29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1866

tat-28 ta' Novembru2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (3), ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta' dik il-lista. Waslet informazzjoni rilevanti wkoll mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi ta' dik l-informazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta' deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li temenda l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-listi fl-Annessi A u B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Angola, tal-Belarussja, tal-Benin, tal-Gambja, tal-Indoneżja, tal-Mauritania, tal-Messiku, tal-Moldova, tan-Nepal, tar-Russja, tat-Tajlandja, tal-Venezwela u taż-Żambja. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Afganistan, fil-Gabon, fil-Każakistan, fil-Libja u fil-Mozambique.

(6)

L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li saru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5), fil-qafas tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”).

(7)

Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006. L-EASA pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili f'pajjiżi terzi, bil-għan li dawn ikunu megħjuna jsolvu n-nuqqasijiet ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jwieġbu dawk it-talbiet fuq bażi bilaterali, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet fuq is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b'mod partikulari permezz tal-bażi tad-data tan-Netwerk tal-Assistenza Kollaborattiva fis-Sikurezza tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(8)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'aġġornament dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' allarm tas-SAFA u tal-Operaturi ta' Pajjiżi Terzi (“TCO”), flimkien ma' statistika attwali għall-messaġġi ta' allert għall-kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(9)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni u minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Il-Bulgarija u Malta infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienu ħadu fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Bulgarija u f'Malta rispettivament.

(10)

L-Istati Membri tennew li huma lesti jaġixxu kif meħtieġ f'każ li xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Angola

(11)

B'ittra tat-30 ta' April 2018, il-Kummissjoni talbet lill-awtorità kompetenti tal-Angola, Instituto Nacional da Aviação Civil (“INAVIC”), lista ta' dokumenti u ta' azzjonijiet li kellha twettaq.

(12)

L-INAVIC ipprovdiet id-dokumentazzjoni kollha mitluba fil-ħin. L-EASA analizzat id-dokumentazzjoni pprovduta mill-INAVIC, u kkonkludiet li ġiet ippreżentata b'mod ċar u strutturata sew. Barra minn hekk, il-kopji taċ-Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) u tal-Ispeċifikazzjonijiet Operattivi pprovduti mill-INAVIC kienu konformi mal-format tal-ICAO. L-INAVIC ipprovdiet ħarsa ġenerali tajba lejn l-azzjonijiet ta' segwitu għas-sejbiet li saru waqt is-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru tal-Angola fl-oqsma tal-operazzjonijiet tat-titjir (“OPS”) u tal-ajrunavigabbiltà (“AIR”).

(13)

Il-proċeduri u r-regolamenti tal-INAVIC ġew aġġornati mill-2015 'l hawn, l-iktar fl-oqsma tal-AIR, tal-OPS u fil-qasam ajrumediku. Barra minn hekk, skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti, l-INAVIC qed tipprovdi aġġornamenti lill-ICAO għall-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva (“CAP”) tagħha.

(14)

Biex tifhem l-attivitajiet tas-sorveljanza fl-Angola f'aktar dettall u abbażi tal-evidenza, il-Kummissjoni talbet lill-INAVIC tipprovdi r-rapporti tal-ispezzjonijiet jew l-awditi għall-validazzjoni mill-ġdid tal-AOCs, inkluż deskrizzjoni ddettaljata tas-sejbiet u l-azzjonijiet ta' segwitu applikati għall-kumpaniji tal-ajru Sonair, Air Jet u Heli-Malongo.

(15)

Dawk ir-rapporti ntbagħtu lill-EASA, li kkonkludiet li d-data inkluża fihom kienet rilevanti u ta' kwalità sostanzjali tajba. Dawk ir-rapporti wrew ukoll li kienu ġew implimentati l-azzjonijiet korrettivi xierqa mill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati, abbażi tas-sejbiet tal-INAVIC.

(16)

L-INAVIC infurmat lill-Kummissjoni li kienet iċċertifikat lil żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda, speċifikament Bestflya Aircraft Management u SJL. L-INAVIC infurmat lill-Kummissjoni wkoll li seba' kumpaniji tal-ajru ma għadhomx detenturi ta' AOC valida: Air Nave, Air26, Angola Air Services, Diexim, Fly540, Gira Globo u Mavewa.

(17)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-INAVIC għamlet progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, qabel ma tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar it-tneħħija tal-projbizzjoni minn fuq kumpaniji tal-ajru fl-Angola, jenħtieġ li jiġi vverifikat il-progress permezz ta' żjara ta' valutazzjoni fuq il-post min-naħa tal-Unjoni, lill-INAVIC u lil għażla ta' kumpaniji tal-ajru tal-Angola.

(18)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata, u jenħtieġ li tkun tinkludi l-kumpaniji tal-ajru l-ġodda Bestflya Aircraft Management u SJL. Il-kumpaniji tal-ajru Air Nave, Air26, Angola Air Services, Diexim, Fly540, Gira Globo u Mavewa jenħtieġ jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 għax ma għadhomx detenturi ta' AOC validu.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja

(19)

Fis-17 ta' Settembru 2018, b'segwitu għal nuqqasijiet ta' sikurezza identifikati mill-EASA fil-qafas tal-proċess ta' awtorizzazzjoni tat-TCO, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Belarussja (“AD-BLR”), skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 473/2006.

