7.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1624
tat-23 ta' Ottubru 2018
li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (2) jispeċifika l-proċedura u jintroduċi sett minimu ta' mudelli għall-forniment ta' informazzjoni lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment (“istituzzjonijiet”) għall-fini tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet. Mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 'il hawn, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kisbu esperjenza fil-qasam tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni. Fid-dawl ta' din l-esperjenza, huwa meħtieġ li jiġi aġġornat is-sett minimu ta' mudelli għall-ġbir ta' informazzjoni għal skopijiet ta' ppjanar tar-riżoluzzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 għandu wkoll l-għan li jfassal il-proċedura u s-sett minimu ta' mudelli għall-forniment ta' informazzjoni lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni mill-istituzzjonijiet b'tali mod li jippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jiġbru dik l-informazzjoni b'mod konsistenti fl-Unjoni u li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti. Madankollu, l-esperjenza wriet li approċċ armonizzat għall-ġbir ta' dik l-informazzjoni nkiseb biss parzjalment. Għaldaqstant huwa neċessarju li jkun żgurat li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiġbru nukleu minimu ta' informazzjoni dwar istituzzjoni jew grupp fl-Unjoni fuq bażi regolari. Dan ma jipprevjenix lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tiġbor xi informazzjoni addizzjonali li tqis neċessarji biex tfassal u timplimenta pjanijiet ta' riżoluzzjoni jew biex tiddetermina, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE, obbligi ssimplifikati ta' informazzjoni. |
(3) |
Sabiex ikun żgurat li l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni jkunu bbażati fuq sett minimu ta' data ta' preċiżjoni u kwalità konsistentement għolja, l-attributi ta' data stabbiliti fil-mudell ta' rapportar introdotti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 jenħtieġ li jkunu trasformati f'formola unika tal-punti ta' data, skont il-prassi fir-rapportar superviżorju. Il-formola unika tal-punti ta' data jenħtieġ li tkun tikkonsisti minn rappreżentazzjoni strutturata tal-attributi ta' data, u tidentifika l-kunċetti kummerċjali rilevanti kollha għall-finijiet ta' rapportar uniformi għall-ippjanar tar-riżoluzzjoni u jenħtieġ li jkollha l-ispeċifikazzjonijiet kollha rilevanti neċessarji għal żvilupp ulterjuri ta' soluzzjonijiet uniformi ta' rapportar tal-IT. |
(4) |
Sabiex titħares il-kwalità, il-konsistenza u l-preċiżjoni tal-attributi ta' data rrappurtati mill-istituzzjonijiet, jenħtieġ li l-attributi ta' data jkunu soġġetti għal regoli komuni ta' validazzjoni. |
(5) |
Minħabba n-natura proprja tagħhom, ir-regoli ta' validazzjoni u d-definizzjonijiet tal-punti tad-data huma aġġornati b'mod regolari sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw, f'kull ħin, mar-rekwiżiti applikabbli regolatorji, analitiċi u tat-teknoloġija tal-informatika. Madankollu, iż-żmien attwalment meħtieġ sabiex jiġu adottati u ppubblikati l-formola unika tal-punti ta' data u r-regoli ta' validazzjoni fid-dettall ifisser li mhuwiex possibbli li jsiru modifiki b'mod malajr biżżejjed u f'waqtu li jkun jiżgura forniment permanenti ta' informazzjoni uniformi rigward il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji kwalitattivi stretti għall-formola unika tal-punti ta' data u għar-regoli komuni ta' validazzjoni li se jiġu ppubblikati b'mod elettroniku mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq is-sit web tagħha. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jikkooperaw sabiex jimminimizzaw ir-rekwiżiti ta' informazzjoni duplikata. Għal dan l-iskop, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 jintroduċi proċedura ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni, li jenħtieġ tinżamm sabiex l-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni jivverifikaw konġuntament jekk l-informazzjoni rikjesta kollha jew parti minnha tinsabx diġà għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti. Meta l-informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, ikun jixraq li din tittrażmettiha direttament lill-awtorità ta' riżoluzzjoni. |
(7) |
Meta wieħed iqis il-portata tal-emendi neċessarji għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066, huwa ppreferut, għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza tad-dritt, li jiġi adottat Regolament ta' Implimentazzjoni ġdid u, għaldaqstant, li jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066. |
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-ABE lill-Kummissjoni. |
(9) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw proċeduri u sett minimu ta' mudelli standard għall-preżentazzjoni, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, ta' informazzjoni neċessarja għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali, f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/59/UE, u pjanijiet ta' riżoluzzjoni għal grupp f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“entità ta' riżoluzzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
|
(2) |
“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
|
(3) |
“istituzzjoni fi grupp” tfisser entità fi grupp li tkun istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment; |
(4) |
“entità ġuridika rilevanti” tfisser entità fi grupp li jew:
|
Artikolu 3
Forniment ta' informazzjoni ewlenija għall-iskop ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali jew għal grupp
1. L-istituzzjonijiet, u fil-każ ta' gruppi, l-impriżi omm tal-Unjoni, għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni direttament jew inkella permezz tal-awtorità kompetenti, l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli stabbiliti fl-Anness I f'konformità mal-livell ta' konsolidazzjoni tal-informazzjoni, frekwenza u format stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 4, 5 u 6, u billi jimxu mal-istruzzjonijiet stabbilit fl-Anness II.
2. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni jew, fil-każ ta' gruppi, awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, tapplika obbligi ssimplifikati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE, din għandha tgħarraf lill-istituzzjonijiet jew lill-impriżi omm tal-Unjoni kkonċernati liema informazzjoni ma hemmx għalfejn li tiddaħħal fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għandha tidentifika dik l-informazzjoni b'riferiment għall-mudelli stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 4
Livell ta' konsolidazzjoni tal-informazzjoni
1. L-istituzzjonijiet li mhumiex parti minn grupp għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), għajr għall-informazzjoni msemmija fil-mudelli Z 07.02 u Z 04.00 tal-Anness I, fuq bażi individwali.
2. Fil-każ ta' gruppi, l-impriżi omm tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 01.00 tal-Anness I f'rabta ma' dan li ġej:
|
(b) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli Z 02.00 u Z 03.00 tal-Anness I:
|
(c) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 04.00 tal-Anness I f'rabta mal-interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-entitajiet ġuridiċi kollha rilevanti; |
(d) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli Z 05.01 u Z 05.02 tal-Anness I:
|
(e) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 06.00 tal-Anness I fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni fuq bażi konsolidata, f'rabta mal-istituzzjonijiet kollha ta' kreditu li jkunu entitajiet ġuridiċi rilevanti; |
(f) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 07.01 tal-Anness I, separatament għal kull Stat Membru li fih jopera l-grupp; |
(g) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 07.02 u Z 07.03 u Z 07.04 tal-Anness I f'rabta mal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ta' negozju ewlenin provduti minn kwalunkwe entità fi grupp; |
(h) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 08.00 tal-Anness I, f'rabta mas-servizzi kritiċi kollha provduti lil kwalunkwe entità fi grupp inkluża fil-mudell Z 01.00 tal-Anness I; |
(i) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 09.00 tal-Anness I f'rabta mal-infrastrutturi kollha tas-swieq finanzjarji, li kull xkiel tagħhom ikun jimpedixxi serjament jew jipprevjeni t-twettiq ta' kwalunkwe funzjoni kritika identifikata fil-mudell Z 07 02; |
(j) |
l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 10.01 u Z 10.02 tal-Anness I f'rabta mas-sistemi kollha ta' informazzjoni kritika fil-grupp. |
Artikolu 5
Frekwenza, dati ta' referenza u data ta' rimessa
1. L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena fir-rigward tal-aħħar jum tas-sena kalendarja preċedenti jew tas-sena finanzjarja rilevanti. Jekk il-30 ta' April ma jkunx jum tax-xogħol, l-informazzjoni għandha tingħata fil-jum tax-xogħol ta' wara.
2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jipprovdu d-dettalji ta' kuntatt neċessarji ta' fejn għandha tingħata l-informazzjoni fl-awtorità ta' riżoluzzjoni jew, meta applikabbli, fl-awtorità kompetenti.
3. L-istituzzjonijiet jistgħu jibagħtu ċifri mhux awditjati. Meta ċ-ċifri awditjati jiddevjaw minn ċifri mhux awditjati preżentati, iċ-ċifri awditjati riveduti għandhom jiġu preżentati mingħajr dewmien żejjed. Ċifri mhux awditjati jkunu ċifri li ma rċevewx opinjoni ta' awditur estern filwaqt li ċifri awditjati jkunu ċifri awditjati minn awditur estern li jesprimi opinjoni tal-awditjar.
4. Il-korrezzjonijiet għar-rapporti ppreżentati għandhom jiġu ppreżentati mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 6
Format għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni
1. L-istituzzjonijiet jew, fil-każ ta' gruppi, impriżi omm tal-Unjoni, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) fil-formati u rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, u għandhom jirrispettaw id-definizzjonijiet ta' punti ta' data inklużi fil-formola unika tal-punti ta' data speċifikata fl-Anness III u r-regoli ta' validazzjoni msemmija fl-Anness IV, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
informazzjoni mhux meħtieġa jew mhux applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża fi preżentazzjoni ta' data; |
(b) |
il-valuri numeriċi għandhom jiġu ppreżentati bħala fatti skont dan li ġej:
|
2. Id-data ppreżentata mill-istituzzjonijiet jew, fil-każ ta' gruppi minn impriżi omm tal-Unjoni, għandha tiġi assoċjata mal-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-data ta' referenza għall-preżentazzjoni; |
(b) |
il-munita tar-rapportar; |
(c) |
standards kontabilistiċi applikabbli; |
(d) |
identifikatur tal-entità li tirrapporta; |
(e) |
livell ta' konsolidazzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4. |
Artikolu 7
Forniment ta' informazzjoni addizzjonali għall-iskop ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali jew għal grupp
1. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni jew awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tqis informazzjoni mhux koperta minn xi mudell stabbilit fl-Anness I bħala neċessarja għall-iskopijiet tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, jew meta l-format li fih tingħata informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 8(2) ma jkunx adattat għall-iskopijiet tat-tfassil jew tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha titlob tali informazzjoni mill-istituzzjoni jew mill-impriża omm tal-Unjoni.
2. Għall-iskopijiet tat-talba skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha:
(a) |
tidentifika l-informazzjoni addizzjonali li trid tingħata; |
(b) |
tispeċifika, filwaqt li tqis il-volum u l-kumplessità tal-informazzjoni rikjesta, il-perjodu ta' żmien adattat li fih l-istituzzjoni jew, fil-każ ta' gruppi, l-impriża omm tal-Unjoni, għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni; |
(c) |
tispeċifika l-format li għandu jintuża mill-istituzzjonijiet jew, fil-każ ta' gruppi, minn impriżi omm tal-Unjoni sabiex tingħata l-informazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni; |
(d) |
tispeċifika jekk l-informazzjoni għandhiex timtela fuq bażi individwali jew fil-livell ta' grupp u jekk l-ambitu tagħha huwiex lokali, mifrux fl-Unjoni jew globali; |
(e) |
tipprovdi d-dettalji ta' kuntatt neċessarji għall-iskopijiet ta' għoti ta' informazzjoni addizzjonali. |
Artikolu 8
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni għandhom jivverifikaw konġuntament jekk l-informazzjoni kollha jew parti minnha li trid tingħata lill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7is hijiex diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti.
2. Meta l-informazzjoni kollha jew parti minnha tkun diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti, dik l-awtorità għandha tipprovdi din l-informazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni b'mod f'waqtu.
3. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jew, fil-każijiet ta' gruppi, l-impriżi omm tal-Unjoni, ikunu akkonoxxenza tal-informazzjoni li hemm bżonn li tkun inkluża fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(1). Għandhom jidentifikaw dik l-informazzjoni b'riferiment għall-mudelli stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 9
Perjodu ta' tranżizzjoni
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1), għal sena finanzjarja li tintemm f'data bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2018, id-data ta' rimessa għandha tkun mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2019.
2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1), għal sena finanzjarja li tintemm f'data bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2019, id-data ta' rimessa għandha tkun mhux aktar tard mit-30 ta' April 2020.
