regolament awtonomu. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ir-regoli ġenerali għall-operazzjonijiet bl-ajru stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2), iżda jenħtieġ li jiġu ristrutturati u ssimplifikati, sabiex ikun żgurat li dawn ikunu proporzjonati u msejsa fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, waqt li jkun żgurat li l-operazzjonijiet bil-gliders jitwettqu b'mod sikur. |
(3) |
Għalhekk, fir-rigward tas-sorveljanza, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u fl-Anness II ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu japplikaw anki fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ajru bil-gliders. |
(4) |
Fl-interess tas-sikurezza u bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-operaturi kollha tal-gliders koperti minn dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-organizzazzjonijiet tad-disinn jew tal-produzzjoni li jwettqu ċerti operazzjonijiet, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal serje ta' rekwiżiti bażiċi. |
(5) |
Filwaqt li jitqiesu n-natura anqas kumplessa u l-iskala iżgħar tal-operazzjonijiet kummerċjali bil-gliders meta mqabbla ma' forom oħra ta' avjazzjoni kummerċjali u billi jiġi segwit approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jixraq li l-operazzjonijiet kummerċjali bil-gliders ikunu jeħtieġu biss dikjarazzjoni minn qabel lill-awtorità kompetenti, kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għal dikjarazzjonijiet bħal dawn. |
(6) |
Jekk titqies in-natura speċifika ta' ċerti operazzjonijiet u billi jiġi segwit approċċ ibbażat fuq ir-riskju, ikun xieraq li ċerti operazzjonijiet bil-gliders jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' dikjarazzjoni minn qabel. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel u sabiex il-partijiet kollha kkonċernati jingħataw żmien biżżejjed biex jippreparaw għall-applikazzjoni ta' dak ir-reġim il-ġdid, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika biss sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ. |
(8) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni u ressqitu lill-Kummissjoni bħala opinjoni (3) f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet tal-ajru bil-gliders, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Anness I u d-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“glider” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-ajru li waqt it-titjir ikun sostnut mir-reazzjoni dinamika tal-arja mas-superfiċji fissi tar-refgħa tiegħu, li t-titjir ħieles tiegħu ma jiddependix minn magna; |
(2) |
“magna” tfisser apparat użat jew maħsub biex jintuża għal glider bil-magna ta' propulsjoni; |
(3) |
“glider bil-mutur” tfisser inġenju tal-ajru mgħammar b'magna waħda jew aktar li, meta l-magna jew magni ma jkunux qed jaħdmu, ikollu l-karatteristiċi ta' glider; |
(4) |
“operazzjoni kummerċjali” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' glider, bi ħlas jew xi kunsiderazzjoni oħra ta' valur, li tkun disponibbli għall-pubbliku jew, meta ma tkunx disponibbli għall-pubbliku, li tkun imwettqa b'kuntratt bejn operatur u klijent, meta dan tal-aħħar ma għandu l-ebda kontroll fuq l-operatur; |
(5) |
“titjira ta' kompetizzjoni” tfisser kwalunkwe operazzjoni tal-ajru mwettqa b'glider għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fi tlielaq jew kompetizzjonijiet tal-ajru, inkluża l-prattika għal dawn l-operazzjonijiet u t-titjiriet minn fejn isiru t-tlielaq jew il-kompetizzjonijiet tal-ajru u lejhom; |
(6) |
“wirja tat-titjir” tfisser kwalunkwe operazzjoni tal-ajru mwettqa b'glider għall-finijiet tal-wiri jew id-divertiment f'avveniment irreklamat miftuħ għall-pubbliku, inkluż it-taħriġ għal dawn l-operazzjonijiet u t-titjiriet mill-avveniment irreklamat u lejh; |
(7) |
“titjira introduttorja” tfisser kwalunkwe operazzjoni tal-ajru mwettqa b'glider bi ħlas jew xi kunsiderazzjoni oħra ta' valur li tikkonsisti f'mawra bl-ajru b'tul ta' żmien qasir, bil-għan li jiġu attirati apprendisti jew membri ġodda, imwettqa minn organizzazzjoni ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (4) jew minn organizzazzjoni maħluqa bil-għan li jiġu promossi l-isport tal-ajru jew l-avjazzjoni ta' divertiment; |
(8) |
“titjira ajrubatika” tfisser manuvra intenzjonali li tinvolvi bidla f'daqqa fil-pożizzjonament, fil-pożizzjonament anormali, jew fl-aċċellerazzjoni anormali tal-glider, li mhix meħtieġa għal titjir normali jew għal tagħlim għal liċenzji jew klassifikazzjonijiet għajr il-klassifikazzjoni ajrubatika; |
(9) |
“post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju ewlieni jew l-uffiċċju rreġistrat tal-operatur tal-glider li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament; |
(10) |
“ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ” tfisser ftehim bejn impriżi li permezz tiegħu l-glider jiġi operat taħt ir-responsabbiltà tal-kerrej. |