(20)

Fit-8 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni, l-EASA u rappreżentanti tal-AD-BLR kellhom laqgħa teknika. Matul dik il-laqgħa, il-Kummissjoni saħqet fuq kemm huwa importanti li tinżamm infurmata sew u regolari dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza min-naħa tal-AD-BLR. L-AD-BLR iddeskriva l-miżuri korrettivi li ttieħdu biex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' sikurezza identifikati mill-EASA fil-qafas tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni u tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tat-TCO. Għalkemm dik l-informazzjoni kienet diġà ntalbet fil-bidu tal-konsultazzjonijiet, l-AD-BLR ma pprovdiex informazzjoni biżżejjed dwar l-ippjanar u r-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza. Fid-dawl tad-diffikultajiet misjuba minn ċerti applikanti ċċertifikati fil-Belarussja huma u jgħaddu mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni tat-TCO, l-iktar minħabba nuqqas ta' sikurezza, il-Kummissjoni tenniet l-importanza tal-konformità, min-naħa tal-AD-BLR, mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti fil-qadi tar-responsabbiltajiet tiegħu rigward is-sikurezza.

(21)

Fid-dawl tan-nuqqas ta' sikurezza, il-Kummissjoni stiednet lill-AD-BLR għal seduta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, li saret fit-13 ta' Novembru 2018. Matul is-seduta, l-AD-BLR ipprovda lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'informazzjoni ġenerali dwar is-settur tal-avjazzjoni fil-Belarussja, il-persunal disponibbli għall-attivitajiet ta' sorveljanza, u l-mod kif il-Belarussja twettaq investigazzjonijiet tal-aċċidenti. L-AD-BLR informahom ukoll dwar il-qagħda tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Belarussja billi rrefera għall-elementi kritiċi rilevanti tal-ICAO. L-AD-BLR tenna s-sejħa tiegħu għal kooperazzjoni mill-qrib mal-UE, u informa li nbdiet l-implimentazzjoni ta' ċerti Regolamenti tal-UE, b'mod partikulari dawk marbutin mal-ajrunavigabbiltà u mal-operati. Fiduċjuż li l-attivitajiet tiegħu jitwettqu b'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, l-AD-BLR stieden lill-UE tagħmel żjara ta' valutazzjoni biex issir taf aħjar is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-Belarussja.

(22)

Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' informazzjoni ddokumentata, u l-iskambju diffiċli tal-informazzjoni minn mindu bdew il-konsultazzjonijiet uffiċjali, jagħmluha diffiċli li ssir valutazzjoni ta' kif l-AD-BLR jaqdi l-obbligi tiegħu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni jidhrilha li hemm bżonn li l-Unjoni tagħmel żjara ta' valutazzjoni fuq il-post, qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(23)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li r-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA ta' BELAVIA, l-uniku operatur skedat tal-passiġġieri ċċertifikat fil-Belarussja, ma jqajmux tħassib speċifiku rigward is-sikurezza f'dan l-istadju, b'rabta ma' din il-kumpanija tal-ajru. Fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru li jwettqu operazzjonijiet tal-merkanzija, l-EASA diġà ħadet miżuri ta' infurzar kontra JSC Aircompany Grodno u Transaviaexport Airlines.

(24)

Għalkemm huwa ċar li n-nuqqasijiet varji identifikati se jkollhom jissolvew, s'issa mhumiex ta' natura li titlob l-inklużjoni ta' kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(25)

Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, u skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(26)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Belarussja mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom isiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(27)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li turi li hemm riskji imminenti ta' sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Benin

(28)

F'Mejju 2017, il-Kummissjoni neħħiet il-kumpaniji tal-ajru kollha taħt l-awtorità tal-Benin mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (6).

(29)

B'ittra tal-14 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni talbet lill-Agence Nationale de l'Aviation Civile du Bénin (“ANAC Bénin”) lista ta' dokumenti marbutin mal-istruttura tal-awtorità, mas-sistema u l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha, inkluż il-lista tad-detenturi ta' AOC u tal-inġenji tal-ajru rreġistrati, kif ukoll il-miżuri ta' infurzar li ttieħdu.

(30)

Fil-15 ta' Ottubru 2018, l-ANAC Bénin ipprovda l-informazzjoni mitluba, inkluż dettalji dwar l-organizzazzjoni interna tal-ANAC Bénin, kif ukoll il-kwalifiki tal-persunal, il-politika tat-taħriġ, il-proċedura ta' sorveljanza, is-sistema ta' rappurtar tal-inċidenti, u l-proċedura għall-ħruġ u l-validazzjoni tal-liċenzji.

(31)

Skont id-dokumenti mressqa, kien hemm żewġ kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-ANAC Bénin, speċifikament Air Taxi Bénin u ASAB.

(32)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-ANAC Bénin tirrapporta b'mod regolari dwar it-titjib kontinwu fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, kif ukoll dwar kull informazzjoni ġdida rrelatata, b'mod partikulari dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji tal-ajru ġodda.

(33)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Benin, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Gambja

(34)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Gambja fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. B'ittra tal-24 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Gambja (“CAAG”) tipprovdi dokumentazzjoni dwar l-istruttura tal-awtorità, is-sistema u l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha, inkluż il-lista tad-detenturi ta' AOC u tal-inġenji tal-ajru rreġistrati, kif ukoll l-azzjonijiet ta' infurzar li ttieħdu. Il-CAAG ipprovdiet l-informazzjoni mitluba fit-28 ta' Settembru 2018.

