|
18.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1559
tas-17 ta' Ottubru 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' tintura tal-kemmun (Cuminum cyminum L.) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' tintura tal-kemmun (Cuminum cyminum L.) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-applikant talab li dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. |
|
(3) |
Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta' April 2018 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, tintura tal-kemmun (Cuminum cyminum L.) ma għandhiex effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li peress li ż-żerriegħa tal-kemmun hija universalment rikonoxxuta li tagħti t-togħma lill-ikel, u li l-funzjoni tagħha fl-għalf se tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm iktar provi tal-effikaċja tagħha. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-għalf. L-Awtorità nnutat ukoll li għas-sikurezza tal-addittiv għall-utenti, ma jistax jiġi eskluż il-potenzjal li jista' jirrita l-ġilda u l-għajnejn. Barra minn hekk, l-addittiv fih varjetà ta' komposti magħrufa li jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi fil-persuni sensittivi. Għaldaqstant, tista' sseħħ is-sensitizzazzjoni. Konsegwentemnt, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. |
|
(4) |
L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara l-introduzzjoni fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni ta' dak l-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta' dan l-addittiv jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-applikant ippropona livelli ta' użu għas-sustanzi kkonċernati lill-Awtorità. Wara li kkunsidrat dik il-proposta, l-Awtorità kienet tal-fehma li ċerti livelli ta' użu huma sikuri. Għall-fini tal-kontrolli uffiċjali tul il-katina alimentari, il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva jenħtieġ li jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv fl-għalf. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-fatt li l-użu tas-sustanza kkonċernata fl-ilma tax-xorb mhuwiex awtorizzat ma jipprekludix l-użu tagħha fl-għalf kompost li jingħata mal-ilma. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li hija parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2018;16(5):5273
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
2b161 |
— |
Tintura tal-kemmun |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura tal-kemmun ta' Cuminum cyminum L. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Tintura minn żerriegħa ta' Cuminum cyminum L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1).
Forma likwida Nru CoE 161 Metodu tal-analiżi (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku (4-iso-propilbenżaldeid) fl-addittiv tal-għalf: kromatografija b'fażi gassuża bid-detezzjoni tal-jonizzazzjoni tal-fjamma (GC-FID) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
|
— |
|
Is-7 ta' Novembru 2028. |
||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings - Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(2) Id-dettalji dwar il-metodi tal-analiżi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports