20.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1784
tad-9 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar il-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 45(6)(b) u 46(9)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikoli 38 sa 48 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (2) jistabbilixxu regoli li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar prattiki tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jemenda diversi dispożizzjonijiet dwar il-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 daħal fis-seħħ fit-30 ta' Diċembru 2017. L-emendi dwar il-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni bdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018. Sabiex tiġi ċċarata u żgurata l-konsistenza bejn l-obbligi rilevanti tal-operaturi, dawk l-emendi jeħtieġu li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jiġu aġġustati. |
(3) |
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li art koperta bil-ħaxix li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew aktar trid tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti skont il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393, jew jiddeċiedu li l-erja tal-bur permanenti tista' tinkludi speċijiet oħra bħalma huma arbuxelli jew siġar skont il-punt (b) ta' dan is-subparagrafu, jew jiddeċiedu li ċertu art li tista' tintuża għar-ragħa hija meqjusa bħala bur permanenti skont il-punt (c) ta' dan is-subparagrafu, jenħtieġ li jadattaw, jekk ikun hemm bżonn, il-proporzjon tar-referenza tagħhom sabiex jieħdu kont tal-effetti sinifikanti possibbli fuq dak il-proporzjon tal-applikazzjoni ta' dawk id-deċiżjonijijiet. |
(4) |
Wara l-introduzzjoni fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393, tal-possibilità għall-Istati Membri li jiddeċiedu li art koperta mill-ħaxix li ma nħartitx għal ħames snin jew aktar tiġi kkunsidrata bur permanenti, erja ta' bur permanenti tista' titlef dik il-kwalifika mhux biss bħala konsegwenza tal-konverżjoni tagħha f'għelejjel li jinħadmu iżda wkoll bħala konsegwenza ta' ħrit. L-Artikolu 44(1), tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jenħtieġ li jiġi adattat biex jirrifletti din il-possibilità l-ġdida. |
(5) |
L-Artkilu 3(9)(b)(i) tar-Regolament (UE) 2017/2393 jintroduċi tliet tipi ġodda ta' erjas b'fokus ekoloġiku, li jestendu l-lista preżenti bl-erjas bil-Miscanthus, erjas bis-Silphium perfoliatum u art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar). Il-premessa (45) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tenfasizza l-importanza li erja b'fokus ekoloġiku tiġi stabbilita b'mod koerenti. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn it-tipi introdotti riċentement ta' erjas b'fokus ekoloġiku u dawk diġà eżistenti. |
(6) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-erjas li huma “art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel”, minħabba li dawn l-erjas kienu jiffurmaw parti mit-tip ta' erja b'fokus ekoloġiku “art li titħalla tistrieħ”, ir-rekwiżiti ta' ġestjoni eżistenti għal dawn tal-aħħar jenħtieġ li jkomplu japplikaw. B'mod partikolari, il-projbizzjoni fuq il-produzzjoni agrikola, it-tul minimu li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-projbizzjoni fuq l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, stabbiliti fir-rigward tal-“art li titħalla tistrieħ” jenħtieġ li japplikaw ukoll fir-rigward tal-“art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel” anki jekk iż-żrigħ ta' pjanti li jipproduċu l-għasel huwa permess fuq erjas li jaqgħu taħt din il-kategorija ġdida. |
(7) |
Barra minn hekk, biex jitneħħa kull dubju li jista' jinqala' bl-introduzzjoni ta' tip ġdid ta' erja b'fokus ekoloġiku u biex jiġu indirizzati r-riskji li għelejjel normalment użati għall-produzzjoni huma miżrugħa fuqha, b'kunsiderazzjoni għall-għan tal-bijodiversità tal-erja b'fokus ekoloġiku, jenħtieġ li jiġi ċċarat li b'konformità mar-rekwiżit ta' “ebda produzzjoni”, erjas ta' dan it-tip ma jistgħux jinkludu erjas koperti b'għelejjel li normalment huma kkultivati għal skop ta' ħsad. |
(8) |
Madankollu, minħabba li l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393, jalloka koeffiċjent ta' korrezzjoni ogħla għall-erja b'fokus ekoloġiku l-ġdida “art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel”, imsemmija fl-Artikolu 46(2)(m) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, aktar milli għall-“art li titħalla tistrieħ” imsemmija fl-Artikolu 46(2)(a) ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku. B'mod partikolari sabiex tiġi assigurata ċ-ċertezza tad-dritt għall-bdiewa fir-rigward tal-ispeċijiet li huma kkunsidrati bħala l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar, jiġifieri dawk magħrufa bħala “l-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel” għall-iskopijiet tal-punt (m) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' speċijiet ta' dan it-tip. B'kunsiderazzjoni għall-varjetà ta' kondizzjonijiet agronomiċi u speċijiet madwar l-Unjoni, l-għażla tal-ispeċijiet adattati jenħtieġ li titħalla f'idejn l-Istati Membri. Mandakollu, speċijiet aljeni invażivi fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill (4) jenħtieġ li ma jintużawx f'dawn l-erjas minħabba li huma riskjużi għall-bijodiversità lokali, billi fost l-oħrajn ixekklu l-interazzjonijiet tal-pollinaturi tal-pjanti lokali. |