Artikolu 10
Tħassir
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 jitħassar.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' proċeduri, formoli u mudelli standard għall-forniment ta' informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 6.7.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(4) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
ANNESS I
MUDELL TA' RIŻOLUZZJONI
Numru tal-mudell |
Kodiċi tal-mudell |
Isem tal-mudell jew tal-grupp ta' mudelli |
Isem fil-qosor |
|
|
INFORMAZZJONI DWAR L-ENTITÀ, L-ISTRUTTURA TAL-GRUPP U D-DIPENDENZI |
|
1 |
Z 01.00 |
Struttura organizzazzjonali |
ORG |
|
|
INFORMAZZJONI DWAR L-ENTRATI LI JIDHRU FIL-KARTA BILANĊJALI U ENTRATI LI MA JIDHRUX |
|
2 |
Z 02.00 |
Struttura tal-Obbligazzjonijiet |
LIAB |
3 |
Z 03.00 |
Rekwiżiti ta' fondi proprji |
OWN |
4 |
Z 04.00 |
Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp |
IFC |
5,1 |
Z 05.01 |
Kontropartijiet ewlenin (Obbligazzjonijiet) |
MCP 1 |
5,2 |
Z 05.02 |
Kontropartijiet ewlenin (ma jidhrux fil-karta bilanċjali) |
MCP 2 |
6 |
Z 06.00 |
Assigurazzjoni ta' depożitu |
DIS |
|
|
LINJI TA' NEGOZJU EWLENIN, FUNZJONIJIET KRITIĊI U SISTEMI TA' INFORMAZZJONI RELATATI U INFRASTRUTTURI TAS-SWIEQ FINANZJARJI |
|
|
|
Funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin |
|
7,1 |
Z 07.01 |
Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi |
FUNC 1 |
7,2 |
Z 07.02 |
Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-entitajiet ġuridiċi |
FUNC 2 |
7,3 |
Z 07.03 |
Immappjar ta' linji ta' negozju ewlenin mal-entitajiet ġuridiċi |
FUNC 3 |
7,4 |
Z 07.04 |
Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin |
FUNC 4 |
8 |
Z 08.00 |
Servizzi kritiċi |
SERV |
|
|
Servizzi FMI - fornituri u utenti |
|
9 |
Z 09.00 |
Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi (FMI) |
FMI 1 |
|
|
Sistemi ta' informazzjoni |
|
10,1 |
Z 10.01 |
Sistemi ta' informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali) |
CIS 1 |
10,2 |
Z 10.02 |
Immappjar tas-sistemi ta' informazzjoni |
CIS 2 |
Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG)
Entità |
Kumpanija Omm Diretta |
|||||||||||||||||||
Isem |
Kodiċi |
Kodiċi LEI |
Tip ta' Entità |
Pajjiż |
Inkluża fil-konsolidament prudenzjali |
Rinunzja Art. 7 CRR |
Art. 10 Rinunzja CRR |
Assi totali |
L-Ammont Totali tal-Iskopertura għar-Riskju |
Skopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ |
Standard kontabilistiku |
Kontribuzzjoni għall-assi konsolidati totali |
Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju |
Kontribuzzjoni għall-Iskopertura Konsolidata tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ |
Entità ġuridika rilevanti |
Isem |
Kodiċi |
Kodiċi LEI |
Kapital tal-Ishma |
Drittijiet tal-vot fl-entità |
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
0080 |
0090 |
0100 |
0110 |
0120 |
0130 |
0140 |
0150 |
0160 |
0170 |
0180 |
0190 |
0200 |
0210 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)
|
Kontroparti |
TOTAL |
|
|||||||||
Unitajiet domestiċi |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (non-SMEs) |
Istituzzjonijiet ta' kreditu |
Korporazzjonijiet finanzjarji oħra |
Il-Gvernijiet ġenerali u l-Banek ċentrali |
Mhux identifikata, ikkwotata f'ċentru tan-negozjar |
Mhux identifikata, mhux ikkwotata f'ċentru tan-negozjar |
li minnhom: intragrupp |
li minnhom: obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz, bl-esklużjoni ta' intragrupp |
|||
Ringiela |
Entrata |
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
0080 |
0090 |
0100 |
0110 |
0100 |
OBBLIGAZZJONIJIET ESKLUŻI MIR-RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0110 |
Depożiti koperti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0120 |
Obbligazzjonijiet garantiti – parti kollateralizzata |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0130 |
Obbligazzjonijiet lejn klijenti, jekk protetti fl-insolvenza |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0140 |
Obbligazzjonijiet fiduċjarji, jekk protetti fl-insolvenza |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0150 |
Obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet < 7 ijiem |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0160 |
Obbligazzjonijiet għal (operaturi ta') sistemi < 7 ijiem |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0170 |
Obbligazzjonijiet għal impjegati |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0180 |
Obbligazzjonijiet kritiċi għat-tħaddim operazzjonali ta' kuljum |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0190 |
Obbligazzjonijiet lejn awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, jekk ippreferuti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0200 |
Obbligazzjonijiet lejn l-iSGD |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0300 |
OBBLIGAZZJONIJIET MHUX ESKLUŻI MIR-RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0310 |
Depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0311 |
li minnhom: maturità residwa <= xahar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0312 |
li minnhom: maturità residwa > xahar < sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0313 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0314 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0320 |
Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0321 |
li minnhom: maturità residwa <= xahar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0322 |
li minnhom: maturità residwa > xahar < sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0323 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0324 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0330 |
Obbligazzjonijiet skont il-karta bilanċjali li jirriżultaw mid-derivattivi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0331 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet tan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustament tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq, qabel it-tpaċija tal-kollateral |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0332 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet tan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustament tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0333 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet tan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustament tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral, u filwaqt li jiġu inkorporati l-ammonti stmati tal-close-out |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0334 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0340 |
Obbligazzjonijiet garantiti mhux ikkollateralizzati |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0341 |
li minnhom: maturità residwa <= xahar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0342 |
li minnhom: maturità residwa > xahar < sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0343 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0344 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0350 |
Noti strutturati |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0351 |
li minnhom: maturità residwa <= xahar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0352 |
li minnhom: maturità residwa > xahar < sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0353 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0354 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0360 |
Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0361 |
li minnhom: maturità residwa <= xahar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0362 |
li minnhom: maturità residwa > xahar < sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0363 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0364 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0365 |
Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0366 |
li minnhom: maturità residwa <= xahar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0367 |
li minnhom: maturità residwa > xahar < sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0368 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0369 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0370 |
Obbligazzjonijiet subordinati (mhux rikonoxxuti bħala fondi proprji) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0371 |
li minnhom: maturità residwa <= xahar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0372 |
li minnhom: maturità residwa > xahar < sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0373 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0374 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0380 |
Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL oħra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0381 |
li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0382 |
li minnhom: maturità residwa >= sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0390 |
Obbligazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0400 |
Obbligazzjonijiet residwali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0500 |
FONDI PROPRJI |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0510 |
Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0511 |
li minnu: strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0512 |
li minnu: strumenti kklassifikati pari passu mal-ishma ordinarji |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0520 |
Kapital ta' Grad 1 Addizzjonali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0521 |
li minnu: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0530 |
Kapital tal-Grad 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0531 |
li minnu: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0600 |
L-OBBLIGAZZJONIJIET U L-FONDI PROPRJI TOTALI INKLUŻI L-OBBLIGAZZJONIJIET DERIVATTIVI |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN)
|
Ammont jew Perċentwal |
|
0010 |
||
L-AMMONT TOTALI TAL-ISKOPERTURA GĦAR-RISKJU |
0100 |
|
Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju |
0110 |
|
KAPITAL INIZJALI U REKWIŻIT TAL-PROPORZJON TA' INGRANAĠĠ |
|
|
Kapital inizjali |
0210 |
|
Rekwiżit tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ |
0220 |
|
IL-PROPORZJON TOTALI TA' REKWIŻIT TA' KAPITAL SREP (TSCR) |
0300 |
|
TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 |
0310 |
|
TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 |
0320 |
|
REKWIŻITI TA' BAFER KOMBINAT |
0400 |
|
Bafer ta' Konservazzjoni tal-Kapital |
0410 |
|
Bafer ta' konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru |
0420 |
|
Bafer Kapitali Kontroċikliku Speċifiku għall-Istituzzjoni |
0430 |
|
Bafer tar-Riskju Sistemiku |
0440 |
|
Bafer ta' Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti |
0450 |
|
Bafer ieħor ta' Istituzzjoni Sistemikament Importanti |
0460 |
|
Proporzjon tar-rekwiżit kapitali kumplessiv (OCR) |
0500 |
|
OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 |
0510 |
|
OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 |
0520 |
|
OCR u Gwida dwar il-Pilastru 2 (P2G) |
0600 |
|
OCR u P2G: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 |
0610 |
|
OCR u P2G: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 |
0620 |
|
Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC)
Emittent jew entità garantita |
Kreditur, detentur jew fornitur ta' garanzija |
Interkonnessjoni finanzjarja |
|||||
Isem tal-entità |
Kodiċi |
Isem tal-entità |
Kodiċi |
Tip |
Ammont pendenti |
||
|
li minnu maħruġ skont liġi ta' pajjiż terz |
li minnu eliġibbli għall-MREL |
|||||
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
0080 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Z 05.01 - Kontropartijiet Ewlenin ta' Obbligazzjonijiet (MCP 1)
Kontroparti |
Tip |
Ammont pendenti |
||||
Isem tal-entità |
Kodiċi |
Grupp jew individwali |
Pajjiż |
Settur |
||
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
|
|
|
|
|
|
|
Z 05.02 – Kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali (MCP 2)
Kontroparti |
Tip |
Ammont |
||||
Isem tal-entità |
Kodiċi |
Grupp jew individwali |
Pajjiż |
Settur |
||
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
|
|
|
|
|
|
|
Z 06.00 - Assigurazzjoni ta' depożitu (DIS)
Entità Ġuridika |
Sħubija SGD |
Skema ta' Protezzjoni Istituzzjonali |
Protezzjoni addizzjonali skont skema kuntrattwali |
||
Isem tal-entità |
Kodiċi |
SGD |
Ammont ta' depożiti koperti |
||
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
|
|
|
|
|
|
Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1)
Pajjiż: |
|
|
|||||||
|
|||||||||
Ringiela |
Funzjonijiet ekonomiċi |
Data kwantitattiva |
Valutazzjoni tal-Kritiċità |
||||||
ID |
Funzjoni ekonomika |
Deskrizzjoni ta' funzjoni ekonomika |
Sehem mis-suq |
Ammont monetarju |
Indikatur numeriku |
Impatt fuq is-suq |
Sostitwibbiltà |
Funzjoni Kritika |
|
|
|
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
|
|
1 |
Depożiti |
|||||||
0010 |
1,1 |
Unitajiet domestiċi |
|
|
|
|
|
|
|
0020 |
1,2 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - SMEs |
|
|
|
|
|
|
|
0030 |
1,3 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - non-SMEs |
|
|
|
|
|
|
|
0040 |
1,4 |
Gvernijiet Ġenerali |
|
|
|
|
|
|
|
0050 |
1,5 |
Setturi / kontropartijiet oħra (1) |
|
|
|
|
|
|
|
0060 |
1,6 |
Setturi / kontropartijiet oħra (2) |
|
|
|
|
|
|
|
0070 |
1,7 |
Setturi / kontropartijiet oħra (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Għoti ta' self |
|||||||
0080 |
2,1 |
Unitajiet domestiċi – għoti ta' self għal akkwist ta' dar |
|
|
|
|
|
|
|
0090 |
2,2 |
Unitajiet domestiċi – self ieħor |
|
|
|
|
|
|
|
0100 |
2,3 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - SMEs |
|
|
|
|
|
|
|
0110 |
2,4 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - non-SMEs |
|
|
|
|
|
|
|
0120 |
2,5 |
Gvernijiet Ġenerali |
|
|
|
|
|
|
|
0130 |
2,6 |
Setturi / kontropartijiet oħra (1) |
|
|
|
|
|
|
|
0140 |
2,7 |
Setturi / kontropartijiet oħra (2) |
|
|
|
|
|
|
|
0150 |
2,8 |
Setturi / kontropartijiet oħra (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
Servizzi ta' Pagamenti, Kontanti, Saldu, Ikklerjar, Kustodja |
|||||||
0160 |
3,1 |
Servizzi ta' pagament lill-MFIs |
|
|
|
|
|
|
|
0170 |
3,2 |
Servizzi ta' pagament lil non-MFIs |
|
|
|
|
|
|
|
0180 |
3,3 |
Servizzi ta' kontanti |
|
|
|
|
|
|
|
0190 |
3,4 |
Servizzi ta' saldu tat-titoli |
|
|
|
|
|
|
|
0200 |
3,5 |
Servizzi tal-ikklerjar ta' CCPs |
|
|
|
|
|
|
|
0210 |
3,6 |
Servizzi ta' kustodja |
|
