|
14.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1709
tat-13 ta' Novembru 2018
li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2020 dwar l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi tas-saħħa oħrajn relatati max-xogħol fir-rigward tal-istħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 (2), il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza li titjieb il-kwalità tal-ġbir tad-data statistika dwar aċċidenti u mard relatati max-xogħol, dwar esponimenti okkupazzjonali u dwar mard relatat max-xogħol. Jekk issir ripetizzjoni tal-modulu ad hoc dwar l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi tas-saħħa relatati max-xogħol, li twettaq fl-1999, fl-2007 u fl-2013, dan ikun jista' jikkumplimenta d-data trażmessa mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 (3). Barra minn hekk, jenħtieġ li r-ripetizzjoni ta' dan il-modulu tipprovdi informazzjoni dwar l-esponiment okkupazzjonali għall-fatturi ta' riskju għas-saħħa fiżika u l-benesseri mentali. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1851 (4) jispeċifika u jiddeskrivi l-oqsma ta' informazzjoni speċjalizzata (“submoduli”) li jenħtieġ li jiġu inklużi fil-modulu ad hoc tal-2020 dwar aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi tas-saħħa oħrajn relatati max-xogħol. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data skont il-modulu ad hoc dwar l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi tas-saħħa oħrajn relatati max-xogħol. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2020 dwar l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi tas-saħħa oħrajn relatati max-xogħol, il-filtri, il-kodiċijiet li għandhom jintużaw u l-iskadenza sa meta għandhom jintbagħtu r-riżultati lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) COM(2014) 332 final, 6 ta' Ġunju 2014.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1851 tal-14 ta' Ġunju 2016 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, għall-istħarriġ kampjunarju dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 284, 20.10.2016, p. 1).
ANNESS
Dan l-Anness jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-modulu ad hoc dwar l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi tas-saħħa oħrajn relatati max-xogħol skedat li jitwettaq fl-2020. Dan jistabbilixxi wkoll id-dati għas-sottomissjoni tad-data lill-Kummissjoni.
Skadenza għat-trażmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni: 31 ta' Marzu 2021.
Filtri u kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-data: kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 (1).
Kolonni riżervati għall-fatturi ta' ponderazzjoni fakultattivi, li għandhom jintużaw f'każijiet ta' subkampjunar jew ta' ebda tweġiba: il-kolonni 226-229 li fihom numri sħaħ u l-kolonni 230-231 li fihom pożizzjonijiet deċimali.
(1) Submodulu “Aċċidenti fuq il-post tax-xogħol”
Filtru: 15 ≤ AGE ≤ 74
|
Isem/Kolonna |
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
Filtru |
|
|
|
|
|
|
ACCIDNUM |
|