Artikolu 3
Operazzjonijiet tal-ajru
1. L-operaturi tal-gliders għandhom joperaw il-glider skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.
Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-organizzazzjonijiet relatati mad-disinn jew mal-produzzjoni li jikkonformaw mal-Artikoli 8 u 9, rispettivament, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (5) u li joperaw il-glider, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-privileġġi tagħhom, għall-finijiet tal-introduzzjoni jew tal-modifika tat-tipi ta' gliders.
2. F'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-operaturi ta' gliders għandhom jinvolvu ruħhom f'operazzjonijiet kummerċjali biss wara li jkunu ddikjaraw lill-awtorità kompetenti l-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operat tal-glider.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal operazzjonijiet bi gliders li ġejjin:
(a) |
operazzjonijiet bi spejjeż maqsuma, diment li l-ispejjeż diretti tat-titjira tal-glider u parti proporzjonali tal-ispejjeż annwali mġarrba għall-ħażna, l-assigurazzjoni u l-manutenzjoni tal-glider jinqasmu bejn l-individwi abbord; |
(b) |
titjiriet ta' kompetizzjoni jew wirjiet ta' titjir, diment li l-ħlas jew kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra ta' valur għal titjiriet bħal dawn ikunu limitati għall-irkupru tal-ispejjeż diretti tat-titjira tal-glider u ta' parti proporzjonali tal-ispejjeż annwali mġarrba għall-ħażna, l-assigurazzjoni u l-manutenzjoni tal-glider u li kwalunkwe premju miksub ma jaqbiżx il-valur speċifikat mill-awtorità kompetenti; |
(c) |
titjiriet introduttorji, titjiriet għall-finijiet ta' qbiż bil-paraxut, ta' ġbid tal-glider jew ta' titjiriet ajrubatiċi mwettqa minn organizzazzjoni ta' taħriġ bil-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru li tkun imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew minn organizzazzjoni maħluqa għall-finijiet li jiġi promoss l-isport tal-ajru jew l-avjazzjoni ta' divertiment, diment li l-glider ikun operat mill-organizzazzjoni abbażi ta' sjieda jew ta' ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ, li t-titjira ma tiġġenerax profitti distribwiti barra mill-organizzazzjoni, u li titjiriet bħal dawn ikunu jirrappreżentaw biss attività marġinali tal-organizzazzjoni; |
(d) |
titjiriet ta' taħriġ, imwettqa minn organizzazzjoni ta' taħriġ li jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru li tkun imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mid-9 ta' Lulju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(3) L-Opinjoni Nru 07/2017 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tat-23 ta' Awwissu 2017 għal Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-regoli operazzjonali għall-gliders.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
ANNESS I
DEFINIZZJONIJIET
[PARTI-DEF]
Għall-finijiet tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“mezzi aċċettabbli ta' konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija sabiex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu; |
2. |
“mezzi alternattivi ta' konformità (AltMoC)” tfisser dawk il-mezzi ta' konformità li jipproponu alternattiva għal AMC eżistenti jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu li għalihom ma ġie adottat l-ebda AMC assoċjat mill-Aġenzija; |