|
|
|
|
|
|
0220 |
3,7 |
Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (1) |
|
|
|
|
|
|
|
0230 |
3,8 |
Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (2) |
|
|
|
|
|
|
|
0240 |
3,9 |
Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
Swieq tal-Kapital |
|||||||
0250 |
4,1 |
Derivattivi miżmuma għan-negozju - OTC |
|
|
|
|
|
|
|
0260 |
4,2 |
Derivattivi miżmuma għan-negozju - mhux OTC |
|
|
|
|
|
|
|
0270 |
4,3 |
Swieq sekondarji / negozju (miżmuma għan-negozju biss) |
|
|
|
|
|
|
|
0280 |
4,4 |
Swieq Primarji / sottoskrizzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
0290 |
4,5 |
Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (1) |
|
|
|
|
|
|
|
0300 |
4,6 |
Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (2) |
|
|
|
|
|
|
|
0310 |
4,7 |
Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
Finanzjament tal-Operaturi |
|||||||
0320 |
5,1 |
Self meħud |
|
|
|
|
|
|
|
0330 |
5,2 |
Derivattivi (assi) |
|
|
|
|
|
|
|
0340 |
5,3 |
Għoti ta' self |
|
|
|
|
|
|
|
0350 |
5,4 |
Derivattivi (obbligazzjonijiet) |
|
|
|
|
|
|
|
0360 |
5,5 |
Tipi oħra ta' prodott (1) |
|
|
|
|
|
|
|
0370 |
5,6 |
Tipi oħra ta' prodott (2) |
|
|
|
|
|
|
|
0380 |
5,7 |
Tipi oħra ta' prodott (3) |
|
|
|
|
|
|
|
Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi skont l-entità ġuridika (FUNC 2)
Funzjonijiet kritiċi |
Entità Ġuridika |
Importanza monetarja |
||
Pajjiż |
ID |
Isem tal-entità |
Kodiċi |
Ammont monetarju |
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
|
|
|
|
|
Z 07.03 - Immappjar tal-Linji ta' Negozju Ewlenin mal-entitajiet ġuridiċi (FUNC 3)
Linja ta' negozju ewlenija |
Entità ġuridika |
|||
Linja ta' negozju ewlenija |
ID tal-Linja ta' Negozju |
Deskrizzjoni |
Isem tal-entità |
Kodiċi |
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
|
|
|
|
|
Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin (FUNC 4)
Funzjonijiet kritiċi |
Linja ta' negozju ewlenija |
||
Pajjiż |
ID tal-funzjoni |
Linja ta' negozju ewlenija |
ID tal-Linja ta' Negozju |
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
|
|
|
|
Z 08.00 - Servizzi kritiċi (SERV)
Identifikatur |
Tip ta' servizz |
Id-destinatarju tas-servizzi |
Fornitur tas-servizz |
Funzjoni kritika |
Ħin stmat għas-sostitwibbiltà |
Ħin stmat għall-aċċess għall-kuntratti |
Liġi regolatorja |
Kuntratt b'validità għal riżoluzzjoni |
||||
Isem tal-Entità |
Kodiċi |
Isem tal-Entità |
Kodiċi |
Parti mill-grupp |
Pajjiż |
ID |
||||||
0005 |
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
0080 |
0090 |
0100 |
0110 |
0120 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Z 09.00 – Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi (FMI)
Utent |
Funzjoni kritika |
Fornitur |
Liġi regolatorja |
||||||||
Isem tal-Entità |
Kodiċi |
Pajjiż |
ID |
Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji (FMI) |
Modalità tal-parteċipazzjoni |
Intermedjarju |
Deskrizzjoni tas-servizz |
||||
Tip ta' Sistema |
Isem |
Kodiċi FMI |
Isem |
Kodiċi |
|||||||
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
0070 |
0080 |
0090 |
0100 |
0110 |
0120 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Z 10.01 - Sistemi ta' Informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali) (CIS 1)
Sistemi ta' informazzjoni kritiċi |
Entità fi Grupp Responsabbli mis-Sistema |
||||
Sistema Kodiċi ta' Identifikazzjoni |
Isem |
Tip |
Deskrizzjoni |
Isem tal-Entità |
Kodiċi |
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
|
|
|
|
|
|
Z 10.02 - Immappjar ta' sistemi ta' informazzjoni (CIS 2)
Sistema Kodiċi ta' Identifikazzjoni |
Utent tal-Entità fi Grupp tas-Sistema |
Servizz kritiku |
Funzjoni kritika |
||
Isem tal-Entità |
Kodiċi |
Identifikatur |
Pajjiż |
ID |
|
0010 |
0020 |
0030 |
0040 |
0050 |
0060 |
|
|
|
|
|
|
ANNESS II
Struzzjonijiet
I. |
Struzzjonijiet ġenerali | 24 |
I.1 |
Struttura | 24 |
I.2 |
Referenzi | 25 |
I.3 |
Standards kontabilistiċi | 25 |
I.4 |
Ambitu tal-konsolidament | 25 |
I.5 |
Numerazzjoni u konvenzjonijiet oħra | 26 |
II. |
Struzzjonijiet relatati mal-mudell | 26 |
II.1 |
Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG) | 26 |
II.2 |
Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB) | 29 |
II.3 |
Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN) | 36 |
II.4 |
Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC) | 39 |
II.5 |
Z 05.01 u Z 05.02 - Kontropartijiet Ewlenin (MCP) | 41 |
II.6 |
Z 06.00 - Assigurazzjoni ta' depożitu (DIS) | 44 |
II.7 |
Funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin | 47 |
II.8 |
Z 08.00 - Servizzi kritiċi (SERV) | 55 |
II.9 |
Z 09.00 – Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi | 59 |
II.10 |
Sistemi ta' Informazzjoni Kritiċi | 61 |
I. Struzzjonijiet ġenerali
I.1 Struttura
1. |
Il-qafas jikkonsisti minn 15-il mudell, organizzati fi 3 blokok:
|
I.2 Referenzi
2. |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:
|
I.3 Standards kontabilistiċi
3. |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dawn l-istruzzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti kollha abbażi tal-qafas kontabilistiku li jużaw għar-rapportar tal-informazzjoni finanzjarja f'konformità mal-Artikoli minn 9 sa 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. L-istituzzjonijiet li ma għandhomx l-obbligu li jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 għandhom japplikaw ir-regoli tal-qafas kontabilistiku rispettiv tagħhom. |
4. |
Għall-istituzzjonijiet li jirrapportaw skont l-IFRS, iddaħħlu referenzi għall-IFRS rilevanti. |
I.4 Ambitu tal-konsolidament
5. |
Dan il-qafas jirreferi, skont il-mudell, għal:
|
6. |
Għal kull mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jimxu fuq il-bażi(jiet) ta' konsolidament applikabbli skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. |
I.5 Numerazzjoni u konvenzjonijiet oħra
7. |
Dawn l-istruzzjonijiet jimxu mal-konvenzjoni dwar it-tikkettar stipulata hawn taħt, meta ssir referenza għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-mudelli. Dawn il-kodiċijiet numeriċi jintużaw b'mod estensiv fir-regoli ta' validazzjoni. |
8. |
In-notazzjoni ġenerali segwenti tintuża f'dawn l-istruzzjonijiet biex issir referenza għall-kolonni, ringieli u ċelloli ta' mudell: {Mudell;Ringiela;Kolonna}. |
9. |
Fil-każ ta' validazzjonijiet f'mudell, li fih jintużaw biss punti ta' data ta' dak il-mudell, in-notazzjonijiet ma jirreferux għal mudell: {Ringiela;Kolonna}. |
10. |
Fil-każ ta' mudelli b'kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss: {Mudell;Ringiela}. |
11. |
Jintuża sinjal ta' asterisk biex jesprimi li l-validazzjoni ssir għar-ringieli jew il-kolonni speċifikati qabel. |
12. |
Meta entrata ta' informazzjoni ma tkunx applikabbli għall-entitajiet li fir-rigward tagħhom jiġi ppreżentat ir-rapport, l-ispazju korrispondenti għandu jitħalla vojt. |
13. |
Meta dawn l-istruzzjonijiet jirreferu għal kodiċi primarju, din għandha tfisser kolonna jew kombinazzjoni ta' kolonni mfassla biex jidentifikaw unikament ir-ringieli kollha tal-mudell. Kodiċi primarju għandu jkun fih valur uniku għal kull ringiela tal-mudell. Ma jistax ikun fih valur null. |
II. Struzzjonijiet relatati mal-mudell
II.1 Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG)
II.1.1 Kummenti ġenerali
14. |
Dan il-mudell jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-istruttura ġuridika u tas-sjieda tal-grupp. Għandu jiġi ppreżentat mudell uniku f'rabta mal-entitajiet kollha fi grupp li jissodisfaw il-livell limitu minimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) ta' dan ir-Regolament. Huma biss l-entitajiet ġuridiċi li għandhom ikunu identifikati f'dan il-mudell. |
II.1.2 Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||||||||||||||||||||||
0010-0160 |
Entità |
||||||||||||||||||||||||||||
0010 |
Isem Isem tal-entità. Isem uffiċjali kif jidher fl-atti korporattivi, inkluż l-indikazzjoni tal-forma ġuridika. |
||||||||||||||||||||||||||||
0020 |
Kodiċi Kodiċi tal-entità. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur. |
||||||||||||||||||||||||||||
0030 |
Kodiċi LEI Kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura tal-entità, meta disponibbli. |
||||||||||||||||||||||||||||
0040 |
Tip ta' Entità It-tip ta' entità, f'ordni sekwenzjali ta' prijorità, għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||
0050 |
Pajjiż Il-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-entità, li jista' jkun Stat Membru jew pajjiż terz. |
||||||||||||||||||||||||||||
0060 |
Inkluż fil-Perimetru Prudenzjali Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||
0070 |
Rinunzja Artikolu 7 CRR Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||
0080 |
Artikolu 10 Rinunzja CRR Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||
0090 |
Assi totali Assi totali kif definiti għal FINREP {F 01.01;380,010} |
||||||||||||||||||||||||||||
0100 |
L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif definit għal COREP (OF): {C 02.00;010;010} Din l-entrata ma għandhiex tkun rapportata għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet u entitajiet li jibbenefikaw minn rinunzja f'konformità mal-Artikolu 7 jew mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||||||||||||||||||||||||||
0110 |
Skopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ Skopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ għal COREP (LR): {C 47.00;290;010} Din l-entrata ma għandhiex tkun rapportata għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet u entitajiet li jibbenefikaw minn rinunzja f'konformità mal-Artikolu 7 jew mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||||||||||||||||||||||||||
0120 |
Standard kontabilistiku Standards kontabilistiċi applikati mill-entità. Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||
0130 |
Kontribuzzjoni għall-assi konsolidati totali L-ammont kontribwit mill-Entità għall-assi konsolidati totali tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport. |
||||||||||||||||||||||||||||
0140 |
Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju L-ammont kontribwit mill-Entità għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport. |
||||||||||||||||||||||||||||
0150 |
Kontribuzzjoni għall-iskopertura konsolidata tal-proporzjon ta' ingranaġġ L-ammont kontribwit mill-Entità għall-iskopertura konsolidata totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport. |
||||||||||||||||||||||||||||
0160 |
Entità ġuridika rilevanti Jekk l-entità tikkostitwix entità ġuridika rilevanti skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. |
||||||||||||||||||||||||||||
0170-0210 |
Kumpanija omm diretta Kumpanija omm diretta tal-Entità. Għandha tiġi rrapportata biss kumpanija omm diretta li għandha aktar minn 5 % tad-drittijiet tal-vot fl-Entità. Jekk entità jkollha aktar minn kumpanija omm diretta waħda, għandha tiġi rrapportata biss il-kumpanija omm diretta bl-ogħla sehem ta' kapital, jew bl-ogħla sehem tal-voti, jekk dan ikun rilevanti. |
||||||||||||||||||||||||||||
0140 |
Isem Isem il-kumpanija omm diretta tal-entità. |
||||||||||||||||||||||||||||
0150 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-kumpanija omm diretta. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur. |
||||||||||||||||||||||||||||
0160 |
Kodiċi LEI Kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura tal-entità, meta disponibbli. |
||||||||||||||||||||||||||||
0170 |
Kapital tal-ishma L-ammont ta' kapital azzjonarju miżmum mill-Kumpanija omm diretta fl-Entità, bl-esklużjoni tar-riżervi. |
||||||||||||||||||||||||||||
0180 |
Drittijiet tal-vot fl-Entità Perċentwal tad-drittijiet tal-vot miżmum mill-kumpanija omm diretta fl-Entità. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss jekk sehem wieħed ma jkunx ugwali għal vot wieħed (u b'hekk id-drittijiet tal-vot ma jkunux ugwali għall-kapital tal-ishma). |
II.2 Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)
II.2.1 Kummenti ġenerali
15. |
Dan il-mudell jirrikjedi informazzjoni granulari dwar l-istruttura tal-obbligazzjonijiet tal-entità jew tal-grupp. L-obbligazzjonijiet jinqasmu skont l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni u obbligazzjonijiet mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni. Huwa provdut ukoll qsim ulterjuri skont il-klassijiet ta' obbligazzjonijiet, il-klassijiet ta' kontropartijiet u l-maturità. |
16. |
Meta f'dan il-mudell ikun hemm stipulat qsim tal-maturità, il-maturità residwali għandha tkun iż-żmien sal-maturità kuntrattwali jew, meta jkun hemm dritt espliċitu jew impliċitu, kuntrattwali jew statutorju, għal rimborż antiċipat għad-detentur ta' strument, sal-ewwel data meta jfeġġ tali dritt. Pagamenti interim tal-kapital għandhom jinqasmu fil-meded ta' maturità korrispondenti. Meta applikabbli, il-maturità għandha titqies b'mod separat kemm għall-ammont tal-kapital kif ukoll għall-imgħax dovut. |
17. |
Awtomatikament, l-ammonti rapportati f'dan il-mudell għandhom ikunu ammonti pendenti. L-ammont pendenti ta' kreditu jew strument huwa t-total tal-ammont tal-kapital tal-kreditu jew tal-istrument u l-imgħax dovut fuqhom. L-ammont pendenti dovut huwa ugwali għall-valur tal-kreditu li jista' jressaq il-kreditur skont proċedimenti ta' insolvenza. |
18. |
Permezz ta' deroga mill-paragrafu preċedenti, obbligazzjonijiet skont il-karta bilanċjali li jirriżultaw mid-derivattivi (rapportati fir-ringiela 0330) għandhom jiġu rapportati fl-għamla ta' ammonti riportati. L-ammont riportat għandu jkun l-ammont riportat kif definit għal skopijiet ta' FINREP, skont l-IFRS jew l-nGAAP, kif applikabbli. Inkella, għandhom jintużaw ċifri skont l-iskemi ta' rapportar nGAAP. |
II.2.2 Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonni |
Struzzjonijiet |
0010 |
Unitajiet domestiċi FINREP, L-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (f) Individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi u produtturi ta' prodotti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum finali tagħhom stess, u bħala produtturi ta' prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u servizzi finanzjarji, diment li l-attivitajiet tagħhom mhumiex dawk ta' kważikorporazzjonijiet. Istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi (“NPISH”) u li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta' prodotti u servizzi mhux tas-suq maħsuba għal gruppi partikolari ta' unitajiet domestiċi għandhom jiġu inklużi. |
