17.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1551

tas-16 ta' Ottubru 2018

li jinvalida fatturi maħruġin minn żewġ produtturi esportaturi bi ksur tal-impenn imħassar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1570

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (4) (“ir-Regolament anti-dumping tar-rieżami tal-iskadenza”)

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 (6) li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (“ir-Regolament kontra s-sussidji tar-rieżami tal-iskadenza”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 tal-15 ta' Settembru 2017 (7) li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji anti-dumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi (“ir-Regolament ta' revoka”),

Wara li kkunsidrat l-Avviżi 2018/C 310/06 u 2018/C 310/07 (8) (“l-Avviżi ta' skadenza”),

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) (“il-prodott ikkonċernat”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(2)

Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (is-“CCCME”) ssottomettiet, f'isem grupp ta' produtturi esportaturi, impenn fuq il-prezz lill-Kummissjoni. Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju anti-dumping proviżorju. Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (10) li aċċettat l-impenn tal-prezz kif emendat għall-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji definittivi (“l-impenn”). Ġie aċċettat l-impenn tal-produtturi esportaturi li ġejjin, fost l-oħrajn:

(a)

Jiangsu Sinski PV, Co. Ltd koperta mill-kodiċi TARIC addizzjonali: B838 (“Sinski PV”)

(b)

Zheijang Koly Energy Co. Ltd koperta mill-kodiċi TARIC addizzjonali: B908 (“Koly Energy”)

(3)

Il-Kummissjoni adottat ukoll Deċiżjoni li tiċċara l-implimentazzjoni tal-impenn (11) u 15-il regolament li jirtiraw l-aċċettazzjoni tal-impenn għal bosta produtturi esportaturi (12).

(4)

Bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (13) u 2016/184 (14), il-Kummissjoni estendiet id-dazji anti-dumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fir-RPĊ jew li huma kkunsinjati minnha għall-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) kkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan bl-eċċezzjoni ta' numru ta' produtturi ġenwini.

(5)

Bir-Regolament tal-anti-dumping tar-rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni estendiet id-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-RPĊ wara rieżami ta' skadenza u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont, rispettivament, l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping.

(6)

Permezz tar-Regolament antisussidji tar-rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni estendiet dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw minn jew li huma kkonsinjati mir-RPĊ wara rieżami ta' skadenza u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont, rispettivament, l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 19(3) tar-Regolament antisussidji bażiku (ir-Regolament anti-dumping tar-rieżami tal-iskadenza u r-Regolament antisussidji tar-rieżami tal-iskadenza huma minn hawn 'il quddiem imsejħa kollettivament bħala “ir-Regolamenti tar-rieżami tal-iskadenza”).

(7)

B'riżultat tar-Regolament tar-revoka il-Kummissjoni ħassret l-impenn.

(8)

Permezz tal-avviżi ta' skadenza, il-Kummissjoni avżat li d-dazju anti-dumping u d-dazju antisussidji fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-RPĊ skadew fit-3 ta' Settembru 2018.

B.   TERMINI TAL-IMPENN

(9)

Skont it-termini tal-impenn, il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni taħt ċertu prezz minimu ta' importazzjoni (“PMI”). Il-PMI kien suġġett għal mekkaniżmu ta' aġġustament trimestrali b'referenza għall-prezzijiet spot internazzjonali tal-moduli inklużi l-prezzijiet Ċiniżi kif irrapportati mill-bażi ta' data ta' Bloomberg.

(10)

Il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jbigħu l-prodott ikkonċernat biss permezz ta' bejgħ dirett. Għall-fini tal-impenn, bejgħ dirett kien iddefinit bħala bejgħ jew lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta' parti relatata fl-Unjoni elenkata fl-impenn. Bejgħ indirett lejn l-Unjoni minn kumpaniji oħra għajr dawk elenkati f'dan l-impenn kien jikkostitwixxi ksur tal-impenn.

(11)

L-impenn ikkjarifika wkoll, f'lista mhux eżawrjenti, dak li kien jikkostitwixxi ksur tal-impenn. Dik il-lista kienet tinkludi, b'mod partikolari, il-ħruġ ta' fatturi ta' impenji għal pannelli solari prodotti minn kumpanija li mhux fl-impenn sabiex tibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazji anti-dumping u kumpensatorji (iktar 'il quddiem ir-“riorjentament lejn kumpaniji oħrajn” ).

(12)

L-impenn obbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Dan fisser li d-data ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati kienu totalment konformi mat-termini tal-impenn. Ir-rappurtar ta' bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni kien obbligu partikolari meta l-prodott ikkonċernat inbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti permezz ta' importatur relatat. Huma biss dawn ir-rapporti li ppermettew lill-Kummissjoni tissorvelja jekk il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti kienx skont il-PMI.

(13)

Il-produtturi esportaturi kienu responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata tagħhom, kinitx elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le.

(14)

Il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom ukoll li jikkonsultaw mal-Kummissjoni rigward kull diffikultà jew kwistjoni, teknika jew ta' xort'oħra, li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-impenn.

C.   REVOKA TAL-IMPENN

(15)

L-impenn kien inizjalment aċċettat minn aktar minn 120 kumpanija/grupp ta' kumpaniji. Sadanittant, il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn għal 19-il kumpanija. Sbatax minnhom instabu li kisru l-impenn filwaqt li ż-żewġ kumpaniji l-oħra kellhom mudelli ta' negozju li għamluha imprattikabbli li tiġi ssorveljata l-konformità tagħhom mal-impenn. Barra minn hekk, 16-il kumpanija Ċiniża oħra rtiraw volontarjament mill-impenn.

