30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1621

tas-26 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiddefinixxi l-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat koperti mill-proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3), l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament jistipula skadenza li qabilha t-trab tal-ħalib xkumat irid jidħol fil-ħżin pubbliku.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib f'dak li jirrigwarda l-irkupru tal-prezzijiet u l-livell għoli ta' ħażniet tal-intervent, jixraq li volum addizzjonali ta' trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ, billi tinbidel id-data tad-dħul fil-ħżin.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex it-trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ mingħajr dewmien, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080, id-data “l-1 ta' Lulju 2016” tiġi sostitwita bid-data “l-1 ta' Awwissu 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).