0020 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs) Anness, it-Titolu I, l-Artikolu 2.1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 (7); FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 5(i). Enterprises which employ fewer than 250 persons and which have an annual turnover not exceeding EUR 50 million, and/or an annual balance sheet total not exceeding EUR 43 million. |
0030 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (non-SMEs) FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (e) Korporazzjonijiet u kważikorporazzjonijiet li mhumiex involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja iżda prinċipalment fil-produzzjoni ta' prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (8). Huma esklużi l-“SMEs” rapportati fil-kolonna 0020. |
0040 |
Istituzzjonijiet ta' kreditu FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (c) Istituzzjonijiet ta' kreditu fis-sens tal-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u banek multilaterali tal-iżvilupp. |
0050 |
Korporazzjonijiet finanzjarji oħra FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (d) il-korporazzjonijiet u kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu bħal ditti tal-investiment, fondi tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, intrapriżi għal investiment kollettiv, u kmamar tal-ikklirjar kif ukoll intermedjarji finanzjarji, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijiet finanzjarji ristretti u mutwanti tal-flus. |
0060 |
Il-Gvernijiet ġenerali u l-Banek ċentrali FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punti (a) u (b) Il-banek ċentrali u l-gvernijiet ċentrali, gvernijiet statali jew reġjonali u gvernijiet lokali, inklużi l-korpi amministrattivi u impriżi mhux kummerċjali, iżda esklużi l-kumpaniji pubbliċi u l-kumpaniji privati miżmuma minn dawn l-amministrazzjonijiet li għandhom attività kummerċjali (li għandhom jiġu rrapportati taħt “istituzzjonijiet ta' kreditu”, “korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn” jew “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” skont l-attività tagħhom); fondi tas-sigurtà soċjali; u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali; |
0070 |
Mhux identifikata, ikkwotata f'ċentru tan-negozjar Meta l-identità tad-detentur ta' titolu ta' sigurtà ma tkunx magħrufa minħabba l-istrumenti kkwotati f'ċentru tan-negozjar, kif definiti skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, l-ammonti għandhom jiġu attribwiti għal din il-kolonna. |
0080 |
Mhux identifikata, mhux ikkwotata f'ċentru tan-negozjar Meta l-identità tad-detentur ta' titolu ta' sigurtà ma tkunx magħrufa, mingħajr ma l-istrumenti jkunu kkwotati f'ċentru tan-negozjar, l-ammonti għandhom jiġu attribwiti għal din il-kolonna u ma huwa meħtieġ l-ebda qsim ulterjuri tal-kontropartijiet. L-entitajiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jidentifikaw il-kontropartijiet u jillimitaw kemm jista' jkun l-użu ta' din il-kolonna. |
0090 |
Total |
0100 |
Li minnhom: intragrupp Obbligazzjonijiet fil-konfront ta' entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali (kuntrarjament għall-ambitu regolatorju tal-konsolidament). |
0110 |
Li minnhom: obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz, bl-esklużjoni ta' dawk intragrupp Dawn għandhom jinkludu l-ammonti grossi tal-obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u/jew maħruġa minn entitajiet fi grupp stabbiliti f'pajjiżi terzi. L-obbligazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ikkonfermat li, skont l-Artikolu 45(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), hija ssodisfata li kull deċiżjoni ta' awtorità ta' riżoluzzjoni dwar tniżżil fil-valur jew konverżjoni ta' obbligazzjoni tkun effettiva skont il-liġi ta' dak il-pajjiż terz, dik l-obbligazzjoni ma għandhiex tkun rapportata f'din l-intestatura. |
Ringieli |
Struzzjonijiet |
||||||
0100 |
Obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni L-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE jiddikjara li “L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin kemm jekk jitmexxew mil-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz”. |
||||||
0110 |
Depożiti koperti L-ammont ta' depożiti koperti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), bl-esklużjoni ta' bilanċi temporanjament għolja kif definiti fl-Artikolu 6(2) ta' dik id-Direttiva. |
||||||
0120 |
Obbligazzjonijiet garantiti – parti kollateralizzata L-Artikolu 44(2)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE Obbligazzjonijiet iggarantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili bħal bonds koperti. La r-rekwiżit biex ikun żgurat li l-assi garantiti kollha li jirrigwardaw pool ta' kopertura ta' bonds koperti ma jintlaqtux, jibqgħu segregati u b'biżżejjed finanzjament, u lanqas l-esklużjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandha tipprevjeni lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat f'rabta ma' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni garantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li tkun iggarantita bih. Ammont skopert bħal dan ta' dawn l-obbligazzjonijiet garantiti ma għandux jiġi rapportat f'din ir-ringiela, iżda rapportat fir-ringiela 0340, soġġett għal qsim addizzjonali. Obbligazzjonijiet tal-Bank Ċentrali li huma koperti minn pool ta' kollateral (pereżempju operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, operazzjoni ta' rifinanzjament fuq terminu twil, operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal b'mira, eċċ.) għandhom jitqiesu bħala obbligazzjonijiet garantiti. Tip speċifiku ta' obbligazzjonijiet huma pożizzjonijiet ta' kollateral (pereż. kollateral fi flus) riċevuti u rreġistrati fuq il-karta bilanċjali. Meta pożizzjonijiet ta' kollateral bħal dawn ikunu legalment vinkolati ma' pożizzjoni ta' assi, dawn għandhom jiġu trattati bħala obbligazzjonijiet garantiti għall-iskop ta' dan ir-rapport. |
||||||
0130 |
Obbligazzjonijiet lejn klijenti, jekk protetti fl-insolvenza L-Artikolu 44(2)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE Kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inklużi assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jew tal-AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli. |
||||||
0140 |
Obbligazzjonijiet fiduċjarji, jekk protetti fl-insolvenza L-Artikolu 44(2)(d) tad-Direttiva 2014/59/UE Kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta' relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja) sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli. |
||||||
0150 |
Obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet ta' kreditu < 7 ijiem L-Artikolu 44(2)(e) tad-Direttiva 2014/59/UE Obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' anqas minn sebat ijiem. |
||||||
0160 |
Obbligazzjonijiet għal (operaturi ta') sistemi < 7 ijiem L-Artikolu 44(2)(f) tad-Direttiva 2014/59/UE Obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew il-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema. |
||||||
0170 |
Obbligazzjonijiet għal impjegati L-Artikolu 44(2)(g)(i) tad-Direttiva 2014/59/UE Obbligazzjonijiet għal impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni dovuti jew remunerazzjoni fissa oħra, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhux regolat bi ftehim kollettiv ta' xogħol. Madanakollu dan ma għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta' dawk li jieħdu r-riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
||||||
0180 |
Obbligazzjonijiet kritiċi għat-tħaddim operazzjonali ta' kuljum L-Artikolu 44(2)(g)(ii) tad-Direttiva 2014/59/UE Kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE ta' oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet. |
||||||
0190 |
Obbligazzjonijiet lejn awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, jekk ippreferuti L-Artikolu 44(2)(g)(iii) tad-Direttiva 2014/59/UE Awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti skont il-liġi applikabbli. |
||||||
0200 |
Obbligazzjonijiet lejn l-iSGD L-Artikolu 44(2)(g)(iv) tad-Direttiva 2014/59/UE skemi ta' garanzija ta' depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE. |
||||||
0300 |
Obbligazzjonijiet mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni Dan huwa t-total tar-ringieli 0310, 0320, 0334, 0340, 0350, 0360, 0365, 0370, 0380, 0390 u 0400. |
||||||
0310 |
Depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali L-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE Depożiti kif definiti fl-Artikolu 2(1)(3) tad-Direttiva 2014/49/UE li ma jikkwalifikawx għall-esklużjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna (l-Artikolu 44(2)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE), iżda li għalihom huwa previst trattament preferenzjali f'konformità mal-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE. |
||||||
0320 |
Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali Depożiti kif definiti fl-Artikolu 2(1)(3) tad-Direttiva 2014/49/UE li ma jikkwalifikawx għall-esklużjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna jew għal trattament preferenzjali b'applikazzjoni tal-Artikolu 44(2)(a) jew l-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE. |
||||||
0330 |
Obbligazzjonijiet skont il-karta bilanċjali li jirriżultaw mid-derivattivi Valuri kontabilistiċi ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi, għall-ammont totali li jikkorrispondi għal FINREP: {F 01.02;020;010) + {F 01.02;150;010}. |
||||||
0331 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, qabel it-tpaċija tal-kollateral Awtomatikament, it-total tal-valuri tas-suq netti tal-obbligazzjonijiet derivattivi għal kull sett soġġett għan-netting kuntrattwali Is-sett tan-netting għandu jiġi rapportat biss meta l-valur tas-suq nett ta' sett tan-netting ikun obbligazzjoni. Għal dan il-għan, id-derivattivi li ma jkunux soġġetti għal arranġamenti ta' netting għandhom jiġu trattati bħala kuntratt uniku, jiġifieri daqslikieku kien sett tan-netting b'derivattiva waħda biss. |
||||||
0332 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral Il-valwazzjoni fir-ringiela 0331 hija soġġetta għal aġġustament għall-kollateral iddepożitat biex jiggarantixxi din l-iskopertura, li jirriżulta fit-total ta' dawn il-valuri tas-suq netti wara t-tpaċija tal-kollateral fil-valur tas-suq tiegħu. |
||||||
0333 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral, u filwaqt li jiġu inkorporati l-ammonti stmati tal-close-out F'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2016/1401 (14) dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi, ammont addizzjonali tal-close-out li jkopri l-ammont ta' telf jew kostijiet imġarrba minn kontropartijiet ta' derivattivi, jew qligħ li jkunu għamlu, meta ssir sostituzzjoni jew jinkiseb l-ekwivalenti ekonomiku f'termini materjali tal-kuntratti u d-drittijiet ta' opzjoni tal-partijiet fir-rigward tal-kuntratti terminati. L-estimi meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat ammont ta' close-out f'konformità mar-Regolament imsemmi hawn fuq jistgħu jkunu pjuttost diffiċli fuq bażi individwali. Għaldaqstant, minflok jistgħu jintużaw valuri indikattivi li jistgħu jkunu bbażati fuq data disponibbli bħar-rekwiżit prudenzjali għar-riskju tas-suq. Jekk ikun impossibbli li jsir kalkolu tal-ammont tal-close-out għall-obbligazzjonijiet derivattivi, l-ammont irrapportat għandu jkun ugwali għall-ammont irrapportat fir-ringiela 0332. |
||||||
0334 |
It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali Għandhom jiġu rrapportati l-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti għad-derivattivi bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali tal-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (relatati mal-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ). |
||||||
0340 |
Obbligazzjonijiet garantiti mhux ikkollateralizzati L-ammont ta' obbligazzjonijiet garantiti jew obbligazzjonijiet li għalihom ikun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li jkun iggarantit bih. Dan għandu jkopri l-parti “sottokollateralizzata” ta' kull obbligazzjoni kkollateralizzata, pereżempju l-parti sottokollateralizzata tal-bonds koperti jew tat-tranżazzjonijiet ta' riakkwist. |
||||||
0350 |
Noti strutturati In-noti strutturati huma definiti għal dan l-iskop bħala obbligi ta' dejn li fihom komponent ta' derivattiv inkorporat, b'rendimenti marbuta ma' titolu jew indiċi sottostanti (pubbliku jew personalizzat, bħal ekwitajiet jew bonds, kreditu jew rati tal-imgħax fissi, FX, komoditajiet, eċċ.). In-noti strutturati ma jinkludux strumenti tad-dejn li jinkludu opzjonijiet ta' xiri u ta' bejgħ biss, jiġifieri l-valur tal-istrument ma jiddependix fuq xi komponent ta' derivattiv inkorporat. |
||||||
0360 |
Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti Din tinkludi l-istrumenti kollha prijoritarji mhux garantiti li mhumiex inklużi fil-kategorija tan-noti strutturati. |
||||||
0365 |
Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza Ammont ta' kwalunkwe waħda minn dawn l-obbligazzjonijiet segwenti:
|
||||||
0370 |
Obbligazzjonijiet subordinati Obbligazzjonijiet li jitħallsu lura biss kont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza wara li l-klassijiet kollha ta' kredituri ordinarji u ta' kredituri prijoritarji mhux bi preferenza jkunu tħallsu mija fil-mija lura. Dan jinkludi kemm obbligazzjonijiet subordinati b'mod kuntrattwali kif ukoll dawk subordinati b'mod statutorju. Fil-każ ta' kumpaniji azzjonarji, it-titoli ta' dejn mhux subordinati jistgħu wkoll jiġu rapportati f'din il-kategorija (jiġifieri subordinazzjoni strutturali). F'din il-kategorija għandhom jiġu inklużi biss l-istrumenti subordinati li mhumiex rikonoxxuti bħala fondi proprji. Din ir-ringiela għandha tinkludi wkoll dik il-parti tal-obbligazzjonijiet subordinati li tikkwalifika fil-prinċipju bħala fondi proprji, iżda mhijiex inkluża fil-fondi proprji minħabba d-dispożizzjonijiet ta' eliminazzjoni gradwali bħall-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (maturità residwa) jew il-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (impatt tal-anterjorità). |
||||||
0380 |
Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL oħra Kull strument li huwa eliġibbli għal MREL iżda li ma jaqax taħt ir-ringieli 0320 u 0340 sa 0370. |
||||||
0390 |