(35)

Il-CAAG infurmat lill-Kummissjoni li, dak iż-żmien, ma kien hemm ebda detentur ta' AOC fil-pajjiż, u li r-reġistru tal-inġenji tal-ajru kien jinkludi 18-il inġenju tal-ajru. Uħud minn dawk l-inġenji tal-ajru jinsabu maħżunin, filwaqt li oħrajn ma għadhomx operattivi.

(36)

Fir-rigward tal-kumpanija tal-ajru Sonnig International Private Jets Gambia – SIPJ(G), il-CAAG ikkonfermat li ilha minn Awwissu 2017 ma jkollha AOC valida tal-Gambja.

(37)

Fl-istess ittra, il-CAAG infurmat ukoll li l-ICAO kienet wettqet awditu ta' sorveljanza tas-sikurezza fuq il-post mis-16 sas-26 ta' Lulju 2018, fil-qafas tal-Programm USAOP-CMA tal-ICAO. Il-CAAG intrabtet li tibgħat ir-rapport tal-awditu lill-Kummissjoni malli jkun disponibbli. Ir-riżultati ta' awditu tal-2005 jindikaw implimentazzjoni effettiva ġenerali ta' 78.46 %.

(38)

Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm ebda indikazzjoni li l-CAAG ma tkunx kapaċi taqdi l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza.

(39)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Gambja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(40)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha tal-Indoneżja tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 f'Ġunju 2018 (7). Bil-għan li jsir aktar monitoraġġ tas-sorveljanza tas-sikurezza fl-Indoneżja, il-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indoneżja (“DGCA Indonesia”) baqgħu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. Il-Kummissjoni timmonitorja l-progress tad-DGCA Indonesia huwa u jġib is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Indoneżja konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dak il-kuntest, b'ittra tas-26 ta' Settembru 2018, id-DGCA Indonesia pprovda lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali u b'aġġornament dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni għall-perjodu minn Mejju 2018 sa Awwissu 2018, kif ukoll dwar il-CAP miftiehem.

(41)

Dik l-informazzjoni kienet tinkludi lista tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, tal-inġenji tal-ajru rreġistrati u tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza, lista tal-miżuri ta' infurzar meħudin mid-DGCA Indonesia, aġġornament dwar il-qagħda tal-CAPs b'riżultat taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni f'Marzu 2018, kif ukoll l-aġġornamenti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (“PBN”), u dwar l-assistenza teknika pprovduta lid-DGCA Indonesia.

(42)

Fir-rigward tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru, tal-inġenji tal-ajru u tal-attivitajiet ta' sorveljanza, f'dak il-perjodu, id-DGCA Indonesia ħareġ AOC Part-121 ġdid u żewġ AOCs Part-135 ġodda.

(43)

Fir-rigward tal-miżuri ta' infurzar li ttieħdu, id-DGCA Indonesia ssospenda żewġ AOCs (wieħed Part-121 u l-ieħor Part-135), irrevoka ċertifikat ta' validazzjoni wieħed, u ħa sanzjoni amministrattiva waħda rigward detentur ta' AOC Part-135. Barra minn hekk, id-DGCA Indonesia medd l-ewwel passi biex isaħħaħ is-sorveljanza fil-qasam mediku tal-liċenzjar, bi tweġiba għall-punti ta' tħassib li ġew identifikati matul il-żjara ta' valutazzjoni tal-UE f'Marzu 2018, billi ssospenda lil żewġ detenturi ta' liċenzja ta' eżaminatur mediku akkreditat.

(44)

Tqieset ukoll ir-rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PBN. Sa tmiem l-2018, l-Indoneżja mistennija timplimenta proċeduri tal-PBN fi 23 mill-25 ajruport internazzjonali tagħha bħala kwistjoni ta' prijorità. L-implimentazzjoni tal-PBN f'ajruporti nazzjonali u mbiegħda qiegħed tagħmel progress, iżda mhux bl-istess ritmu.

(45)

Id-DGCA Indonesia informa lill-Kummissjoni dwar il-qagħda tal-azzjonijiet korrettivi wara l-Missjoni ta' Valutazzjoni Koordinata tal-ICAO, li saret fl-2017. Fil-25 ta' Lulju 2018, l-ICAO irrevediet il-CAP fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà. L-azzjonijiet korrettivi kollha ġew aċċettati għalkollox jew parzjalment mill-ICAO.

(46)

Wara l-aċċidenti fatali tat-titjira JT610 ta' Lion Air fid-29 ta' Ottubru 2018, id-DGCA Indonesia kkuntattja lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa, u għadu jipprovdi informazzjoni, inkluż dwar l-azzjonijiet preventivi meħudin wara l-aċċident għal operaturi li għandhom inġenji tal-ajru tal-istess tip fil-flotta tagħhom (inġenju tal-ajru wieħed (1) operat minn Garuda, u 10 operati minn Lion Air).

(47)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(48)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Indoneżja mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom isiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(49)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li turi li hemm riskji imminenti ta' sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Mauritania

(50)

F'Diċembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li tneħħi l-kumpaniji tal-ajru kollha taħt l-awtorità tal-Mauritania mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (8).