(9) |
Barra minn hekk, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-bijodiversità ta' erjas ta' dan it-tip, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar rekwiżiti addizzjonali ta' ġestjoni bħalma huma taħlitiet ta' speċijiet. Fl-aħħar nett, peress li l-preżenza tal-ispeċijiet tal-ħaxix mhux predominanti u l-użu tad-doqqajs ma jaffettwawx l-effett tal-bijodiversità tal-art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel, l-użu ta' doqqajs jenħtieġ li jkun permess. |
(10) |
Sabiex tiġi protetta u mtejba l-bijodiversità b'konformità mal-għanijiet tal-“ekoloġizzazjoni” jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' ġestjoni fir-rigward tal-użu ta' inputs kimiċi (fertilizzanti minerali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti), għall-erjas b'fokus ekoloġiku ta' Miscanthus u Silphium perfoliatum riċentement stabbiliti. B'mod partikolai, b'kunsiderazzjoni għall-impatt relattivament aktar dannuż fuq il-bijodiversità, l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq dawk l-erjas jenħtieġ li jkun projbit filwaqt li l-użu tagħhom jitħalla biss tul l-ewwel sena biex jgħin fl-istabbiliment tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018. Madankollu, b'kunsiderazzjoni għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet nazzjonali u l-bdiewa jaġġustaw rwieħhom għar-rekwiżiti stabbiliti b'dan ir-Regolament dwar l-erjas b'fokus ekoloġiku, l-emendi korrispondenti jenħtieġ li japplikaw biss fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2019, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 43, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jadattaw il-proporzjon ta' referenza jekk iqisu li hemm impatt sinifikanti fuq l-evoluzzjoni tal-proporzjon dovuta, b'mod partikolari, għal bidla fl-erja ta' produzzjoni organika, bidla fil-popolazzjoni ta' parteċipanti fl-iskema tal-bdiewa ż-żgħar jew meta Stat Membru jieħu deċiżjoni skont il-punt (a), (b) jew (c) tat-tielet subparagarafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bla dewmien dwar l-adattament li sar u l-ġustifikazzjoni għal dak l-adattament.”; |
(2) |
Fl-Artikolu 44, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-obbligu individwali ta' bdiewa biex ma jikkonvertux, anke meta japplikaw il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, biex ma jaħartux erjas ta' bur permanenti mingħajr awtorizzazzjoni individwali minn qabel. Il-bdiewa għandhom jiġu mgħarrfa b'dak l-obbligu mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ qabel il-15 ta' Novembru tas-sena li fiha l-Istat Membru kkonċernat jistabbilixxi dan. Dak l-obbligu għandu japplika biss għall-bdiewa li huma soġġetti għall-obbligi skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta' erjas ta' bur permanenti li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni jista' jiddependi fuq l-applikazzjoni tal-għan u tal-kriterji nondiskriminatorji inkluż il-kriterji ambjentali. Jekk l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hija soġġetta għall-kundizzjoni li erja oħra b'numru korrispondenti ta' ettari tkun se tiġi stabbilita bħala bur permanenti jew, meta l-Istati Membri japplikaw il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għall-kundizzjoni li erja oħra jew l-istess waħda hija stabbilita bħala bur permanenti, dik l-erja għandha, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti mill-ewwel ġurnata wara l-konverżjoni inkluż il-ħrit. Erjas bħal dawn għandhom jintużaw għat-tkabbir ta' ħxejjex jew ta' foraġġ erbaċew ieħor għal ħames snin konsekuttivi wara d-data tal-konverżjoni tagħhom inkluż il-ħrit. Madankollu, jekk l-Istat Membru jiddeċiedi b'dan il-mod, meta l-bdiewa jikkonvertu erjas li kienu diġà qed jintużaw għat-tkabbir ta' ħxejjex jew ta' foraġġ erbaċew ieħor f'erjas ta' bur permanenti, dawn l-erjas għandhom jintużaw għat-tkabbir ta' ħxejjex jew ta' foraġġ erbaċew ieħor għall-bqija tas-snin li hemm bżonn biex jintlaħqu l-ħames snin konsekuttivi.”; |
(3) |
L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018.
Il-punt 3 tal-Artikolu 1 għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).