Obbligazzjonijiet mhux finanzjarji Din ir-ringiela tiġbor fiha l-obbligazzjonijiet mhux finanzjarji li ma jirrigwardawx strumenti ta' dejn li għalihom tista' ssir rikapitalizzazzjoni interna għad-detenturi minħabba raġunijiet prattiċi bħal provvedimenti marbuta ma' litigazzjonijiet li l-entità tkun soġġetta għalihom. |
||||||
0400 |
Obbligazzjonijiet residwali Kull obbligazzjoni mhux rapportata fir-ringieli 0100 sa 0390. |
||||||
0500 |
Fondi proprji L-Artikoli 4(1)(118) u 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;010;010} |
||||||
0510 |
Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni L-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;020;010} |
||||||
0511 |
Li minnhom: strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma Strumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti minn) kapital CET1 fl-għamla ta' strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma |
||||||
0512 |
Li minnhom: strumenti kklassifikati pari passu mal-ishma ordinarji Strumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti minn) fondi proprji CET1 fl-għamla ta' strumenti li mhumiex strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma, iżda kklassifikati pari passu ma' din il-kategorija. |
||||||
0520 |
Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;530;010} |
||||||
0521 |
Li minnhom: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji Strumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti minn) Grad 1 Addizzjonali. |
||||||
0530 |
Kapital tal-Grad 2 L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;750;010} |
||||||
0531 |
Li minnhom: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji Dan il-qsim jidentifika l-istrumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti mill-)fondi proprji tal-Grad 2. |
||||||
0600 |
L-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji totali inklużi l-obbligazzjonijiet derivattivi It-total tal-obbligazzjonijiet kollha rapportati f'dan il-mudell u l-ammont ta' fondi proprji regolatorji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu miżjuda l-ammont mil-linji ta' hawn fuq. Fir-rigward tad-derivattivi, il-valur li jrid jintuża għandu jkun ir-ringiela 0334 “It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali”. |
II.3 Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN)
II.3.1 Kummenti ġenerali
19. |
Dan il-mudell jiġbor informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal entità jew grupp. |
20. |
L-informazzjoni kollha rrapportata għandha tirrifletti r-rekwiżiti ta' fondi proprji applikabbli fid-data ta' referenza tar-rapportar. |
21. |
L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-Pilastru 2 rapportata f'dan il-mudell għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar ittra SREP uffiċjali disponibbli kkomunikata mill-awtorità kompetenti. |
22. |
Meta l-entità msemmija fir-rapport ma tkunx soġġetta għal rekwiżiti ta' kapital fuq bażi individwali, għandha tiġi rrapportata biss ir-ringiela 0110. |
II.3.2 Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
Ringieli |
Struzzjonijiet |
||||
0100 |
L-Ammont Totali tal-Iskopertura għar-Riskju L-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 Ara Z 01.00, il-kolonna 0100 L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif definit għal COREP (OF): {C 02.00;010;010} |
||||
0110 |
Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju Ara Z 01.00, il-kolonna 0140 Skopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ għal COREP (LR): {C 47.00;290;010} Din l-entrata għandha tiġi rrapportata biss għall-entitajiet li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti ta' kapital fuq bażi individwali. |
||||
0210 - 0250 |
Kapital inizjali u Rekwiżiti tal-proporzjon ta' ingranaġġ |
||||
0210 |
Kapital inizjali L-Artikolu 12 u l-Artikoli minn 28 sa 31 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 L-ammont ta' kapital inizjali meħtieġ bħala prekundizzjoni għall-awtorizzazzjoni biex tinbeda attività ta' istituzzjoni. |
||||
0220 |
Rekwiżit tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ Rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif applikabbli għall-entità jew grupp, espress bħala perċentwal tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ. Jekk l-ebda rekwiżit formali ma jkun fis-seħħ, l-entitajiet għandhom iħallu din iċ-ċellola vojta. L-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ għandha tkun definita bl-istess mod bħalma hi għal COREP (LR): {C 47.00;290;010} |
||||
0300 |
Il-proporzjon totali ta' rekwiżit ta' kapital SREP (TSCR) COREP (OF): {C 03.00;130;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon tar-rekwiżit ta' kapital SREP totali (TSCR) kif ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti. It-TSCR huwa ddefinit fit-Taqsima 1.2 tal-Linji Gwida SREP tal-EBA. Jekk l-ebda rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0310 |
TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 COREP (OF): {C 03.00;140;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Jekk l-ebda rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, li jrid jinżamm fl-għamla ta' kapital CET1, ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0320 |
TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 COREP (OF): {C 03.00;150;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Jekk l-ebda rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, li jrid jinżamm fl-għamla ta' kapital tal-Grad 1, ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0400 |
Rekwiżiti ta' Bafer Kombinat Il-punt 6 tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE COREP (OF): {C 04.00;740;010} |
||||
0410 |
Bafer ta' Konservazzjoni tal-Kapital Il-punt 1 tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE COREP (OF): {C 04.00;750;010}). Skont l-Artikolu 129(1), il-bafer ta' konservazzjoni tal-kapital huwa ammont addizzjonali ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. Minħabba l-fatt li r-rata ta' 2,5 % tal-bafer ta' konservazzjoni tal-kapital hija stabbli, f'din iċ-ċellola għandu jkun irrapportat ammont. |
||||
0420 |
Bafer ta' konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru Il-punt d (iv) tal-Artikolu 458(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 COREP (OF): {C 04.00;760;010}). F'din iċ-ċellola, flimkien mal-bafer ta' konservazzjoni tal-kapital, għandu jiġi rrapportat l-ammont tal-bafer ta' konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru, li jista' jintalab skont l-Artikolu 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/013. L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar. |
||||
0430 |
Bafer Kapitali Kontroċikliku Speċifiku għall-Istituzzjoni Il-punt 2 tal-Artikolu 128 u l-Artikoli 130, 135-140 tad-Direttiva 2013/36/UE COREP (OF): {C 04.00;770;010}). L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar. |
||||
0440 |
Bafer tar-Riskju Sistemiku Il-punt 5 tal-Artikolu 128 u l-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2013/36/UE (COREP (OF): {C 04.00;780;010}). L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar. |
||||
0450 |
Bafer ta' Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti Il-punt 3 tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE COREP (OF): {C 04.00;800;010} L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar. |
||||
0460 |
Bafer ieħor ta' Istituzzjoni Sistemikament Importanti Il-punt 4 tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE COREP (OF): {C 04.00;810;010} L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar. |
||||
0500 |
Proporzjon tar-rekwiżit kapitali kumplessiv (OCR) COREP (OF): {C 03.00;160;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon tar-rekwiżit kapitali kumplessiv (OCR) kif definit fit-Taqsima 1.2 tal-Linji Gwida SREP tal-EBA. Jekk ma jkun japplika l-ebda rekwiżit ta' bafer, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0510 |
OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 COREP (OF): {C 03.00;170;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Jekk ma jkun japplika l-ebda rekwiżit ta' bafer, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0520 |
OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 COREP (OF): {C 03.00;180;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Jekk ma tkunx japplika l-ebda bafer, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0600 |
OCR u Gwida dwar il-Pilastru 2 (P2G) COREP (OF): {C 03.00;190;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0610 |
OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 COREP (OF): {C 03.00;200;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
||||
0620 |
OCR u P2G: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 COREP (OF): {C 03.00;210;010} It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:
Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i). |
II.4 Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC)
II.4.1 Kummenti ġenerali
23. |
Dan il-mudell jirrikjedi informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet intragrupp mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna, mill-istrumenti ta' kapital u mill-garanziji. |
24. |
Għandhom jiġu rrapportati l-interkonnessjonijiet finanzjarji kollha bejn l-entitajiet ġuridiċi rilevanti li huma inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu aggregati meta dawn ikunu jirrigwardaw l-istess kontropartijiet (kemm l-emittent kif ukoll l-entità garantita) u l-istess tip ta' obbligazzjonijiet, strumenti ta' kapital jew garanziji. |
25. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020, 0040 u 0050 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
II.4.2 Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0010-0020 |
Emittent jew entità garantita Entità ġuridika li toħroġ l-obbligazzjonijiet jew l-istrument ta' kapital, jew li tkun l-entità garantita. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0010 |
Isem tal-entità Irid ikun differenti mill-isem tal-Entità elenkat fil-kolonna 0030. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0020 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-emittent jew tad-destinatarju ta' garanzija. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. Il-kodiċi jrid ikun differenti mill-kodiċi elenkat fil-kolonna 0040. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0030-0040 |
Kreditur, detentur jew fornitur ta' garanzija Entità ġuridika li tkun il-kreditur għall-obbligazzjoni, id-detentur tal-istrument ta' kapital jew tipprovdi l-garanzija. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0030 |
Isem tal-entità Irid ikun differenti mill-isem tal-entità elenkat fil-kolonna 0010. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0040 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-Kreditur, tas-sottoskrittur jew tal-fornitur tal-garanzija. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. Irid ikun differenti mill-kodiċi elenkat fil-kolonna 0020. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0050- 0070 |
Interkonnessjoni finanzjarja Dan l-ispazju jiddeskrivi l-interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-entitajiet ġuridiċi rilevanti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0050 |
Tip Irid jintgħażel mil-lista segwenti:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0060 |
Ammont pendenti Għall-obbligazzjonijiet (il-kolonna 0050, it-tipi L.1, L.2 u L.4 - L.14), l-ammont pendenti tal-obbligazzjonijiet intragrupp; għall-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (it-tip L.3), l-ammonti tal-close-out kif definiti għall-iskopijiet tal-mudell Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0333. Għall-garanziji (il-kolonna 0050, il-valuri G.1 - G.4), l-ammont massimu potenzjali tal-pagamenti fil-futur taħt il-garanzija. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0070 |
li minnu maħruġ skont liġi ta' pajjiż terz Is-sehem, f'ammont monetarju, tal-ammont pendenti li huwa rregolat mil-liġi ta' pajjiż terz. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0080 |
li minnu: eliġibbli għall-MREL L-ammont pendenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli MREL ikkalkulat skont l-Artikolu 45(4)(a) u minn (c) sa (f) tad-Direttiva 2014/59/UE. Għal dan l-iskop, l-obbligazzjonijiet ma għandhomx ikunu esklużi mill-kalkolu għall-unika raġuni li dawn jinħarġu jew jinżammu minn entità fi grupp. |
II.5 Z 05.01 u Z 05.02 - Kontropartijiet Ewlenin (MCP)
II.5.1 Kummenti ġenerali
26. |
Dawn il-mudelli jiġbru informazzjoni dwar obbligazzjonijiet vis-à-vis kontropartijiet ewlenin (Z 05.01) u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontropartijiet ewlenin (Z 05.02). Ammonti rrapportati għandhom jiġu aggregati meta dawn ikunu tal-istess kontroparti u l-istess tip ta' obbligazzjonijiet jew entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. |
27. |
Obbligazzjonijiet u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li l-kontroparti tagħhom ma tistax tkun identifikata, ma għandhomx jiġu rrapportati f'dawn il-mudelli. Obbligazzjonijiet u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li l-kontroparti tagħhom tkun entità inkluża fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati ma għandhomx jiġu rrapportati. |
II.5.2 Z 05.01 – Kontropartijiet Ewlenin tal-Obbligazzjonijiet - Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
28. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020, 0040 u 0060 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||||||||||||||||||
0010-0050 |
Kontroparti Informazzjoni dwar il-kontroparti ewlenija li fir-rigward tagħha tfeġġ l-obbligazzjoni Il-kontropartijiet ewlenin għandhom jiġu identifikati billi jinġabar it-total tal-ammonti pendenti tal-obbligazzjonijiet kollha tal-entità jew grupp dwar liema jiġi rapportat il-mudell, lil kull kontroparti jew grupp ta' klijenti konnessi, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet vis-à-vis entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. Il-kontropartijiet u l-gruppi ta' kontropartijiet konnessi jiġu mbagħad ikklassifikati skont ammont pendenti aggregat sabiex jiġu identifikati l-ewwel 10 kontropartijiet ewlenin, li dwarhom għandha tingħata informazzjoni f'dan il-mudell. Id-definizzjoni ta' “grupp ta' kontropartijiet konnessi” għandha timxi fuq id-definizzjoni ta' “grupp ta' klijenti konnessi” stipulata fil-punt 39 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għall-iskop ta' dan il-mudell, kontroparti ma tistax tkun entità inkluża fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. |