(51)

B'ittra tat-30 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni talbet lill-awtorità kompetenti tal-Mauritania, Agence Nationale de l'Aviation Civile (“ANAC Mauritania”) li tipprovdi dokumentazzjoni dwar l-istruttura tal-awtorità, is-sistema u l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha, inkluż il-lista tad-detenturi ta' AOC u tal-inġenji tal-ajru rreġistrati, kif ukoll il-miżuri ta' infurzar li ttieħdu.

(52)

Fl-10 ta' Ottubru 2018, l-ANAC Mauritania pprovdiet l-informazzjoni mitluba, inkluż informazzjoni dwar l-istruttura organizzattiva u l-persunal, dwar id-detenturi ta' AOCs flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet operattivi, dwar l-inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Mauritania, kif ukoll ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza, l-azzjonijiet ta' infurzar, u l-lista ta' inċidenti u aċċidenti mill-2016 sal-lum.

(53)

L-ANAC Mauritania infurmat lill-Kummissjoni li, dak iż-żmien, kien hemm żewġ kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Mauritania, speċifikament Mauritania Airlines, ibbażata f'Nouakchott, li sservi ta' linja tal-ajru nazzjonali, u Class Aviation, kumpanija tat-taxi tal-ajru.

(54)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-ANAC Mauritania tirrapporta b'mod regolari dwar it-titjib kontinwu fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(55)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Mauritania, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Messiku

(56)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Messiku fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Wara aċċident fatali tal-kumpanija tal-ajru Messikana Global Air (Aerolíneas Damojh, S.A. de C.V.) f'Kuba fit-18 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni kkuntattjat lid-Dirección General de Aeronáutica Civil tal-Messiku (“DGAC Mexico”) u talbet informazzjoni ddettaljata.Skont id-DGAC Mexico, ġie sospiż l-AOC ta' Global Air (Aerolíneas Damojh, S.A. de C.V.) iżda mbagħad wara spezzjoni mid-DGAC Mexico tneħħiet is-sospensjoni mid-29 ta' Awwissu 2018 'il quddiem. L-aċċident innifsu, u l-perjodu qasir bejn is-sospensjoni tal-AOC u t-tneħħija tagħha, qajmu tħassib dwar kif id-DGAC Mexico kien qiegħed iwettaq il-kompiti tiegħu ta' sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra dak l-aċċident, kien hemm diversi sinjali li wrew li aktarx niżel il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Messiku, għax matul l-2018 żdied l-għadd ta' aċċidenti u inċidenti serji.

(57)

Fis-16 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni, l-EASA u d-DGAC Mexico kellhom laqgħa teknika. Matul dik il-laqgħa, id-DGAC Mexico pprovda informazzjoni rilvanti dwar l-istruttura tiegħu, dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, ċertifikazzjoni u sorveljanza, dwar il-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza, u dwar il-proċeduri ta' sorveljanza u l-qafas ġuridiku. Id-DGAC Mexico fisser ukoll ir-raġunijiet għat-tneħħija rapida tas-sospensjoni tal-AOC ta' Global Air (Aerolíneas Damojh, S.A. de C.V.).

(58)

Il-Kummissjoni ħadet nota tat-tkabbir mgħaġġel tas-settur tal-avjazzjoni fil-Messiku fl-2017, speċifikament fir-rigward tal-għadd ta' inġenji tal-ajru rreġistrati, il-kumpaniji tal-ajru u r-rotot, u esprimiet ċertu tħassib dwar il-kapaċità tad-DGAC Mexico biex iwettaq sorveljanza xierqa tas-sikurezza. Id-DGAC Mexico wieġeb li jqis li għandu l-kapaċità meħtieġa, u saħaq fuq il-fatt li kumpanija tal-ajru kbira (Mexicana de Aviación) kienet iddikjarat il-falliment tagħha, u li kumpaniji tal-ajru ġodda (fosthom Volaris, Aerojet) kienu jużaw l-istess mudelli ta' inġenji tal-ajru. B'hekk, skont id-DGAC Mexico, iż-żieda fl-inġenji tal-ajru rreġistrati ma għandha ebda impatt sinifikanti fuq il-kapaċità ta' sorveljanza tad-DGAC.

(59)

Fir-rigward ta' Global Air (Aerolíneas Damojh, S.A. de C.V.), id-DGAC Mexico spjega li Global Air kienet appellat kontra d-deċiżjoni tas-sospensjoni tal-AOC tagħha, kif ukoll kontra r-reġim speċjali ta' spezzjonijiet min-naħa tad-DGAC Mexico. Fi tmiem il-proċess ġudizzjarju, Global Air (Aerolíneas Damojh, S.A. de C.V.) talbet it-tħassir tar-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru tagħha u tal-AOC tagħha. Minħabba dik it-talba, l-inġenji tal-ajru ta' Global Air (Aerolíneas Damojh, S.A. de C.V.) mhumiex awtorizzati biex joperaw fil-Messiku.

