10.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 313/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1929

tal-10 ta' Diċembru 2018

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Wara l-organizzazzjoni, fil-11 ta' Novembru 2018, tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u r-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”, il-Kunsill iqis li disa' persuni jenħtieġ li jinżiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżiedu mal-lista ta' persuni li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“167.

Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA

(Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)

Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA

(Ольга Валеріївна Позднякова)

Data tat-twelid: 30.3.1982

Post tat-twelid: Shakhty, Rostov Oblast, USSR

‘President’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk.’ F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Donetsk’, u b'hekk appoġġat u implimentat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

168.

Elena Valerievna KRAVCHENKO/Elena Valeryevna KRAVCHENKO

(Елена Валериевна КРАВЧЕНКО)

Olena Valeriyivna KRAVCHENKO

(Олена Валеріївна Кравченко)

Data tat-twelid: 22.2.1983

Post tat-twelid: Sverdlovsk (Ekaterinburg), USSR

‘President’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.’ F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Luhansk’, u b'hekk appoġġat azzjonijiet u implimentat b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

169.

Leonid Ivanovich PASECHNIK

(Леонид Иванович ПАСЕЧНИК)

Leonid Ivanovych PASICHNYK

(Леонід Іванович ПАСІЧНИК)

Data tat-twelid: 15.3.1970

Post tat-twelid: Voroshilovgrad — Luhansk, Voroshilovghrad Oblast, SSR tal-Ukrajna

‘Mexxej elett’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.’ Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

170.

Vladimir Anatolievich BIDYOVKA/Vladimir Anatolievich BIDEVKA

(Владимир Анатольевич БИДЁВКА)

Volodymyr Anatoliyovych BIDIOVKA

(Володимир Анатолійович БІДЬОВКА)

Data tat-twelid: 7.3.1981

Post tat-twelid: Makeevka — Donetsk Oblast

‘President’ tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

171.

Denis Nikolaevich MIROSHNICHENKO

(Денис Николаевич МИРОШНИЧЕНКО )

Data tat-twelid: 8.12.1987

Post tat-twelid: Luhansk

‘President’ tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

172.

Aleksey Alekseevich NAYDENKO

(Алексей Алексеевич Найденко )

Oleksii Oleksiyovych NAYDENKO

(Олексій Олексійович Найденко)

Data tat-twelid: 2.6.1980

Post tat-twelid: Donetsk

‘Viċi President’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Donetsk’, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

173.

Vladimir Yurievich VYSOTSKIY

(Владимир Юрьевич Высоцкий)

Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI

(Володимир Юрійович Висоцький)

Data tat-twelid: 7.4.1985

Post tat-twelid: Ir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea

‘Segretarju’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Donetsk’, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

174.

Maksim Aleksandrovich SVIDCHENKO

(Максим Александрович СВИДЧЕНКО)

Maksym Oleksandrovych SVIDCHENKO

Максим Олександрович СВІДЧЕНКО

Data tat-twelid: 6.4.1978

‘Viċi President’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Luhansk’, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

175.

Ekaterina Vasilyevna TERESHCHENKO/Ekaterina Vasilievna TERESHCHENKO

(Екатерина Васильевна ТЕРЕЩЕНКО)

Kateryna Vasylivna TERESHCHENKO

(Катерина Василівна ТЕРЕЩЕНКО)

Data tat-twelid: 31.5.1986

‘Segretarju’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Luhansk’, u b'hekk appoġġat u implimentat b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018”