3. |
“bdot fil-kmand” (PIC) tfisser il-bdot maħtur biex ikun fil-kmand u li huwa inkarigat iwettaq it-titjira b'mod sikur; |
4. |
“manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (AFM)” tfisser id-dokument li fih il-limitazzjonijiet operattivi applikabbli u approvati u l-informazzjoni fir-rigward tal-glider; |
5. |
“sustanzi psikoattivi” tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, bl-eċċezzjoni tal-kafeina u t-tabakk; |
6. |
“fażijiet kritiċi tat-titjira” tfisser il-ġirja tat-tlugħ, il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ, l-avviċinament finali, l-avviċinament mhux milħuq, l-inżul inkluż il-ġirja u kwalunkwe fażi oħra tat-titjira li l-bdot fil-kmand jiddetermina bħala kritika għall-operat sikur tal-glider; |
7. |
“sit tal-operat” tfisser sit, minbarra ajrudrom, magħżul mill-bdot fil-kmand jew mill-operatur għall-inżul jew għat-tlugħ; |
8. |
“membru tal-ekwipaġġ” tfisser persuna assenjata minn operatur biex twettaq dmirijiet abbord il-glider, meta ma jkunx il-bdot fil-kmand hu nnifsu, taħt l-awtorità tal-bdot fil-kmand; |
9. |
“electronic flight bag (EFB)” tfisser sistema ta' informazzjoni elettronika, li tikkonsisti mit-tagħmir u l-applikazzjonijiet għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tippermetti l-ħażna, l-aġġornament, il-wiri u l-ipproċessar tal-funzjonijiet tal-EFB b'appoġġ għall-operazzjonijiet jew id-dmirijiet tat-titjira; |
10. |
“oġġetti perikolużi” tfisser oġġetti jew sustanzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent u li huma inklużi fil-lista ta' oġġetti perikolużi fl-istruzzjonijiet tekniċi jew li huma kklassifikati skont dawk l-istruzzjonijiet; |
11. |
“struzzjonijiet tekniċi” tfisser l-aħħar edizzjoni applikabbli tal-“Istruzzjonijiet Tekniċi għat-trasport sikur ta' oġġetti perikolużi bl-ajru”, inkluż is-suppliment u kwalunkwe addenda, ippubblikati mill-ICAO fid-dokument 9284-AN/905; |
12. |
“operazzjoni speċjalizzata bil-glider” tfisser kwalunkwe operazzjoni, li tista' tkun kummerċjali jew le, bi glider li l-għan ewlieni tagħha mhuwiex assoċjati ma' operazzjonijiet sportivi u rikreattivi tipiċi, iżda operazzjonijiet bil-paraxut, titjiriet tal-midja tal-aħbarijiet, titjiriet televiżivi jew tal-films, wirja tat-titjir jew attivitajiet speċjalizzati simili; |
13. |
“lejl” tfisser is-sigħat bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta' filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta' filgħodu. L-għabex ċivili jintemm filgħaxija meta ċ-ċentru ta' wiċċ ix-xemx ikun 6 gradi taħt l-orizzont u jibda filgħodu meta ċ-ċentru ta' wiċċ ix-xemx ikun 6 gradi taħt l-orizzont. |
ANNESS II
OPERAZZJONIJIET TAL-AJRU BIL-GLIDER
[PARTI-SAO]
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
SAO.GEN.100 Kamp ta' applikazzjoni
F'konformità mal-Artikolu 3, din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn kwalunkwe operatur tal-gliders, ħlief l-organizzazzjonijiet tad-disinn jew tal-produzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1).
SAO.GEN.105 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu jew, fejn l-operatur ma għandux post prinċipali tan-negozju, il-post fejn l-operatur huwa stabbilit jew huwa residenti. Dik l-awtorità għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 skont l-Artikolu 1(7) ta' dak ir-Regolament.