||||||||||||||||||||||||
0010 |
Isem tal-entità Isem il-kontroparti ewlenija jew, meta applikabbli, isem ta' grupp ta' klijenti konnessi. L-isem ta' grupp ta' klijenti konnessi għandu jkun l-isem tal-kumpanija omm jew, meta l-grupp ta' klijenti konnessi ma jkollux omm, l-isem kummerċjali tal-grupp. |
||||||||||||||||||||||||
0020 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-kontroparti ewlenija jew tal-grupp ta' klijenti konnessi. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. |
||||||||||||||||||||||||
0030 |
Grupp jew individwali L-istituzzjoni għandu jirrapporta “1” għall-kontropartijiet ewlenin individwali u “2” għall-gruppi ta' klijenti konnessi. |
||||||||||||||||||||||||
0040 |
Pajjiż Il-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-entità. Dan jinkludi kodiċijiet psewdo-ISO għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, disponibbli fl-aħħar edizzjoni tal-“Vademecum tal-Bilanċ tal-Pagamenti” tal-Eurostat. Il-pajjiż huwa ddeterminat b'referenza għall-uffiċċju rreġistrat tal-kontroparti. Għall-gruppi ta' klijenti konnessi, il-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-kumpanija omm. |
||||||||||||||||||||||||
0050 |
Settur Għal kull kontroparti għandu jiġu allokat settur wieħed abbażi tal-klassijiet tas-settur ekonomiku FINREP (FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-Kapitolu 6):
Għall-gruppi ta' klijenti konnessi, l-ebda settur ma għandu jiġi rrappurtat. |
||||||||||||||||||||||||
0060 |
Tip It-tip ta' obbligazzjoni għandu jkun wieħed mit-tipi ta' obbligazzjoni elenkati fil-mudell Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB), jiġifieri:
Jekk l-obbligazzjonijiet vis-à-vis kontroparti ewlenija jikkonsistu f'aktar minn wieħed mit-tipi msemmija hawn fuq, kull tip ta' obbligazzjoni għandu jiġi rrapportat f'ringiela separata. |
||||||||||||||||||||||||
0070 |
Ammont L-ammont għandu jkun ekwivalenti għad-definizzjoni ta' “ammont pendenti” kif preskritt fil-mudell Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet. F'każ ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (it-tip L.3), għandhom jiġu rrapportati l-ammonti tal-close-out kif definiti għall-iskopijiet tar-ringiela 0333, il-mudell Z 02.00. |
II.5.3 Z 05.02 – Kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali: Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
29. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020 u 0060 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||
0010-0050 |
Kontropartijiet Informazzjoni dwar il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. Il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jiġu identifikati billi jinġabar it-total tal-ammont nominali tal-impenji u tal-garanziji finanzjarji riċevuti (kif definiti għall-iskopijiet ta' FINREP, il-mudell F 09) mill-entità jew l-entitajiet fi grupp dwar liema jiġi rrapportat il-mudell mill-kontropartijiet jew mill-grupp ta' klijenti konnessi. Il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jeskludu l-entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-grupp. Il-kontropartijiet u l-gruppi ta' kontropartijiet konnessi jiġu mbagħad ikklassifikati skont ammont pendenti aggregat sabiex jiġu identifikati l-ewwel 10 kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li dwarhom għandha tingħata informazzjoni f'dan il-mudell. Għall-iskop ta' dan il-mudell, għandhom jiġu rrapportati biss kontropartijiet li mhumiex inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. |
||||||
0010 |
Isem tal-entità Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0010 ta' Z 05.01 |
||||||
0020 |
Kodiċi Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0020 ta' Z 05.01 |
||||||
0030 |
Grupp jew individwali Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0030 ta' Z 05.01 |
||||||
0040 |
Pajjiż Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0040 ta' Z 05.01 |
||||||
0050 |
Settur Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0050 ta' Z 05.01 |
||||||
0060 |
Tip It-tip ta' skopertura li ma tidhirx fil-karta bilanċjali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin skont kif definiti f'FINREP, il-mudell F 09.02:
Jekk l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontroparti ewlenija jkunu jikkonsistu f'aktar minn wieħed mit-tipi msemmija hawn fuq, kull tip ta' entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali għandu jiġi rrapportat f'ringiela separata. |
||||||
0070 |
Ammont |
II.6 Z 06.00 - Assigurazzjoni ta' depożitu (DIS)
II.6.1 Kummenti ġenerali
30. |
Dan il-mudell jagħti ħarsa ġenerali lejn l-assigurazzjoni tad-depożiti fi grupp u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li tagħhom ikunu membri l-entitajiet ġuridiċi rilevanti. |
31. |
Kull istituzzjoni ta' kreditu li tkun tal-grupp għandha tiġi rrapportata f'ringiela separata. |
II.6.2 Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0010-0020 |
Entità |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0010 |
Isem tal-Entità L-isem tal-entità kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0020 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-entità, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG). Dan huwa identifikatur tar-ringiela u jrid ikun uniku għal kull ringiela fil-mudell. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0030 |
SGD L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/49/UE L-isem tal-iSGD rikonoxxuta uffiċjalment li l-entità tkun membru tagħha permezz tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/49/UE. Din għandha tkun l-iSGD fl-Istat Membru ta' inkorporazzjoni tal-entità, bl-esklużjoni ta' SGD oħra li, fi Stati Membri oħra, jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali (“top-up”) lill-konsumaturi tal-Entità f'fergħa f'dak l-Istat Membru. Meta istituzzjoni tkun membru ta' IPS li tkun ukoll uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-isem tal-iSGD għandu jkun identiku għall-isem tal-IPS fir-ringiela 050. L-iSGD għandha tintgħażel, għal kull pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-entità, fost dawn li ġejjin:
Jekk l-iSGD rikonoxxuta uffiċjalment li tagħha l-entità tkun membru ma tkunx elenkata hawn fuq, għandha tiġi rrapportata taħt “oħrajn”, |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0040 |
Ammont ta' depożiti koperti L-Artikoli 2(1)(5) u 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE L-ammont ta' depożiti koperti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1), flimkien mal-Artikolu 6, tad-Direttiva 2014/49/UE, kif koperti mill-iSGD fir-ringiela 00030, bl-esklużjoni ta' bilanċi temporanjament għolja kif definiti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0050 |
Skema ta' Protezzjoni Istituzzjonali L-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 L-isem tal-Iskema ta' Protezzjoni Istituzzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tagħha l-entità tkun membru. Tirrapporta xejn jekk l-entità ma tkunx membru ta' IPS. Meta istituzzjoni tkun membru ta' IPS li tkun ukoll uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-isem tal-iSGD għandu jkun identiku għall-isem tal-iSGD fir-ringiela 030. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0060 |
Protezzjoni addizzjonali skont skema kuntrattwali L-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2014/49/UE Ammonti ta' depożiti koperti minn skema kuntrattwali fl-Entità. |
II.7 Funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin
II.7.1 Kummenti ġenerali
32. |
L-erba' mudelli ta' din it-taqsima jipprovdu data ewlenija u valutazzjonijiet kwalitattivi tal-impatt, sostitwibbiltà u kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi provduti mill-grupp, issupplimentati minn immappjar ta' dawk il-funzjonijiet kritiċi ma' linji ta' negozju ewlenin u entitajiet ġuridiċi. |
33. |
B'mod aktar speċifiku, il-mudelli huma ddedikati għas-suġġetti li ġejjin: |
34. |
Il-mudell Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1) jidentifika, abbażi ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, il-funzjonijiet mhux kritiċi u kritiċi mwettqa mill-grupp għal kull Stat Membru li fih ikun attiv il-grupp; |
35. |
Il-mudell Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-entità ġuridika (FUNC 2) jimmappja l-funzjonijiet kritiċi identifikati mal-entitajiet ġuridiċi u jivvaluta jekk kull entità ġuridika titqisx jew le materjali għat-twettiq tal-funzjoni kritika; |
36. |
Z 07.03 - Immappjar tal-Linji ta' Negozju Ewlenin skont l-entità ġuridika (FUNC 3) jipprovdi lista kompluta ta' linji ta' negozju ewlenin u jimmappjahom mal-entitajiet ġuridiċi; |
37. |
Il-mudell Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin (FUNC 4) jimmappja l-funzjonijiet kritiċi identifikati mal-linji ta' negozju. |
38. |
Skont il-punt 35 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, funzjonijiet kritiċi tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet li t-twaqqif tagħhom fi Stat Membru wieħed jew aktar, iwassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabilità finanzjarja minħabba d-daqs, is-sehem tas-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntiera ta' istituzzjoni jew grupp, fir-rigward, b'mod partikolari, tas-sostitwibbiltà ta' dawk l-attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet. |
39. |
Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 (15), funzjoni għandha titqies kritika, meta tkun tissodisfa dawn it-tnejn li ġejjin:
|
40. |
Skont il-punt (36) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, “linji ta' negozju ewlenin” tfisser linji ta' negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sorsi materjali ta' dħul, profitt jew valur tal-franchise għal istituzzjoni jew għal grupp li tifforma parti minnu l-istituzzjoni. |
41. |
Għall-finijiet ta' dan il-mudell, funzjonijiet ekonomiċi għandhom jirreferu għall-funzjonijiet elenkati fit-tabella ta' hawn taħt. |
42. |
Għal kull kategorija ta' funzjonijiet ekonomiċi, tista' tintgħażel funzjoni ekonomika “oħra” jekk il-funzjoni ma tkunx koperta mill-funzjonijiet predefiniti l-oħra. |
43. |
Il-kontropartijiet imsemmija fir-ringieli minn 0010 sa 0070 u fir-ringieli minn 0080 sa 0150 huma ddefiniti bl-istess mod bħas-setturi ta' kontroparti kif previst f'FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-Kapitolu 6. “SMEs” tirreferi għall-SMEs kif definiti f'FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 5, il-punt (i). |
ID |
Funzjoni ekonomika |
Depożiti It-teħid ta' depożitu għandu jirreferi għall-aċċettazzjoni ta' depożiti minn intermedjarji mhux finanzjarji. Dan ma jinkludix it-teħid b'self minn intermedjarji finanzjarji oħra, li huwa trattat separatament fil-“finanzjament tal-operaturi”. Id-depożiti jinkludu: i) kontijiet kurrenti/depożiti mil-lum għall-għada, ii) depożiti b'maturità miftiehma, u iii) depożiti mifdija b'notifika, u jeskludu l-ftehimiet ta' riakkwist. Referenzi: FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services (2013) p. 14; L-Anness II, il-Parti 2, il-punti 9.1, 9.2 u 9.3 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013. |
|
1.1 |
Unitajiet domestiċi |
1.2 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs) |
1.3 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (non-SMEs) |
1.4 |
Gvernijiet ġenerali |
1.5, 1.6, 1.7 |
Setturi/kontropartijiet oħra (1), (2) u (3) |
Għoti ta' self L-għoti ta' self għandu jirreferi għall-forniment ta' fondi lill-kontropartijiet mhux finanzjarji, bħall-klijenti korporattivi jew klijenti konsumaturi. L-għoti ta' self lill-kontropartijiet finanzjarji huwa attività distinta u huwa vvalutat fil-“finanzjament tal-operaturi”. Is-self jinkludi strumenti ta' dejn miżmuma mill-istituzzjonijiet iżda jeskludi l-istrumenti ta' dejn li huma titoli, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ta' kontabbiltà tagħhom (jiġifieri miżmuma sal-maturità jew disponibbli għall-bejgħ). Referenzi: FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services (2013) p. 17; L-Anness II, il-Parti 2, il-punt 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013. |
|
2.1 |
Unitajiet domestiċi – Għoti ta' self għal akkwist ta' dar Għoti ta' self għal akkwist ta' dar ifisser self estiż għal unitajiet domestiċi għall-fini ta' investiment fi djar għall-użu proprju jew għall-kiri, inkluż il-bini u r-ristrutturar tagħhom. |
2.2 |
Unitajiet domestiċi – self ieħor |
2.3 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - SMEs |
2.4 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - non-SMEs |
2.5 |
Gvernijiet Ġenerali |
2.6, 2.7, 2.8 |
Setturi/kontropartijiet oħra (1), (2) u (3) |
Servizzi ta' pagament, kontanti, saldu, ikklerjar, kustodja Referenza: FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services (2013) p. 20. Il-funzjonijiet ekonomiċi inklużi taħt din il-kappa għandhom jikkonsistu mill-forniment ta' servizzi ta' pagament, kontanti, saldu, ikklerjar u kustodja minn istituzzjoni ta' kreditu, bħala intermedjarja bejn il-klijenti proprji jew bħala intermedjarja bejn klijent u Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji (FMI) waħda jew aktar, jew l-għoti ta' aċċess (indirett) lill-FMIs għal banek oħra. F'konformità mal-FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services, il-funzjoni ta' pagamenti, ikklerjar u settlement hija limitata għal servizzi provduti mill-banek lill-klijenti tagħhom. Din il-kategorija ma tkoprix servizzi provduti minn fornituri ta' FMI (veri u proprji). Għall-fini ta' dan il-mudell, l-FMIs jinkludu sistemi ta' pagament, sistemi ta' saldu tat-titoli, depożitorji ċentrali tat-titoli u kontopartijiet ċentrali (u ma jinkludux repożitorji tat-tranżazzjonijiet). “Servizz ta' pagament”, “tranżazzjoni ta' pagament” u “sistema ta' pagament” għandhom l-istess sens bħad-definizzjoni tagħhom fl-Artikolu 4(3), (5) u (7), rispettivament tad-DIRETTIVA 2015/2366 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern (16). |
|
3.1 |
Servizzi ta' pagament lill-MFIs Din ir-ringiela għandha tinkludi servizzi ta' pagament offruti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Monetarji (MFIs), bl-użu ta' sistemi esterni ta' pagament jew mingħajru. Dan għandu jinkludi wkoll (il-pagamenti relatati ma') servizzi bankarji korrispondenti. L-MFIs għandhom jikkonsistu mill-unitajiet istituzzjonali kollha inklużi fis-sottosetturi: i) il-bank ċentrali; ii) il-korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali; u iii) l-fondi tas-suq monetarju. |