(60)

B'segwitu għal din il-laqgħa u fuq talba tal-Kummissjoni, id-DGAC Mexico pprovda wkoll informazzjoni dwar l-aċċidenti u l-inċidenti serji li saru fl-aħħar 5 snin, kif ukoll dwar l-għadd ta' sospensjonijiet, revoki u miżuri ta' infurzar oħra li ttieħdu fl-2017 u fl-2018. Id-DGAC Mexico bagħat ukoll lill-Kummissjoni s-sejbiet u l-CAPs li rriżultaw mill-ispezzjonijiet addizzjonali mwettqa fuq Global Air (Aerolíneas Damojh, S.A. de C.V.) wara l-aċċident f'Kuba, kif ukoll is-sejbiet u l-CAPs ta' tliet kumpaniji tal-ajru Messikani oħra.

(61)

Abbażi tal-konsultazzjonijiet li saru u tal-informazzjoni skambjata, il-Kummissjoni tqis li d-DGAC Mexico bħalissa qiegħed iwettaq is-sorveljanza tas-sikurezza b'mod kontinwu biżżejjed (eż. it-tiġdid taċ-ċertifikati jsir darbtejn fis-sena). Il-qafas ġuridiku tal-avjazzjoni tal-Messiku jidher li huwa komprensiv u konformi mal-aktar standards internazzjonali riċenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni. F'dan l-istadju, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA li twettqu fuq kumpaniji tal-ajru mill-Messiku ma jqajmu ebda tħassib speċifiku rigward is-sikurezza.

(62)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, inkluż informazzjoni pprovduta matul u wara l-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tas-16 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, id-DGAC Mexicogħandu l-kapaċità u r-rieda meħtieġa biex jindirizza n-nuqqasijiet ta' sikurezza.

(63)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Messiku.

(64)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li turi li hemm riskji imminenti ta' sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova

(65)

B'ittra tas-27 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Moldova (“CAAM”) dwar ċertu tħassib tas-sikurezza fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-CAAM. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għarrfet lill-CAAM dwar il-bidu ta' konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(66)

Fit-12 ta' Ottubru 2018, il-CAAM infurmat lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza mwettqa fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova matul l-aħħar tliet snin, kif ukoll dwar is-sorveljanza mwettqa fir-rigward tal-kumpanija tal-ajru Air Moldova.

(67)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, inkluż il-valutazzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-TCO mill-EASA, l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati Membri fil-qafas tal-programm tas-SAFA u l-informazzjoni pprovduta mill-CAAM, il-Kummissjoni tqis li l-CAAM jenħtieġ tkompli tiżviluppa l-kapaċità ta' spezzjoni tagħha tal-kumpaniji tal-ajru li għandha responsabbiltajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza lejhom.

(68)

Fid-29 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni, l-EASA, il-CAAM u rappreżentanti tal-Air Moldova kellhom laqgħa teknika. Matul dik il-laqgħa, il-CAAM ipprovdiet informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha, inkluż il-pjanijiet tagħha fir-rigward tal-ingaġġ u t-taħriġ ta' persunal tekniku, u l-approċċ strateġiku tagħha biex ittejjeb il-kapaċità tagħha ta' sorveljanza. L-Air Moldova pprovdiet informazzjoni dwar kif kienet qiegħda tindirizza t-tħassib li kien jissuġġerixxi nuqqas ta' kultura xierqa tas-sikurezza fil-kumpanija, kif kien tqajjem fid-dawl ta' ċerti sejbiet mis-SAFA.

(69)

Fid-dawl tan-nuqqasijiet ta' sikurezza identifikati, il-Kummissjoni stiednet lill-CAAM u lill-kumpaniji tal-ajru Air Moldova u Aerotranscargo għal seduta quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Dik is-seduta saret fit-13 ta' Novembru 2018. Il-CAAM ippreżentat l-istruttura organizzattiva tagħha, inkluż dettalji dwar il-persunal tagħha, u pprovdiet informazzjoni dwar il-qafas legali tal-avjazzjoni ċivili fil-Moldova kif ukoll dwar l-iżviluppi futuri tagħha, inkluż l-implimentazzjoni tal-“Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova” (9). Skont informazzjoni pprovduta mill-CAAM, fl-2018 erbatax-il att leġiżlattiv tal-UE ġew trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Moldova, filwaqt li huwa ppjanat li jiġu trasporti sbatax oħra matul l-2019.

(70)

Matul is-seduta, il-CAAM intrabtet li żżomm il-Kummissjoni infurmata b'mod kontinwu dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha u dwar l-azzjonijiet meħudin biex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-Moldova. Il-CAAM ikkonfermat li tkun tilqa' u tappoġġa żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fil-Moldova.

(71)

Matul is-seduta, Air Moldova ppreżentat l-istruttura u l-funzjonament tas-sistema tagħha ta' ġestjoni tal-kwalità, kif ukoll tas-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza. Infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proċessi li kienet implimentat biex tiżgura s-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħha, inkluż l-identifikazzjoni ta' perikli, il-monitoraġġ tad-data tat-titjir, u l-valutazzjoni u t-taffija tar-riskji. Air Moldova spjegat l-investigazzjoni tagħha tal-inċident serju li involva inġenju tal-ajru tagħha waqt il-proċess ta' nżul l-art fl-Ajruport ta' Roma Fiumicino fl-2017, kif ukoll l-azzjonijiet ta' sikurezza li kienet ħadet minnufih wara dak l-inċident.