Għadd ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol matul l-aħħar 12-il xahar |
(WSTATOR = 1,2) |
|
211 |
|
Aċċidenti fuq il-post tax-xogħol li rriżultaw f'korrimenti li ġraw fit-12-il xahar qabel il-ġimgħa ta' referenza |
jew (WSTATOR = 3-5 u EXISTPR = 1 |
|
|
0 |
Xejn |
u YEARPR u |
|
|
1 |
Wieħed |
MONTHPR mhuwiex |
|
|
2 |
Tnejn jew aktar |
qabel sena 1 |
|
|
9 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
qabel |
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
il-ġimgħa ta' referenza) |
|
|
|
|
|
|
ACCIDTYP |
|
Tip ta' aċċident fuq il-post tax-xogħol |
ACCIDNUM = 1,2 |
|
212 |
|
Jekk l-aċċident l-aktar reċenti fuq il-post tax-xogħol kienx aċċident tat-traffiku jew le |
|
|
|
1 |
Aċċident tat-traffiku |
|
|
|
2 |
Aċċident ieħor għajr tat-traffiku |
|
|
|
9 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
|
ACCIDJOB |
|
Impjieg marbut mal-aċċident |
ACCIDNUM = 1,2 |
|
213 |
|
X'kien l-impjieg meta ġara l-aċċident l-aktar reċenti fuq il-post tax-xogħol li rriżulta f'korriment |
|
|
|
1 |
Impjieg ewlieni attwali |
|
|
|
2 |
It-tieni impjieg attwali |
|
|
|
3 |
L-aħħar impjieg (għall-persuni mhux impjegati biss) |
|
|
|
4 |
Xi impjieg ieħor jew impjieg fil-passat |
|
|
|
9 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
|
ACCIDBRK |
|
Durata ta' assenza mix-xogħol minħabba l-aċċident fuq il-post tax-xogħol |
ACCIDNUM = 1,2 |
|
214-215 |
|
Għadd ta' jiem kalendarju - minbarra l-jum tal-aċċident - fit-12-il xahar qabel il-ġimgħa ta' referenza li matulhom il-persuna ma setgħetx taħdem minħabba l-aċċident l-aktar reċenti fuq il-post tax-xogħol li rriżulta f'korriment |
|
|
|
00 |
Għadha ma daħlitx għax-xogħol għax għadha ma rkupratx mill-aċċident, imma mistennija terġa' tidħol għax-xogħol aktar 'il quddiem |
|
|
|
01 |
Mhix mistennija li qatt terġa' tidħol għax-xogħol minħabba f'dan l-aċċident |
|
|
|
02 |
Inqas minn jum jew ebda ħin barra x-xogħol |
|
|
|
03 |
Mill-inqas jum imma inqas minn erbat ijiem |
|
|
|
04 |
Mill-inqas erbat ijiem imma inqas minn ġimagħtejn |
|
|
|
05 |
Mill-inqas ġimagħtejn imma inqas minn xahar |
|
|
|
06 |
Mill-inqas xahar imma inqas minn tliet xhur |
|
|
|
07 |
Mill-inqas tliet xhur imma inqas minn sitt xhur |
|
|
|
08 |
Mill-inqas sitt xhur imma inqas minn disa' xhur |
|
|
|
09 |
Bejn disa' u tnax-il xahar |
|
|
|
99 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
(2) Submodulu “Problemi tas-saħħa relatati max-xogħol”
Filtru: 15 ≤ AGE ≤ 74
|
Isem/Kolonna |
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
Filtru |
|
|
|
|
|
|
HPROBNUM |
|
Għadd ta' problemi tas-saħħa relatati max-xogħol matul l-aħħar 12-il xahar |
(WSTATOR = 1,2) jew |
|
216 |
|
Problema/i fiżika/ċi jew mentali li sofriet il-persuna fit-12-il xahar qabel il-ġimgħa ta' referenza li kienet/kienu (i)kkawżata/i jew marret/marru għall-agħar minħabba x-xogħol minbarra aċċident(i) fuq il-post tax-xogħol li ġie/ġew reġistrat(i) qabel |
(WSTATOR = 3-5 u EXISTPR = 1) |
|
|
0 |
Xejn |
|
|
|
1 |
Wieħed |
|
|
|
2 |
Tnejn jew aktar |
|
|
|