3.2 |
Servizzi ta' pagament lil non-MFIs Servizzi ta' pagament offruti lill-klijenti, bl-użu ta' sistemi esterni ta' pagament jew mingħajru. Dan għandu jinkludi biss persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma jappartjenux għas-settur tal-MFIs. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament huma wkoll esklużi mis-settur “non-MFIs”. |
3.3 |
Servizzi ta' kontanti Il-forniment ta' servizzi ta' kontanti lill-klijenti (kemm individwi kif ukoll korporattivi, non-MFIs biss). Dawn is-servizzi jirreferu għal ġbid ta' flus minn ATMs u fil-counters tal-fergħat u ma jinkludux servizzi oħra ta' kontanti (bħal servizzi ta' transitu ta' flus kontanti għall-bejjiegħa bl-imnut fuq skala kbira). Huwa inkluż il-ġbid ta' kontanti b'ċekkijiet u fil-counters tal-fergħat bl-użu ta' formoli bankarji (meta jkunu jistgħu jintużaw il-cards bħala mezz ta' identifikazzjoni). |
3.4 |
Servizzi ta' saldu tat-titoli Servizzi offruti lill-klijenti għall-konferma, l-ikklerjar u s-saldu ta' tranżazzjonijiet tat-titoli, bl-użu tas-sistemi ta' saldu tat-titoli jew mingħajru. “Saldu” tfisser it-tlestija ta' tranżazzjoni ta' titoli fejn tiġi konkluża bl-għan li jitwettqu l-obbligi tal-partijiet għal dik it-tranżazzjoni permezz tat-trasferiment ta' flus kontanti u/jew titoli. |
3.5 |
Servizzi tal-ikklerjar ta' CCPs Servizzi tal-ikklerjar tat-titoli u tad-derivattivi provduti lill-klijenti. Dan jinkludi wkoll l-għoti ta' aċċess indirett għal Kontroparti Ċentrali (CCP). |
3.6 |
Servizzi ta' kustodja Il-kustodja u l-amministrazzjoni ta' strumenti finanzjarji għall-klijenti u servizzi relatati mar-rwol ta' kustodja bħall-ġestjoni tal-kollateral u l-kontanti. |
3.7, 3.8, 3.9 |
Servizzi/attivitajiet/funzjonijiet oħra (1), (2) u (3) |
Swieq tal-Kapital L-attivitajiet tas-swieq tal-kapital għandhom jirreferu għall-ħruġ u għan-negozjar ta' titoli, servizzi ta' konsulenza relatati, u servizzi relatati bħal senserija prima u ġenerazzjoni tas-suq. |
|
4.1 |
Derivattivi miżmuma għan-negozju (OTC) L-Artikolu 2(5) u (7) tar-REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012 (17). Derivattiva jew kuntratt tad-derivattivi tfisser strument finanzjarju kif stipulat fil-punti minn (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-DIRETTIVA 2014/65/UE (18) kif implimentata mill-Artikoli 38 u 39 tar-REGOLAMENT (KE) Nru 1287/2006. Derivattiv OTC jew kuntratt tad-derivattivi OTC tfisser kuntratt tad-derivattivi li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f'suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1)(21) tad-DIRETTIVA 2014/65/UE jew f'suq ta' pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f'konformità mal-Artikolu 2a tar-REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012. L-ammont li jrid jiġi rreġistrat għandu jinkludi biss id-derivattivi nnegozjati fis-suq OTC. |
4.2 |
Derivattivi miżmuma għan-negozju (mhux OTC) Id-derivattivi miżmuma għan-negozju, esklużi d-derivattivi OTC miżmuma għan-negozju. |
4.3 |
Swieq sekondarji/Negozjar: Is-suq sekondarju huwa fejn l-investituri jixtru u jbigħu t-titoli. Din il-funzjoni tapplika għall-portafoll tan-negozjar totali (jiġifieri ekwità, kreditu korporattiv, kreditu sovran). L-ammont li jrid jiġi rrapportat għandu jinkludi l-valur tat-titoli kkalkulat bħala l-ammont totali ta' titoli fiż-żamma għan-negozju. It-titoli għandhom jiġu rrapportati bil-valur ġust fid-data tar-rapportar. L-ammont ma għandux jinkludi self, derivattivi u assi mhux negozjabbli (pereż. ir-riċevibbli). |
4.4 |
Swieq primarji/sottoskrizzjoni Swieq primarji għandha tfisser meta jinħarġu titoli ġodda bi skambju minn kumpaniji, gvernijiet, u gruppi oħra sabiex jinkiseb finanzjament permezz ta' titoli bbażati fuq id-dejn jew fuq l-ekwità (bħal azzjoni ordinarja u privileġġjata, bonds korporattivi, noti, kambjali, bonds tal-gvern). Is-swieq primarji huma ffaċilitati minn gruppi ta' sottoskrizzjoni. |
4.5, 4.6, 4.7 |
Servizzi/attivitajiet/funzjonijiet oħra (1), (2) u (3) |
Finanzjament tal-Operaturi Attivitajiet ta' għoti ta' self u ta' teħid b'self fis-swieq tal-operaturi lill-kontopartijiet finanzjarji u mingħandhom (istituzzjonijiet ta' kreditu u korporazzjonijiet finanzjarji oħra). |
|
5.1 |
Self meħud It-teħid b'self fis-swieq tal-operaturi mill-kontropartijiet finanzjarji (inkluż permezz ta' ftehimiet ta' riakkwist, teħid b'self interbankarju, karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożiti, fondi tas-suq monetarju, linji ta' kreditu, karta kummerċjali garantita b'assi u depożiti fiduċjarji). |
5.2 |
Derivattivi (assi) Id-derivattivi kollha b'kontropartijiet finanzjarji miżmuma fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali. Kuntrarjament għal “Swieq Kapitali”, f'“Finanzjament tal-Operaturi”, id-derivattivi jinkludu l-kuntratti kollha tad-derivattivi mal-kontropartijiet finanzjarji (mhux limitati għall-HFT). |
5.3 |
Għoti ta' self L-għoti ta' self fis-swieq tal-operaturi lill-kontropartijiet finanzjarji (inkluż permezz ta' self ta' retroriakkwist, karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożiti, fondi tas-suq monetarju, linji ta' kreditu, karta kummerċjali garantita b'assi, depożiti fiduċjarji). |
5.4 |
Derivattivi (obbligazzjonijiet) Id-derivattivi kollha b'kontropartijiet finanzjarji miżmuma fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali. |
5.5, 5.6, 5.7 |
Tipi oħra ta' prodott (1), (2) u (3) Kull funzjoni tal-funzjoni ekonomika “Finanzjament tal-operaturi” li mhijiex inkluża f'dan ta' hawn fuq. |
II.7.2 Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
44. |
Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat darba għal kull Stat Membru (identifikat bħala “pajjiż”) fejn il-grupp ikun attiv. |
45. |
Dan ikopri l-funzjonijiet ekonomiċi kollha mwettqa f'dak l-Istat Membru minn kull entità fi grupp, kemm jekk dik il-funzjoni tirrappreżenta funzjoni kritika kif ukoll jekk le. |
Ringieli |
Struzzjonijiet |
0010 - 0380 |
Funzjonijiet ekonomiċi Funzjonijiet ekonomiċi kif definiti aktar 'il fuq |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0010 |
Deskrizzjoni ta' funzjoni ekonomika Meta l-Funzjoni ekonomika tkun tat-tip “Oħrajn” (Funzjonijiet 1.5 – 1.7, 2.6 -2.8, 3.7 – 3.9, 4.5 – 4.7, 5.5 – 5.7), għandha tingħata deskrizzjoni ta' dik il-funzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0020 |
Sehem mis-suq Stima tas-sehem mis-suq tal-istituzzjoni jew grupp għall-funzjoni ekonomika fil-pajjiż rispettiv. Bħala perċentwal tas-suq totali f'termini ta' ammont monetarju. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0030 |
Ammont monetarju Il-kontenut ta' din il-kolonna jiddependi fuq il-Funzjoni ekonomika provduta:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0040 |
Indikatur numeriku Il-kontenut ta' din il-kolonna jiddependi fuq il-Funzjoni ekonomika provduta.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0050 |
Impatt fuq is-suq Impatt stmat ta' waqfien għal għarrieda tal-funzjoni fuq partijiet terzi, swieq finanzjarji u l-ekonomija reali, filwaqt li jitqiesu d-daqs, is-sehem mis-suq fil-pajjiż, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità, u l-attivitajiet transfruntiera tal-istituzzjoni. Din il-valutazzjoni għandha tiġi espressa kwalitattivament bħala “Għoli (H)”, “Medju-Għoli (MH)”, “Medju-Baxx (ML)” jew “Baxx (L)”. “H” għandha tintgħażel jekk il-waqfien għal għarrieda jkollu impatt kbir fuq is-suq nazzjonali; “MH” jekk l-impatt ikun sinifikanti; “ML” jekk l-impatt ikun materjali, iżda limitat; u “L” jekk l-impatt ikun baxx. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0060 |
Sostitwibbiltà L-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/778. Funzjoni titqies bħala sostitwibbli fejn din tista' tiġi sostitwita b'mod aċċettabbli u fi żmien raġonevoli u b'hekk jiġu evitati problemi sistemiċi għall-ekonomija reali u s-swieq finanzjarji. Għandhom jiġu kkunsidrati l-kriterji li ġejjin:
Din il-valutazzjoni għandha tiġi espressa kwalitattivament bħala “Għoli (H)”, “Medju-Għoli (MH)”, “Medju-Baxx (ML)” jew “Baxx (L)”. “H” għandha tintgħażel jekk funzjoni tkun tista' faċilment tiġi pprovduta minn bank ieħor taħt kundizzjonijiet paragunabbli fi żmien raġonevoli; “L” jekk funzjoni ma tkunx tista' tiġi sostitwita faċilment jew f'qasir żmien; “MH” u “ML” għal każijiet intermedji li jqisu dimensjonijiet differenti (pereż. is-sehem mis-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, il-ħin għas-sostituzzjoni, kif ukoll l-ostakoli ġuridiċi u r-rekwiżiti operazzjonali għad-dħul jew għall-espansjoni) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0070 |
Funzjoni kritika F'din il-kolonna għandu jiġi rrapportat jekk, f'dan il-mudell, meta titqies id-data kwantitattiva u l-indikaturi ta' kritiċità, il-funzjoni ekonomika titqiesx kritika fis-suq għall-pajjiż rilevanti. Irrapporta “Iva” jew “Le” |
II.7.3 Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi skont l-entità ġuridika (FUNC 2): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
46. |
Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat għall-grupp kollu. Huma biss il-funzjonijiet kritiċi identifikati bħala tali f'{Z 07.01;070} (għal kull Stat Membru) li għandhom jiġu rrapportati f'dan il-mudell. |
47. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0010, 0020 u 0040 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
0010 |
Pajjiż Il-pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1) |
0020 |
ID L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1) |
0030 |
Isem tal-entità Isem tal-entità li twettaq il-funzjoni kritika, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG). Jekk ikun hemm diversi entitajiet li qed iwettqu l-istess funzjonijiet kritiċi fl-istess pajjiż, kull entità għandha tiġi rrapportata f'ringiela separata. |
0040 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-entità li twettaq il-funzjoni kritika, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG). |
0050 |
Ammont monetarju Il-kontribuzzjoni, f'ammont monetarju, tal-Entità ġuridika għall-ammont monetarju kif deskritt fil-kolonna 0030 tal-mudell Z 07.01 (FUNC 1) |
II.7.4 Z 07.03 - Immappjar tal-Linji ta' Negozju Ewlenin mal-entitajiet ġuridiċi (FUNC 3): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
48. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020, 0040 u 0040 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
49. |
Huma biss l-entitajiet materjali, kif identifikati f'{Z 07.02;0060} li għandhom jiġu rrapportati f'dan il-mudell. |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
0010 |
Linja ta' negozju ewlenija “Linji ta' negozju ewlenin” skont l-Artikolu 2(1)(36) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/59/UE. |
0020 |
ID tal-Linja ta' Negozju ID unika tal-linja ta' negozju li trid tiġi provduta mill-istituzzjoni |
0030 |
Deskrizzjoni Deskrizzjoni ta' linja ta' negozju ewlenija. |
0040 |
Isem tal-Entità L-isem tal-Entità kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG) li għandha parti jew li hija parti mil-linja ta' negozju ewlenija. Jekk ikun hemm diversi entitajiet li għandhom jew li huma parti mill-istess linja ta' negozju ewlenija, kull entità għandha tiġi rrapportata f'ringiela separata. |
0050 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-Entità li għandha jew li hija parti mill-istess linja ta' negozju ewlenija, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG). |
II.7.5 Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin (FUNC 4): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
50. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0010, 0020 u 0040 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
51. |
Huma biss il-funzjonijiet kritiċi, kif identifikati f'{Z 07.01;0070} li għandhom jiġu rrapportati f'dan il-mudell. |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
0010 |
Pajjiż Pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1) |
0020 |
ID tal-funzjoni L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.2 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1) |
0030 |
Linja ta' negozju ewlenija Linji ta' negozju ewlenin skont l-Artikolu 2(1)(36) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/59/UE kif irrapportati fil-mudell Z 07.03 (FUNC 3) |
0040 |
ID tal-Linja ta' Negozju ID unika tal-linja ta' negozju li trid tiġi provduta mill-istituzzjoni; l-istess ID kif irrapportata fil-mudell Z 07.03 (FUNC 3) |
II.8 Z 08.00 - Servizzi kritiċi (SERV)
II.8.1 Struzzjonijiet ġenerali
52. |
L-informazzjoni li trid tiġi inkluża f'dan il-mudell għandha tiġi rrapportata darba għall-grupp kollu, telenka s-servizzi kritiċi riċevuti minn kwalunkwe entità fil-grupp, u torbothom mal-funzjonijiet kritiċi provduti mill-grupp. |
53. |
Servizzi kritiċi għandhom ifissru l-operazzjonijiet, attivitajiet u servizzi sottostanti mwettqa għal unità ta' negozju (servizzi ddedikati) jew entità ġuridika (servizzi kondiviżi) waħda jew aktar fil-grupp li huma meħtieġa biex jipprovdu funzjoni kritika waħda jew aktar. Is-servizzi kritiċi jistgħu jitwettqu minn entitajiet fil-grupp (Servizz Intern) jew jiġu esternalizzati lil fornitur estern (Servizz estern). Servizz għandu jitqies kritiku meta l-waqfien tiegħu jista' jkun ta' xkiel serju għat-twettiq ta' funzjonijiet kritiċi jew jipprevenih għalkollox, peress li dawn huma marbuta b'mod intrinsiku mal-funzjonijiet kritiċi li twettaq l-istituzzjoni għal partijiet terzi. |
54. |
Is-servizzi li jitwettqu għalkollox internament għal entità ġuridika ma għandhomx jiġu rrapportati f'dan il-mudell. |
55. |
Servizzi li ma għandhomx impatt materjali fuq il-funzjonijiet kritiċi ma għandhomx jiġu rrapportati f'dan il-mudell. |
56. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0030, 0050, 0070 u 0080 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
II.8.2 Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0005 |
Identifikatur |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0010 |
Tip ta' servizz It-tip ta'servizz għandu jkun wieħed mit-tipi ta' servizzi elenkati hawn taħt. Meta jkun possibbli, għandha tiġi rrapportata s-sottokategorija (identifikazzjoni b'żewġ figuri). Meta ma tkun teżisti l-ebda sottokategorija jew l-ebda sottokategorija ma tiddeskrivi kif suppost is-servizz provdut mill-istituzzjoni, għandha tiġi rrapportata l-kategorija prinċipali (identifikazzjoni b'figura waħda).