(72)

Matul is-seduta, Aerotranscargo pprovdiet informazzjoni dwar is-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza, il-proċess tal-analiżi tad-data tat-titjir, u indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza. B'mod partikulari, ikkomunikat dettalji speċifiċi fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-assigurazzjoni tas-sikurezza tagħha.

(73)

Il-Kummissjoni beħsiebha twettaq żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fil-Moldova, bl-għajnuna tal-EASA u bl-appoġġ tal-Istati Membri, biex tivverifika jekk iċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru min-naħa tal-CAAM humiex qed isiru b'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti. Din iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post se tiffoka fuq il-CAAM, u fuq għażla ta' kumpaniji tal-ajru tal-Moldova.

(74)

Għalkemm huwa ċar li n-nuqqasijiet varji identifikati se jkollhom jissolvew, s'issa mhumiex ta' natura li titlob l-inklużjoni ta' kumpaniji tal-ajru mill-Moldova fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(75)

Għaldaqstant, skont l-informazzjoni disponibbli bħalissa, u skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Moldova.

(76)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Moldova mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom isiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(77)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li turi li hemm riskji imminenti ta' sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru min-Nepal

(78)

B'ittra tas-26 ta' Awwissu 2018, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”) infurmat lill-Kummissjoni dwar il-progress imwettaq mill-CAAN fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Skont l-informazzjoni pprovduta, il-CAAN għamlet progress limitat fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mhijiex biżżejjed biex tinġibed konklużjoni dwar is-sitwazzjoni reali tas-sikurezza fin-Nepal.

(79)

L-evidenza disponibbli tindika li, mill-bidu tal-2018, fin-Nepal seħħew tal-anqas erba' aċċidenti tal-avjazzjoni ċivili. L-iktar aċċident riċenti sar fl-1 ta' Settembru 2018 fl-Ajruport Internazzjonali ta' Tribhuvan, Kathmandu, in-Nepal, fejn kien involut inġenju tal-ajru ta' Yeti Airlines. Il-Kummissjoni tistieden lill-CAAN issegwi r-rakkomandazzjonijiet mir-rapporti uffiċjali tal-investigazzjonijiet tal-aċċidenti, u li twettaq analiżi tal-kawżi ewlenin u taħdem biex tindirizzahom.

(80)

Fir-rigward tal-talba mill-CAAN għal missjoni ta' valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru jqisu li tali missjoni tkun prematura, għax il-proporzjon tal-aċċidenti fin-Nepal għadu għoli b'mod inaċċettabbli. B'hekk, jenħtieġ l-ewwel nett li n-Nepal jimmira li jnaqqas l-għadd ta' aċċidenti, u li jipprovdi evidenza sodisfaċenti f'dan ir-rigward tul perjodu minimu ta' sentejn (2).

(81)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru min-Nepal, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja

(82)

Matul dan l-aħħar perjodu, il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li huma ċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(83)

Fil-5 ta' Ottubru 2018, rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA u ta' Stat Membru ltaqgħu ma' rappreżentanti tal-Aġenzija Federali Russa tat-Trasport bl-Ajru (“FATA”), sabiex jeżaminaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja abbażi tar-rapporti tal-ispezzjonijiet fir-rampa (imwettqa bejn id-19 ta' Settembru 2017 u t-18 ta' Settembru 2018), u sabiex jidentifikaw il-każijiet fejn jenħtieġ jissaħħu l-attivitajiet ta' sorveljanza tal-FATA.

(84)

Matul dik il-laqgħa, il-Kummissjoni rrevediet b'aktar dettall ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA fuq erba' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja. Filwaqt ma ġie identifikat ebda tħassib ta' sikurezza, il-FATA infurmat lill-Kummissjoni li, minħabba l-għadd limitat ta' spezzjonijiet li twettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru, matul it-tliet xhur li ġejjin se jsiru spezzjonijiet addizzjonali fuq żewġ kumpaniji tal-ajru minnhom.

(85)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, inkluż informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa tal-5 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, il-FATA għandha l-kapaċità u r-rieda meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet ta' sikurezza. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn issir seduta tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi u ta' xi kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(86)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Russja.

(87)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mir-Russja mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(88)

Jekk dawk l-ispezzjonijiet juru riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata timponi projbizzjoni fuq l-operat ta' ċerti kumpaniji tal-ajru mir-Russja, u tinkludihom fl-Anness A jew fl-Anness B skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja

(89)

B'ittra tas-17 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAAT”) biex tipprovdilha rapport ta' progress dwar l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza min-naħa tal-CAAT.

(90)

Fl-24 ta' Ottubru 2018, il-CAAT ipprovdiet rapport ta' progress dwar il-qagħda tal-avjazzjoni ċivili fit-Tajlandja, dwar l-organizzazzjoni tal-CAAT, is-sistema ta' sorveljanza tagħha, u l-miżuri ta' infurzar li ħadet.

(91)

Dak ir-rapport ta' progress ipprovda informazzjoni ddettaljata dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' sostenibbiltà tal-CAAT, li kien jinkludi rieżami organizzattiv, l-identifikazzjoni ta' titjib immirat, reviżjonijiet ippjanati ta' leġiżlazzjoni u ta' regolamenti, u ħtiġijiet ta' sostenibbiltà ekonomika u baġitarji.