SAO.GEN.110 Turija ta' konformità
(a) |
L-operatur għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, meta jintalab jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li tkun qed tivverifika l-konformità kontinwa mill-operatur skont il-punt ARO.GEN.300(a)(2) tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(b) |
Sabiex juri t-tali konformità, l-operatur jista' jirreferi għall-mezzi li ġejjin:
|
SAO.GEN.115 Titjiriet introduttorji
It-titjiriet introduttorji għandhom jiġu:
(a) |
operati skont regoli tat-titjir viżwali (VFR) binhar; u |
(b) |
sorveljati fir-rigward tas-sikurezza tagħhom minn persuna li tkun ġiet maħtura mill-organizzazzjoni li twettaq it-titjiriet introduttorji. |
SAO.GEN.120 Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza
L-operatur għandu jimplimenta:
(a) |
il-miżuri ta' sikurezza ordnati mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-punt (c) tal-punt ARO.GEN.135 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; u |
(b) |
id-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà u informazzjoni oħra obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija f'konformità mal-punt (h) tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
SAO.GEN.125 Ħatra tal-bdot fil-kmand
L-operatur għandu jaħtar bdot fil-kmand li jkun kwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand f'konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
SAO.GEN.130 Responsabbiltajiet tal-bdot fil-kmand
Il-bdot fil-kmand għandu:
(a) |
ikun responsabbli għas-sikurezza tal-glider u ta' kwalunkwe persuna jew proprjetà li jkun hemm fih matul l-operazzjonijiet bil-glider; |
(b) |
ikun responsabbli għall-bidu, għall-kontinwazzjoni jew għat-tmiem ta' titjira fl-interess tas-sikurezza; |
(c) |
jiżgura li jkun hemm konformità mal-proċeduri operattivi kollha applikabbli u mal-listi tal-kontroll; |
(d) |
jibda titjira biss jekk ikun sodisfatt li l-limitazzjonijiet operattivi kollha huma mħarsa, kif ġej:
|
(e) |
jiżgura li l-ispezzjoni ta' qabel it-titjira twettqet kif speċifikat fl-AFM; |
(f) |
ma jwettaqx dmirijiet fuq glider f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(g) |
jirrifjuta l-imbarkazzjoni jew il-ġarr ta' kwalunkwe persuna jew bagalja li jistgħu jirrappreżentaw periklu potenzjali għas-sikurezza tal-glider jew tal-persuni jew tal-proprjetà li jkunu qed jinġarru fih; |
(h) |
ma jħallix li tittella' fil-glider persuna li tidher li tkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi sal-punt li aktarx din tkun ta' periklu għas-sikurezza tal-glider jew tal-persuni li jkunu fih; |
(i) |
jiżgura li matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, il-persuni kollha abbord huma bilqiegħda u marbutin biċ-ċinturin tas-sikurezza tagħhom; |
(j) |
waqt titjira:
|
(k) |
jieћu kwalunkwe azzjoni f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li tirrikjedi deċiżjoni u azzjoni immedjata li huwa jqis meћtieġa fiċ-ċirkostanzi. F'dawn il-każijiet, huwa jista' jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti sa fejn ikun neċessarju fl-interess tas-sikurezza; |
(l) |
ma jkomplix b'titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat li jista' jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità tiegħu biex iwettaq il-kompiti tkun imnaqqsa b'mod sinifikanti minħabba mard, għeja, nuqqas ta' ossiġenu jew kwalunkwe kawża oħra; |
(m) |
jirreġistra d-data tal-utilizzazzjoni u tad-difetti kollha magħrufa jew suspettati fil-glider fit-tmiem tat-titjira, jew serje ta' titjiriet, fir-reġistru tekniku jew fil-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru; |
(n) |
jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità għall-investigazzjoni tas-sikurezza tal-Istat li fit-territorju tiegħu seħħet l-okkorrenza u lis-servizzi ta' emerġenza ta' dak l-Istat permezz tal-mezzi l-aktar rapidi disponibbli dwar kwalunkwe inċident serju jew aċċident li jinvolvi l-glider; |
(o) |
jissottometti mingħajr dewmien rapport ta' att ta' interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u jinforma lill-awtorità lokali maħtura mill-Istat li fit-territorju tiegħu seħħet l-interferenza illegali; u |
(p) |
jirrapporta mingħajr dewmien lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew kwalunkwe kundizzjoni tat-titjira li ltaqa' magħha u li tista' taffettwa s-sikurezza tal-inġenji tal-ajru oħrajn. |
SAO.GEN.135 Responsabbiltajiet tal-membri tal-ekwipaġġ
(a) |
Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq xieraq tad-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-operat tal-glider. |
(b) |
Kull membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq dmirijiet fuq il-glider jekk ma jkunx jista' għal kwalunkwe raġuni, bħal korriment, mard, medikazzjoni, għeja jew minħabba l-effetti ta' xi sustanza psikoattiva, jew jekk ma jkunx jiflaħ. |
(c) |
Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta dawn li ġejjin lill-bdot fil-kmand:
|
SAO.GEN.140 Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri
(a) |
Il-bdot fil-kmand u kull membru ieħor tal-ekwipaġġ għandhom ikunu konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta' dawk l-Istati fejn isiru l-operazzjonijiet. |
(b) |
Il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri, rilevanti għat-twettiq ta' dmirijietu, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi jew is-siti tal-operat li għandhom jintużaw u l-faċilitajiet relatati ta' navigazzjoni fl-ajru. |
SAO.GEN.145 Tagħmir elettroniku portabbli
Il-bdot fil-kmand ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device/PED) abbord glider, inkluża electronic flight bag (EFB), li jaffettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistemi u t-tagħmir tal-glider jew il-kapaċità biex iħaddmuh.