9 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
|
HPROBTYP |
|
Tip ta' problema tas-saħħa relatata max-xogħol |
HPROBNUM = 1,2 |
|
217-218 |
|
Tip tal-aktar problema serja tas-saħħa kkawżata jew li marret għall-agħar minħabba x-xogħol |
|
|
|
00 |
Problemi tal-għadam, tal-ġogi jew tal-muskoli li prinċipalment jaffettwaw l-għonq, l-ispallejn, id-dirgħajn jew l-idejn |
|
|
|
01 |
Problemi tal-għadam, tal-ġogi jew tal-muskoli li prinċipalment jaffettwaw il-ġenbejn, l-irkopptejn, ir-riġlejn jew is-saqajn |
|
|
|
02 |
Problemi tal-għadam, tal-ġogi jew tal-muskoli li prinċipalment jaffettwaw id-dahar |
|
|
|
03 |
Problemi tan-nifs jew tal-pulmuni |
|
|
|
04 |
Problemi tal-ġilda |
|
|
|
05 |
Problemi tas-smigħ |
|
|
|
06 |
Stress, depressjoni jew ansjetà |
|
|
|
07 |
Uġigħ ta' ras u/jew strapazz tal-għajnejn |
|
|
|
08 |
Mard tal-qalb jew attakk tal-qalb, jew problemi oħra fis-sistema taċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
09 |
Mard infettiv (virus, batterji jew tip ieħor ta' infezzjoni) |
|
|
|
10 |
Problemi fl-istonku, fil-fwied, fil-kliewi jew fis-sistema diġestiva |
|
|
|
11 |
Tipi oħra ta' problemi tas-saħħa |
|
|
|
99 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
|
HPROBLIM |
|
Problema tas-saħħa li tillimita l-attivitajiet ta' kuljum |
HPROBNUM = 1,2 |
|
219 |
|
Jekk l-aktar problema tas-saħħa serja kkawżata jew li marret għall-agħar minħabba x-xogħol tillimitax l-abbiltà li jitwettqu l-attivitajiet fil-ħajja ta' kuljum fuq il-post tax-xogħol jew barra mill-post tax-xogħol |
|
|
|
0 |
Le |
|
|
|
1 |
Iva, sa ċertu punt |
|
|
|
2 |
Iva, b'mod konsiderevoli |
|
|
|
9 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
|
HPROBJOB |
|
Impjieg marbut mal-problema tas-saħħa |
HPROBNUM = 1,2 |
|
220 |
|
Impjieg li kkawża jew li minħabba fih marret għall-agħar il-problema l-aktar serja tas-saħħa. |
|
|
|
1 |
Impjieg ewlieni attwali |
|
|
|
2 |
It-tieni impjieg attwali |
|
|
|
3 |
L-aħħar impjieg (għall-persuni mhux impjegati biss) |
|
|
|
4 |
Xi impjieg ieħor jew impjieg fil-passat |
|
|
|
9 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
|
HPROBBRK |
|
Durata tal-assenza mix-xogħol minħabba problema tas-saħħa marbuta max-xogħol |
HPROBNUM = 1,2 |
|
221-222 |
|
Għadd ta' jiem kalendarju fit-12-il xahar qabel il-ġimgħa ta' referenza li fihom il-persuna ma setgħetx taħdem minħabba l-problema l-aktar serja tas-saħħa li kienet ikkawżata jew li marret għall-agħar minħabba x-xogħol |
|
|
|
00 |
Għadha ma daħlitx għax-xogħol għax għadha ma rkupratx mill-problema tas-saħħa, imma mistennija terġa' tidħol għax-xogħol aktar 'il quddiem |
|
|
|
01 |
Mhix mistennija li qatt terġa' tidħol għax-xogħol minħabba f'din il-problema tas-saħħa |
|
|
|
02 |
Inqas minn jum jew ebda ħin barra x-xogħol |
|
|
|
03 |
Mill-inqas jum imma inqas minn erbat ijiem |
|
|
|
04 |
Mill-inqas erbat ijiem imma inqas minn ġimagħtejn |
|
|
|
05 |
Mill-inqas ġimagħtejn imma inqas minn xahar |
|
|
|
06 |
Mill-inqas xahar imma inqas minn tliet xhur |
|
|
|
07 |
Mill-inqas tliet xhur imma inqas minn sitt xhur |