(92)

Il-CAAT għadha għaddejja bil-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid tad-detenturi ta' AOC. Minn Settembru 2018, ġew iċċertifikati mill-ġdid 22 kumpanija tal-ajru, filwaqt li żewġ kumpaniji tal-ajru jinsabu fil-fażi ta' dimostrazzjoni u spezzjoni, u żewġ kumpaniji tal-ajru jinsabu fil-fażi tal-valutazzjoni tad-dokumenti. Il-kumpaniji tal-ajru kollha awtorizzati biex iwettqu operazzjonijiet internazzjonali ġew iċċertifikati mill-ġdid.

(93)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(94)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-Tajlandja mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom isiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(95)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li turi li hemm riskji imminenti ta' sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela

(96)

Fis-6 ta' Marzu 2017, il-kumpanija tal-ajru Avior Airlines, iċċertifikata fil-Venezwela, applikat għall-awtorizzazzjoni tat-TCO mill-EASA. L-EASA vvalutat dik l-applikazzjoni, u fl-4 ta' Ottubru 2017 irrifjutat il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-TCO għal raġunijiet ta' sikurezza, billi Avior Airlines ma ssodisfatx ir-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 452/2014.

(97)

Fl-14 ta' Novembru 2017, l-Instituto Nacional de Aeronáutica Civil (“INAC”) u Avior Airlines kellhom seduta quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Wara dik is-seduta, f'Novembru 2017 il-Kummissjoni emendat il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, u l-kumpanija tal-ajru Avior Airlines ġiet inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (10).

(98)

Il-Kummissjoni baqgħet għaddejja bil-konsultazzjonijiet mal-INAC skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. Fid-29 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni, l-EASA u l-INAC kellhom laqgħa teknika, li matulha l-Kummissjoni spjegat it-tħassib tagħha rigward il-kapaċità tal-INAC biex taqdi l-obbligi internazzjonali tagħha b'rabta mas-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru tagħha.

(99)

Matul dik il-laqgħa teknika, l-INAC ipprovdiet ħarsa ġenerali lejn il-proċedura ta' sorveljanza tal-avjazzjoni tagħha, kif ukoll lejn il-programm statali ta' sikurezza tagħha, b'xi eżempji tal-miżuri tal-infurzar li ħadet, flimkien ma' informazzjoni marbuta mal-avjazzjoni fil-Venezwela. B'segwitu għal dik il-laqgħa, l-INAC ipprovdiet aktar dokumentazzjoni teknika. Spjegat ukoll li, wara l-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru ta' Novembru 2017, l-INAC ikkuntattjat lill-kumpaniji tal-ajru li fir-rigward tagħhom kien hemm sejbiet pendenti mill-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA, u talbithom iwieġbu għal dawk is-sejbiet. Skont informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri li wettqu l-ispezzjonijiet, ċerti kumpaniji tal-ajru tal-Venezwela effettivament bdew iwieġbu għas-sejbiet, iżda kultant b'mod inkonsistenti. Pereżempju, ġew proposti azzjonijiet korrettivi differenti għal sejbiet identiċi jew simili, u għadd ta' azzjonijiet korrettivi kienu jidhru li jindirizzaw biss parzjalment is-sejbiet imsemmija.

(100)

L-EASA, l-Istati Membri u l-Kummissjoni analizzaw id-dokumentazzjoni pprovduta, il-valutazzjonijiet tat-TCO li saru mill-EASA, kif ukoll is-sejbiet tas-SAFA u t-tweġibiet għalihom. F'dan ir-rigward, minkejja li ġew implimentati ċerti elementi ta' sistema ta' sorveljanza u dawn kienu jidhru xierqa f'termini ta' struttura, tal-għadd ta' persunal ta' sorveljanza, tal-proċeduri ddokumentati u tal-ippjanar ta' spezzjonijiet, l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli wriet għadd ta' inkonsistenzi possibbli. Fil-fatt, ċerti rapporti ta' spezzjoni jiddeskrivu sejbiet serji li f'ċirkustanzi normali mhux suppost jidhru jekk il-kumpaniji tal-ajru jkunu tassew soġġetti għal sorveljanza kontinwa u xierqa mill-INAC. Il-miżuri meħudin mill-kumpaniji tal-ajru bi tweġiba għas-sejbiet imsemmija fir-rapport ta' spezzjoni tal-INAC jidher li juru nuqqas ta' analiżi tajba tal-kawżi ewlenin, u nuqqas ta' CAPs xierqa li kapaċi jipprevjenu r-ripetizzjoni ta' nuqqasijiet ta' konformità identiċi jew simili. Din il-problema ma jidhirx li ġiet identifikata u lanqas indirizzata f'ebda azzjoni ta' segwitu għall-ispezzjonijiet proprji tal-INAC.

(101)

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni stiednet lill-INAC, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, għal seduta quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Matul is-seduta tal-14 ta' Novembru 2018, l-INAC ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali tal-avjazzjoni Venezwelana, lejn l-istruttura tal-INAC, lejn iċ-ċifri tal-persunal u tal-industrija tal-avjazzjoni, flimkien ma' informazzjoni aktar iddettaljata dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza fl-2017 u l-2018, dwar l-ispezzjonijiet imwettqa u ppjanati, dwar il-miżuri ta' infurzar, dwar il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-programm statali ta' sikurezza, u dwar l-approċċ tas-sorveljanza bbażati fuq ir-riskji, flimkien ma' informazzjoni teknika rilevanti oħra. L-INAC tenniet l-impenn tagħha li tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha b'rabta mas-sikurezza tal-avjazzjoni, kif ukoll ir-rieda tagħha li tistabbilixxi qafas ta' kooperazzjoni mal-EASA.