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0020-0030 |
Id-destinatarju tas-servizzi L-Entità tal-grupp li tirċievi s-servizz kritiku rrapportat fil-kolonna 0010 minn entità fi grupp oħra jew il-fornitur estern irrapportati fil-kolonni 0040-0050. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0020 |
Isem tal-entità Irid ikun differenti mill-isem elenkat fil-kolonna 0040. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0030 |
Kodiċi Identifikatur uniku tal-entità ġuridika fil-kolonna 0020 kif irrapportat fil-mudell Z 01.00 (ORG) Irid ikun differenti mill-identifikatur irrapportat fil-kolonna 0050. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0040-0050 |
Fornitur tas-servizz L-entità legali (interna jew esterna) li tipprovdi s-servizz kritiku rrapportat fil-kolonna 0010 lil entità fi grupp. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0040 |
Isem tal-entità Irid ikun differenti mill-isem elenkat fil-kolonna 0020. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0050 |
Kodiċi Identifikatur uniku tal-entità ġuridika fil-kolonna 0020. Irid ikun differenti mill-identifikatur elenkat fil-kolonna 0030. Meta l-fornitur tas-servizz ikun entità fi grupp, il-kodiċi għandu jkun l-istess bħal dak irrapportat fil-mudell Z 01.00 (ORG). Meta l-fornitur tas-servizz ma jkunx entità fi grupp, il-kodiċi ta' dik l-entità għandu jkun:
Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0060 |
Parti mill-grupp “Iva” – jekk is-servizz huwa provdut minn entità fi grupp (“Interna”) “Le” – jekk is-servizz huwa provdut minn entità mhux fi grupp (“esterna”) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0070-0080 |
Funzjoni kritika Il-funzjoni kritika li, f'każ ta' waqfien tas-servizz kritiku, it-twettiq tagħha jġarrab xkiel serju jew ikun ipprevenut għalkollox. Hija waħda mill-funzjonijiet ivvalutati bħala kritiċi fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0070 |
Pajjiż L-Istat Membru li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0080 |
ID L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0090 |
Ħin stmat għas-sostitwibbiltà Il-ħin stmat meħtieġ biex fornitur jiġi sostitwit b'ieħor sa livell paragunabbli fir-rigward tal-oġġett, il-kwalità u l-kost tas-servizz riċevut. Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0100 |
Ħin stmat għall-aċċess għall-kuntratti Ħin stmat meħtieġ biex tinkiseb l-informazzjoni li ġejja dwar il-kuntratt li jirregola s-servizz wara talba mill-awtorità ta' riżoluzzjoni:
Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0110 |
Liġi regolatorja Il-kodiċi ISO tal-kodiċi tal-pajjiż li l-kuntratt ikun irregolat mil-liġi tiegħu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
0120 |
Kuntratt b'validità għal riżoluzzjoni Jirrifletti l-valutazzjoni dwar jekk il-kuntratt jistax jitkompla u jiġi trasferit f'riżoluzzjoni. Il-valutazzjoni għandha tqis, fost fatturi oħra:
Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:
|
II.9 Z 09.00 – Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi
II.9.1 Kummenti ġenerali
57. |
Dan il-mudell jidentifika l-attivitajiet, il-funzjonijiet jew is-servizzi ta' kklerjar, pagamenti, saldu tat-titoli u kustodja, li jekk jitwaqqfu jista' jkun hemm xkiel serju fit-twettiq ta' funzjoni kritika waħda jew aktar jew it-twettiq jista' jiġi pprevenut għalkollox. |
58. |
Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat darba għall-grupp kollu jew għall-istituzzjoni kollha. |
59. |
Għandhom jiġu rrapportati biss l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji li l-waqfien tagħhom ikun ta' xkiel serju għat-twettiq ta' funzjoni kritika, jew jipprevenih. |
II.9.2 Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||||||||||
0010-0020 |
Utent Entità fi grupp li tuża servizzi ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG). |
||||||||||||||||
0010 |
Isem tal-Entità L-isem tal-Entità li tuża servizzi ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG). Għandhom jiġu rrapportati biss l-entitajiet identifikati bħala li jipprovdu funzjonijiet kritiċi f'Z 07.02. |
||||||||||||||||
0020 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-Entità li tuża servizzi ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG). |
||||||||||||||||
0030-0040 |
Funzjoni kritika Funzjoni kritika mwettqa mill-entità, li t-twettiq tagħha jista' jġarrab xkiel jew jiġi pprevenut mill-waqfien tal-aċċess għas-servizz ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet |
||||||||||||||||
0030 |
Pajjiż Pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1) |
||||||||||||||||
0040 |
ID L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1) |
||||||||||||||||
0050-0080 |
Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji (FMI) Referenza: CPMI, Principles for financial market infrastructures Sistema multilaterali fost l-istituzzjonijiet finanzjarji parteċipanti, inkluż l-operatur tas-sistema, użata għall-finijiet ta' reġistrar, ikklerjar, jew saldu ta' pagament, titoli, derivattivi, jew tranżazzjonijiet finanzjarji oħra. |
||||||||||||||||
0050 |
Tip ta' Sistema Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin
|
||||||||||||||||
0060 |
Isem Isem kummerċjali tal-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji Meta “NA” tiġi rrapportata fil-kolonna 0050, din il-kolonna għandha titħalla vojta |
||||||||||||||||
0070 |
Kodiċi FMI Il-kodiċi tal-FMI. Meta disponibbli, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Meta l-LEI ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Meta “NA” tiġi rrapportata fil-kolonna 0050, din il-kolonna għandha titħalla vojta. |
||||||||||||||||
0080 |
Modalità tal-parteċipazzjoni Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:
|
||||||||||||||||
0090 |
Isem L-isem kummerċjali tal-Intermedjarju meta “Indiretta” jew “NA” jiġu rrapportati fil-kolonna 0080. Meta tiġi rrapportata “Diretta” fil-kolonna 0080, għandha tiġi rrapportata “NA” (għal Mhux Applikabbli (Not Applicable)). L-Intermedjarju jista' jkun jew parti mill-istess grupp tal-entità li tirrapporta jew inkella istituzzjoni ta' kreditu oħra mhux relatata ma' dak il-grupp. Intermedjarju jista' jkun ditta li tipprovdi servizzi ta' kklerjar, pagamenti, saldu tat-titoli u/jew kustodja lil ditti oħra (speċjalment meta tiġi rrapportata “NA” fil-kolonna 0050); jista' jkun membru dirett ta' FMI waħda jew aktar u jipprovdi aċċess indirett għas-servizzi offruti minn FMI bħal din (speċjalment meta tiġi rrapportata “Indiretta” fil-kolonna 0080). |
||||||||||||||||
0100 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-intermedjarju. Meta disponibbli, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Meta l-LEI ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali. Meta tiġi rrapportata “Diretta” fil-kolonna 0090, għandha tiġi rrapportata “NA” (għal Mhux Applikabbli (Not Applicable)). |
||||||||||||||||
0110 |
Deskrizzjoni tas-servizz Deskrizzjoni tas-servizz jekk it-Tip ta' Sistema rrapportat fil-kolonna 050 ikun “Oħrajn” jew “NA”. |
||||||||||||||||
0120 |
Liġi Regolatorja Identifikazzjoni ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż li l-liġi tiegħu tirregola l-aċċess għall-FMI. F'każ ta' Sħubija Diretta jew Parteċipazzjoni Diretta, hija l-Liġi Regolatorja tal-kuntratt bejn l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u l-Utent li trid tiġi rrapportata. F'każ ta' Sħubija Indiretta jew Parteċipazzjoni Indiretta, hija l-Liġi Regolatorja tal-kuntratt bejn l-Istituzzjoni Rappreżentattiva u l-Utent li trid tiġi rrapportata. |
II.10 Sistemi ta' Informazzjoni Kritiċi
II.10.1 Kummenti ġenerali
60. |
Din it-taqsima tikkonsisti fil-mudelli li ġejjin:
|
61. |
Sistema ta' Informazzjoni Kritika (“CIS” - Critical Information System) għandha tinftiehem bħala software jew applikazzjoni tal-IT li tappoġġa servizz kritiku u li l-waqfien tagħha jkun ta' xkiel serju għat-twettiq ta' funzjoni kritika jew jipprevenih. |
62. |
Dawn il-mudelli għandhom jiġu rrapportati għall-grupp kollu. |
II.10.2 Z 10.01 - Sistemi ta' informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali) (CIS 1): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
63. |
Il-valur irrapportat fil-kolonna 0010 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
||||||||
0010 - 0040 |
Sistema ta' Informazzjoni Kritika |
||||||||
0010 |
Kodiċi ta' Identifikazzjoni tas-Sistema Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tas-sistema huwa akronimu stabbilit mill-istituzzjoni li jidentifika s-sistema ta' informazzjoni kritika b'mod inekwivokabbli. Dan huwa identifikatur tar-ringiela u għandu jkun uniku għal kull ringiela fil-mudell. |
||||||||
0020 |
Isem tas-sistema L-isem kummerċjali jew intern tas-sistema. |
||||||||
0030 |
Tip ta' Sistema Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:
|
||||||||
0040 |
Deskrizzjoni Deskrizzjoni tal-iskop prinċipali tas-sistema ta' informazzjoni fil-kuntest tan-negozju. |
||||||||
0050 - 0060 |
Entità fi Grupp Responsabbli mis-Sistema |
||||||||
0050 |
Isem tal-entità Isem tal-entità ġuridika responsabbli mis-sistema fil-grupp. Din hija l-entità responsabbli mill-akkwist, żvilupp, integrazzjoni, modifika, operazzjoni, manutenzjoni u rtirar ta' sistema ta' informazzjoni u hija kontributur ewlieni fl-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet ta' disinn tas-sistema biex ikun żgurat li l-ħtiġijiet operazzjonali tal-utent u tas-sigurtà jkunu dokumentati, ittestjati u implimentati. |
||||||||
0060 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-entità ġuridika responsabbli mis-sistema fil-grupp, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG). |
II.10.3 Z 10.02 - Immappjar ta' sistemi ta' informazzjoni (CIS 2): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi
64. |
L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0010, 0030, 0040 u 0050 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell. |
Kolonni |
Struzzjonijiet |
0010 |
Kodiċi ta' Identifikazzjoni tas-Sistema Il-Kodiċi ta' identifikazzjoni tas-sistema ta' informazzjoni, kif irrapportat fil-kolonna 010 tal-mudell Z 10.01 (CIS 1). |
0020-0030 |
Utent tal-Entità fi Grupp tas-Sistema L-entità li tuża s-sistema fil-grupp (“utent”). Jaf ikun hemm diversi utenti, f'liema każ għandhom jiġu rrapportati diversi ringieli għall-istess sistema ta' informazzjoni. |
0020 |
Isem tal-entità L-isem tal-entità tal-utent, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG). |
0030 |
Kodiċi Il-kodiċi tal-entità tal-utent, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG) |
0040 |
Servizz kritiku L-identifikatur tas-servizz kritiku, kif irrapportat f'Z 08.00 (il-kolonna 0005) appoġġat mis-sistema. Is-servizz kritiku jista' jkun minnu nnifsu servizz tal-IT, jew tip ieħor ta' servizz appoġġat mis-sistema ta' informazzjoni (pereżempju pproċessar ta' tranżazzjonijiet). |
0050-0060 |
Funzjoni kritika Il-funzjoni kritika li tiġi serjament imxekkla jew ipprevenuta għalkollox minn waqfien fis-servizz appoġġat mis-sistema ta' informazzjoni. Jaf ikun hemm diversi funzjonijiet kritiċi, f'liema każ għandhom jiġu rrapportati diversi ringieli għall-istess sistema ta' informazzjoni. |
0050 |
Pajjiż Pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1) |
0060 |
ID L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1) |
(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(6) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(7) Commission Recommendation of 6 May 2003 concerning the definition of micro, small and medium-sized enterprises (notified under document number C(2003) 1422) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(10) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
(11) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(12) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(13) Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(14) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 7).
(15) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 tat-2 ta' Frar 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta' funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta' negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (ĠU L 131, 20.5.2016, p. 41).
(16) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(18) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
ANNESS III
Formola Unika tal-Punti ta' Data
L-entrati ta' data kollha stabbiliti fl-Anness I għandhom jiġu trasformati f'formola unika tal-punti ta' data li tkun il-bażi għal sistemi uniformi tal-IT tal-istituzzjonijiet u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.
Il-formola unika tal-punti ta' data għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) |
tipprovdi rappreżentazzjoni strutturata tal-entrati ta' data kollha stabbiliti fl-Anness I; |
(a) |
tidentifika l-kunċetti kollha ta' negozju stabbiliti fl-Anness I; |
(b) |
tipprovdi dizzjunarju ta' data li jidentifika t-tikketti tat-tabelli, it-tikketti ordinati, it-tikketti tal-assi, it-tikketti tad-dominji, it-tikketti tad-dimensjonijiet u t-tikketti tal-membri; |
(c) |
tipprovdi metrika li tiddefinixxi l-proprjetà jew l-ammont ta' punti tad-data; |
(d) |
tipprovdi definizzjonijiet ta' punti tad-data li huma espressi bħala kompożizzjoni ta' karatteristiċi li jidentifikaw b'mod univokali l-kunċett finanzjarju; |
(e) |
tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti kollha li huma neċessarji għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tal-IT għar-rapportar li jipproduċu data uniformi għall-ippjanar ta' riżoluzzjoni. |
ANNESS IV
Regoli ta' Validazzjoni
L-entrati ta' data kollha stabbiliti fl-Anness I għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta' validazzjoni li jiżguraw il-kwalità u l-konsistenza tad-data. Ir-regoli ta' validazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
jiddefinixxu r-relazzjonijiet loġiċi bejn punti tad-data rilevanti; |
(b) |
jinkludu filtri u prekundizzjonijiet li jiddefinixxu sett ta' data li għalih tapplika regola ta' validazzjoni; |
(c) |
jivverifikaw il-konsistenza tad-data rrapportata; |
(d) |
jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data rrapportata; |
(e) |
jistabbilixxu valuri prestabbiliti li għandhom japplikaw meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet irrapportata. |