|
|
|
08 |
Mill-inqas sitt xhur imma inqas minn disa' xhur |
|
|
|
09 |
Bejn disa' u tnax-il xahar |
|
|
|
99 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
(3) Submodulu “Fatturi ta' riskju għas-saħħa fiżika u/jew benesseri mentali”
|
Isem/Kolonna |
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
Filtru |
|
|
|
|
|
|
PHYSRISK |
|
Esponiment għal fatturi ta' riskju għas-saħħa fiżika |
WSTATOR = 1,2 |
|
223-224 |
|
Esponiment fuq il-post tax-xogħol għal wieħed mill-fatturi ta' riskju li ġejjin li jistgħu jaffettwaw is-saħħa fiżika. Identifika l-fattur li huwa kkunsidrat bħala l-ikbar riskju għas-saħħa fiżika. |
|
|
|
01 |
Iva, prinċipalment pożizzjonijiet li jikkawżaw l-għajja jew l-uġigħ |
|
|
|
02 |
Iva, prinċipalment movimenti tad-dirgħajn jew l-idejn li huma ripetittivi |
|
|
|
03 |
Iva, prinċipalment it-tqandil ta' piżijiet tqal |
|
|
|
04 |
Iva, prinċipalment l-istorbju |
|
|
|
05 |
Iva, prinċipalment vibrazzjoni qawwija |
|
|
|
06 |
Iva, prinċipalment sustanzi kimiċi, trabijiet, dħaħen, dħaħen tan-nar jew gassijiet |
|
|
|
07 |
Iva, prinċipalment attivitajiet li jinvolvu konċentrazzjoni viżwali qawwija |
|
|
|
08 |
Iva, prinċipalment żliq, tfixkil fis-saqajn u waqgħat |
|
|
|
09 |
Iva, prinċipalment l-użu ta' makkinarji jew għodod tal-idejn (esklużi l-vetturi) |
|
|
|
10 |
Iva, prinċipalment l-użu ta' vetturi (waqt ix-xogħol, bl-esklużjoni tal-vjaġġ lejn ix-xogħol jew t-tluq minnu) |
|
|
|
11 |
Iva, prinċipalment fattur ta' riskju sinifikanti ieħor għas-saħħa fiżika |
|
|
|
00 |
Ma hemmx fattur ta' riskju sinifikanti għas-saħħa fiżika |
|
|
|
99 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
|
MENTRISK |
|
Esponiment għal fatturi ta' riskju għall-benesseri tal-mentali |
WSTATOR = 1,2 |
|
225 |
|
Esponiment fuq il-post tax-xogħol għal wieħed mill-fatturi ta' riskju li ġejjin li jistgħu jaffettwaw il-benesseri mentali. Identifika l-fattur li huwa kkunsidrat bħala l-ikbar riskju għall-benesseri mentali. |
|
|
|
1 |
Iva, prinċipalment ħafna pressjoni ta' ħin jew ammont żejjed ta' xogħol |
|
|
|
2 |
Iva, prinċipalment vjolenza jew theddid ta' vjolenza |
|
|
|
3 |
Iva, prinċipalment fastidju jew bullying |
|
|
|
4 |
Iva, prinċipalment nuqqas ta' komunikazzjoni jew kooperazzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni |
|
|
|
5 |
Iva, prinċipalment kif wieħed jimxi ma' klijenti diffiċli, pazjenti, studenti, eċċ. |
|
|
|
6 |
Iva, prinċipalment in-nuqqas ta' sigurtà tal-impjieg |
|
|
|
7 |
Iva, prinċipalment in-nuqqas ta' awtonomija, jew nuqqas ta' influwenza fuq il-pass tax-xogħol jew il-proċessi tax-xogħol |
|
|
|
8 |
Iva, prinċipalment fattur ta' riskju sinifikanti ieħor għall-benesseri mentali |
|
|
|
0 |
Ma hemmx fattur ta' riskju sinifikanti għall-benesseri mentali |
|
|
|
9 |
Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) |
|
|
|
Vojt |
Ebda tweġiba/Ma nafx |
|
|
|
|
|
|
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' data mill-2009 'l quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).