(102)

Matul is-seduta, l-Istati Membri saqsew mistoqsijiet bil-għan li jifhmu jekk is-sistema tas-sorveljanza hijiex fil-fatt implimentata b'mod effettiv fil-Venezwela. Uħud mit-tweġibiet mogħtija mill-INAC ma kellhomx il-livell ta' dettall meħtieġ.

(103)

Il-Kummissjoni tinnota li l-implimentazzjoni effettiva fil-qafas tal-programm USOAP tal-ICAO għall-Venezwela hija 93,51 %. Fl-2009 sar awditu USOAP-CMA tal-ICAO, u l-aħħar missjoni ta' validazzjoni koordinata tal-ICAO saret fl-2013.

(104)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li tmien kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela applikaw formalment għal awtorizzazzjonijiet tat-TCO mill-EASA. Sal-lum, ebda kumpanija tal-ajru Venezwelana ma rċeviet awtorizzazzjoni ta' TCO. L-EASA rrifjutat l-applikazzjoni mingħand Avior Airlines għal raġunijiet ta' sikurezza, filwaqt li s-seba' applikazzjonijiet l-oħra ġew irrifjutati mill-EASA għal raġunijiet amministrattivi jew ġew irtirati mill-kumpaniji tal-ajru.

(105)

Il-Kummissjoni tagħraf il-fatt li l-Venezwela hija impenjata li tikkoopera mal-Kummissjoni, u li tipprovdi aġġornamenti kontinwi dwar il-qagħda tal-obbligi ta' sorveljanza tagħha. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-INAC hija lesta tiltaqa' mal-Kummissjoni, mal-EASA u mal-Istati Membri kull meta jkun meħtieġ.

(106)

Għalkemm huwa ċar li n-nuqqasijiet varji identifikati se jkollhom jissolvew, s'issa mhumiex ta' natura li titlob l-inklużjoni ta' kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(107)

Għaldaqstant, skont l-informazzjoni disponibbli bħalissa, u skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela.

(108)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Venezwela mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom isiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Venezwela, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(109)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti ta' sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja

(110)

F'Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li tneħħi l-kumpaniji tal-ajru kollha taħt l-awtorità taż-Żambja mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (11).

(111)

B'ittra tat-3 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”) biex tipprovdi dokumentazzjoni marbuta mal-istruttura tal-awtorità, mas-sistema u l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha, inkluż il-lista tad-detenturi ta' AOC u tal-inġenji tal-ajru rreġistrati, kif ukoll il-miżuri ta' infurzar.

(112)

Fl-1 ta' Ġunju 2018, iż-ZCAA pprovdiet l-informazzjoni mitluba, inkluż informazzjoni dwar l-istruttura organizzattiva u l-persunal, dwar id-detenturi ta' AOC flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet operattivi, l-inġenji tal-ajru rreġistrati fiż-Żambja, kif ukoll ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza, l-azzjonijiet ta' infurzar, u l-lista ta' inċidenti u aċċidenti mill-2016 sal-lum. Barra minn hekk, iż-ZCAA pprovdiet informazzjoni dwar il-progress miksub wara r-rakkomandazzjonijiet maħruġin fir-rapport finali tal-missjoni ta' validazzjoni koordinata tal-ICAO li saret f'Marzu 2016.

(113)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ liż-ZCAA tirrapporta b'mod regolari dwar it-titjib kontinwu fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(114)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(115)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(116)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005, ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali], ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/830 tal-15 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, ĠU L 124, 17.5.2017, p. 3, il-premessi dwar il-Benin (12) sa (19).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5, il-premessi dwar l-Indoneżja (40) sa (64).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1146/2012 tat-3 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, ĠU L 333, 5.12.2012, p. 7, il-premessi dwar il-Mauritania (71) sa (81).

(9)  ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3.

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2215 tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, ĠU L 318, 2.12.2017, p. 1, il-premessi dwar il-Venezwela (70) sa (81).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, ĠU L 160, 17.6.2016, p. 50, il-premessi dwar iż-Żambja (108) sa (121).


ANNESS I

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa ssostitwit b'li ġej:

“ANNESS A

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (‘l-AOC’) jew tal-Liċenzja tal-Operat

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

MED-VIEW AIRLINE

MVA/AOC/10-12/05

MEV

In-Niġerja

AIR ZIMBABWE (PVT) LTD

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines li tinsab fl-Anness B, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

AO 007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELI-MALONGO

AO-005/11-09/18YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Afrijet u SN2AG li jinsabu fl-Anness B, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

ALLEGIANCE AIR TOURIST

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (ex EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL (ex S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa ssostitwit b'li ġej:

“ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (‘AOC’)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

L-Istat tar-reġistrazzjoni

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300ER.

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B737-700, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-200, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300, kif jissemma fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300ER, kif jissemma fl-AOC.

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336).

Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE  (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG.

Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

IRAN AIR

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Il-kumpanija Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għal-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.