SAO.GEN.150 Oġġetti perikolużi
(a) |
Il-bdot fil-kmand ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli ġġorr oġġetti perikolużi abbord. |
(b) |
Għandhom jitqiesu awtorizzati, kwantitajiet raġonevoli ta' oġġetti u sustanzi li f'ċirkostanzi oħrajn ikunu kklassifikati bħala oġġetti perikolużi iżda li jintużaw biex tiġi ffaċilitata s-sikurezza tat-titjira, meta l-ġarr abbord il-glider ikun rakkomandat sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tagħhom għal skopijiet operattivi. |
SAO.GEN.155 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru
(a) |
Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni kollha li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji:
|
(b) |
Barra minn hekk, meta dikjarazzjoni ma tkunx meħtieġa skont il-punt SAO.DEC.100, għandha tinġarr kopja tad-dikjarazzjoni abbord kull titjira. |
(c) |
Meta ma jinġarrux abbord, id-dokumenti kollha li ġejjin, il-manwali u l-informazzjoni għandhom jibqgħu disponibbli fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat, bħala oriġinali jew kopji:
|
(d) |
Permezz ta' deroga mill-punti (a) u (b), id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni speċifikati hemm jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat għat-titjiriet:
|
(e) |
Meta mitluba mill-awtorità kompetenti, il-bdot fil-kmand jew l-operatur għandu jagħmel disponibbli lil dik l-awtorità d-dokumentazzjoni oriġinali fil-perjodu ta' żmien speċifikat mill-awtorità li ma għandux ikun inqas minn 24 siegħa. |
SAO.GEN.160 Ġurnal tal-vjaġġ
Għal kull titjira, jew serje ta' titjiriet, għandhom jinżammu d-dettalji tal-glider, tal-ekwipaġġ tiegħu u ta' kull vjaġġ fil-forma ta' ġurnal tal-vjaġġ jew ta' dokument ekwivalenti.
SUBPARTI OP
PROĊEDURI OPERATTIVI
SAO.OP.100 Użu ta' ajrudromi u ta' siti tal-operat
Il-bdot fil-kmand gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip ta' glider u ta' operazzjoni kkonċernata.
SAO.OP.105 Proċeduri għat-tnaqqis tal-istorbju — gliders bil-mutur
Il-bdot fil-kmand għandu jqis il-proċeduri operattivi sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju mill-glider bil-mutur filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.
SAO.OP.110 Għoti ta' informazzjoni lill-passiġġieri
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li qabel it-titjira, u meta jkun xieraq, matul it-titjira, il-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza.
SAO.OP.115 Ġarr ta' kategoriji speċjali ta' passiġġieri
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-persuni li jeħtieġu kundizzjonijiet, assistenza jew apparati speċjali meta jinġarru abbord glider, jinġarru f'kundizzjonijiet li jiżguraw is-sikurezza tal-glider u ta' kwalunkwe persuna jew propjetà li jinġarru fih.
SAO.OP.120 Preparazzjoni tat-titjira
Qabel ma jibda b'titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura dan kollu li ġej:
(a) |
il-faċilitajiet meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-glider huma adegwati għat-tip ta' operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira; |
(b) |
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi jippermettu li t-titjira titwettaq b'mod sikur; |
(c) |
fil-każ ta' glider bil-mutur u meta jkun maħsub li tintuża l-magna, il-kwantità ta' fjuwil jew enerġija oħra hija suffiċjenti sabiex tippermetti li t-titjira titwettaq b'mod sikur. |
SAO.OP.125 Fjuwil u ċċarġjar mill-ġdid jew sostituzzjoni ta' batteriji b'persuni abbord — gliders bil-mutur
Meta passiġġier ikun abbord glider bil-mutur:
(a) |
il-glider ma għandux jingħata fjuwil mill-ġdid; u |
(b) |
il-batteriji użati għall-propulsjoni ma għandhomx jiġu ċċarġjati mill-ġdid jew jiġu sostitwiti. |
SAO.OP.130 Tipjip abbord
L-ebda persuna ma għandha tpejjep abbord glider waqt kwalunkwe fażi tat-titjira.
SAO.OP.135 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
Il-bdot fil-kmand għandu jibda jew ikompli b'titjira biss jekk l-aħħar informazzjoni meteoroloġika disponibbli tindika li għad hemm għażla disponibbli għall-inżul bla periklu.
SAO.OP.140 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta' fuq l-art
Il-bdot fil-kmand gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk il-glider ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista' jaffettwa b'mod ħażin il-prestazzjoni tal-glider jew il-kapaċità tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont l-AFM.
SAO.OP.145 Ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira jew ta' enerġija oħra — gliders bil-mutur
Għal gliders bil-mutur, il-bdot fil-kmand għandu jivverifika f'intervalli regolari waqt it-titjira li l-ammont ta' fjuwil li jista' jintuża jew enerġija oħra disponibbli ma tkunx inqas minn dak meħtieġ biex ikun żgurat inżul sikur.
SAO.OP.150 Użu ta' ossiġnu supplimentari
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-persuni kollha abbord jużaw ossiġenu supplimentari kull meta jiddetermina li fl-altitudni tat-titjira ppjanata, in-nuqqas ta' ossiġenu jista' jirriżulta f'indeboliment tal-fakultajiet tagħhom jew jaffettwahom ħażin.
SAO.OP.155 Operazzjonijiet speċjalizzati bil-glider
(a) |
Qabel ma jibda operazzjoni speċjalizzata bil-glider, il-bdot fil-kmand għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskji, li fiha jivvaluta l-kumplessità tal-attività sabiex jiddetermina l-perikli u r-riskji assoċjati tal-operazzjoni ppjanata u jistabbilixxi miżuri ta' mitigazzjoni fejn meħtieġ. |
(b) |
Operazzjoni speċjalizzata bil-glider għandha ssir skont lista tal-kontroll. Il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi dik il-lista tal-kontroll u jiżgura li din tkun xierqa għall-attività speċjalizzata u għall-glider użat, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskji u b'kont meħud tar-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan l-Anness. Meta l-lista tal-kontroll hija rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tal-bdot fil-kmand u ta' kull membru ieħor tal-ekwipaġġ, din għandha tkun disponibbli fil-pront fuq kull titjira. |
(c) |
Fejn meħtieġ, il-bdot fil-kmand għandu jirrieżamina u jaġġorna b'mod regolari l-lista tal-kontroll sabiex iqis b'mod adegwat il-valutazzjoni tar-riskji. |
SUBPARTI POL
PRESTAZZJONI U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI
SAO.POL.100 Użin
(a) |
L-użin tal-glider għandu jsir mill-manifattur tal-glider jew skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (2). |
(b) |
L-operatur għandu jiżgura li l-massa tal-glider tkun ġiet stabbilita permezz ta' użin reali qabel ma' jintuża għas-servizz għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-bdot fil-kmand. Il-glider għandu jerġa' jintiżen jekk l-effetti tal-modifiki jew tat-tiswijiet fuq il-massa ma jkunux magħrufa. |
SAO.POL.105 Prestazzjoni — punti ġenerali
Il-bdot fil-kmand għandu jopera l-glider biss jekk il-prestazzjoni tal-glider tkun xierqa sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 u ma' kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, l-ispazju tal-ajru, l-ajrudromi jew is-siti tal-operat użati, filwaqt li jiżgura li kwalunkwe ċart jew mappa użata jkunu l-aħħar edizzjoni disponibbli.
SUBPARTI IDE
STRUMENTI, DATA U TAGĦMIR
SAO.IDE.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) |
L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew, meta jkun ġie rreġistrat f'pajjiż terz, mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà tal-Istat tar-reġistru, jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
Permezz ta' deroga mill-punt (a), l-istrumenti kollha jew it-tagħmir kollu li ġejjin, meta jkun meħtieġ minn din it-Taqsima, ma għandhomx jeħtieġu approvazzjoni:
|
(c) |
L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-bdot fil kmand jew kull membru ieħor tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah, jinsab bilqiegħda. |
SAO.IDE.105 L-istrumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni
(a) |
Il-gliders għandhom ikunu mgħammra b'mezz għall-kejl u għall-wiri ta' dawn kollha li ġejjin:
|
(b) |
Minbarra (a), meta joperaw f'kundizzjonijiet li fihom il-glider ma jkunx jista' jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, meta jwettqu titjir fil-livell tas-sħab jew meta joperaw billejl, il-gliders għandhom ikunu mgħammra b'mezz għall-kejl u għall-wiri ta' dawn kollha li ġejjin:
|
SAO.IDE.110 Dwal operattivi
Il-gliders li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra b'dawn kollha li ġejjin:
(a) |
b'sistema ta' dwal għal kontra l-ħabtiet; |
(b) |
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni; |
(c) |
b'dawl għall-inżul; |
(d) |
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-glider biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan; |
(e) |
b'dawl portabbli indipendenti għall-bdot fil-kmand u għal kwalunkwe stazzjon tal-membri tal-ekwipaġġ. |
SAO.IDE.115 Ossiġenu supplimentari
Gliders li jiġu operati meta tkun meħtieġa provvista tal-ossiġenu skont il-punt SAO.OP.150, għandhom ikunu mgħammra b'sistema li kapaċi taħżen u tqassam il-provvisti tal-ossiġenu meħtieġa.
SAO.IDE.120 Tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar — Titjiriet fuq l-ilma
Il-bdot fil-kmand ta' glider li jiġi operat fuq l-ilma għandu jiddetermina, qabel il-bidu tat-titjira, ir-riskji għas-sopravivenza ta' kull persuna ttrasportata fuq il-glider fil-każ ta' nżul ta' emerġenza. Fid-dawl ta' dawk ir-riskji, il-bdot fil-kmand għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jinġarr tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar.
SAO.IDE.125 Tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar — diffikultajiet fit-tiftix u s-salvataġġ
Il-gliders li jiġu operati fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ (SAR) ikunu partikolarment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.
SAO.IDE.130 Tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju
Il-gliders għandu jkollhom tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju li jippermetti l-komunikazzjoni meħtieġa skont l-appendiċi 4 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 u, jekk it-titjira ssir fl-ispazju tal-ajru ta' pajjiż terz, skont il-liġi ta' dak il-pajjiż terz.
SAO.IDE.135 Transponder
Il-gliders għandhom ikunu mgħammra bi transponder tar-radar sekondarju ta' sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa skont il-punt (b) tal-punt SERA.6005 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 u, jekk it-titjira ssir fl-ispazju tal-ajru ta' pajjiż terz, skont il-liġi ta' dak il-pajjiż terz.
SUBPARTI DEC
DIKJARAZZJONI
SAO.DEC.100 Dikjarazzjoni
(a) |
Fid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) l-operatur għandu jikkonferma li huwa jikkonforma u se jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
(b) |
L-operatur għandu jinkludi fid-dikjarazzjoni l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(c) |
Meta jagħmel id-dikjarazzjoni, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-lista tal-AltMoC biex juri l-konformità meta mitlub skont il-punt SAO.GEN.110. Dik il-lista għandu jkun fiha referenzi għall-AMC assoċjati. |
(d) |
Meta jagħmel id-dikjarazzjoni, l-operatur għandu juża l-formola li tinsab fl-Appendiċi ta' dan l-Anness. |
SAO.DEC.105 Bdil fid-dikjarazzjoni u l-waqfien tal-operazzjonijiet kummerċjali
(a) |
L-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien b'kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti, u b'kwalunkwe bidla fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt SAO.DEC.100(b) u tal-lista tal-AltMOC imsemmija fil-punt SAO.DEC.100(c), inklużi fid-dikjarazzjoni jew mehmużin magħha. |
(b) |
L-operatur għandu mingħajr dewmien jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta ma jibqax aktar involut fl-operazzjonijiet kummerċjali bil-gliders. |
(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
Appendiċi
Test ta 'immaġni