(16)

B'riżultat tar-Regolament ta' revoka, il-Kummissjoni ħassret l-impenn u introduċiet dazju varjabbli fil-forma ta' prezz minimu ta' importazzjoni (“il-PMI ta' dazju varjabbli”) li ħa post l-impenn. Il-PMI b'dazju varjabbli jfisser li l-importazzjonijiet eliġibbli b'valur iddikjarat bħall-PMI jew ogħla minnu ma jkunux soġġetti għad-dazji u l-awtoritajiet doganali jimponu d-dazji immedjatament jekk il-prodott jiġi impurtat bi prezz inqas mill-PMI.

(17)

Minħabba li l-PMI ta' dazju varjabbli ħa post l-impenn, il-Kummissjoni qieset xieraq, skont il-konstatazzjonijiet elenkati fil-premessi minn (50) sa (53) tar-Regolament ta' revoka, li l-PMI ta' dazju varjabbli jkun japplika biss għal dawk il-kumpaniji li ma kisrux l-impenn fil-passat, irrispettivament minn jekk tali ksur diġà kienx ġie ikkonstatat, jew jekk tali ksur jista' jkun ikkonstatat f'investigazzjonijiet futuri mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, għall-produtturi esportaturi kollha li kisru l-impenn waqt li kien għadu fis-seħħ id-dazji ad valorem bla limitu għandhom japplikaw.

(18)

Fi żmien id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' revoka fl-1 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni kompliet twettaq investigazzjonijiet dwar il-konformità mal-impenn, u qieset li huwa xieraq li jinfetħu investigazzjonijiet ġodda għal oġġetti li ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera filwaqt li l-impenn kien għadu fis-seħħ. Għal dawk l-investigazzjonijiet, dejn doganali jinħoloq hekk kif id-dikjarazzjoni tkun aċċettata għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera: (a) kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet fatturati mill-kumpaniji soġġetti għall-impenn, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet tal-impenn ma tkunx ġiet issodisfata; jew (b) meta l-Kummissjoni tikkonstata li l-impenn ikun inkiser f'regolament jew deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn.

D.   MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet evidenza mill-awtoritajiet doganali ta' żewġ Stati Membri fuq il-bażi tal-Artikoli 8(9) u 14(7) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikoli 13(9) u 24(7) tar-Regolament antisussidji bażiku rigward il-konformità ta' Sinski PV u Koly Energy mal-impenn. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar l-istruttura korporattiva ta' Koly Energy.

(20)

Il-konstatazzjonijiet elenkati fil-premessi minn (21) sa (24) iktar 'l isfel jindirizzaw l-allegazzjonijiet irċevuti mill-awtoritajiet doganali rigward Sinski PV u Koly Energy rigward ksur allegat tal-impenn meta kien għadu fis-seħħ.

E.   RAĠUNIJIET BIEX JIĠU INVALIDATI FATTURI TAL-IMPENN

(a)   Sinski PV

(21)

L-evidenza riċevuta mingħand l-awtoritajiet doganali tissuġġerixxi li Sinski PV biegħet pannelli solari lil mill-inqas klijent wieħed fl-Unjoni sistematikament taħt il-PMI, u b'hekk kisret id-dispożizzjonijiet tal-impenn kif deskritt fil-premessa (9) hawn fuq.

(22)

Evidenza ulterjuri turi wkoll li Sinski PV impenjat ruħha ma' tliet kumpaniji oħra li toħroġ fatturi tal-impenn għal prodotti solari manifatturati minn kumpaniji li mhumiex parti fl-impenn kif jidher f'ordnijiet ta' bejgħ minn klijent ta' Sinski PV fl-Unjoni. Din il-prattika (riorjentament lejn kumpaniji oħrajn) tikkostitwixxi ksur speċifikament imniżżel fl-impenn, kif deskritt fil-premessa (11) aktar 'il fuq.

(b)   Koly Energy

(23)

Abbażi tal-evidenza riċevuta mingħand l-awtoritajiet doganali u kkorroborata minn sorsi disponibbli pubblikament, Koly Energy biegħet pannelli solari lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni li għalih ħarġet fatturi ta' impenn. It-tranżazzjonijiet lil dan l-importatur ammontaw għal valur ta' aktar minn 50 % tal-bejgħ totali ta' Koly Energy lejn l-Unjoni. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut f'dawn it-tranżazzjonijiet kien relatat ma' Koly Energy fis-sens tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (15) (“l-Att ta' Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”). Koly Energy qatt ma rrappurtat importatur relatat fl-Unjoni. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Koly Energy kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (10) hawn fuq.

(24)

L-importaturi relatati għandhom obbligi ta' rappurtar simili għall-kumpaniji ewlenin Ċiniżi tagħhom biex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta jekk il-prezz nett tal-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat fl-Unjoni huwiex fi, jew fuq, il-PMI. L-ebda mill-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat ma kien rappurtat lill-Kummissjoni. Konsegwentement, Koly Energy kisret ukoll it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (12) u (13) iktar 'il fuq.

F.   FATTURI TA' IMPENN RILEVANTI

(25)

It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ magħmula minn Sinski PV taħt il-PMI lill-klijent identifikat u/jew li jinvolvu r-riorjentament lejn kumpaniji oħrajn kienu marbutin mal-fatturi ta' impenn li ġejjin:

Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

SPVF15014

24.7.2015

SPVF15015

28.7.2015

SPVF15020

26.8.2015

SPVF15021

28.8.2015

SPVF15022

1.9.2015

SPVF15034

4.11.2015

SPVF15039

4.12.2015

SPVF15040

8.12.2015

SPVF15042

11.12.2015

SPVF15043

17.12.2015

SPVF15044

17.12.2015

SPVF15046

25.12.2015

SPVF15047

25.12.2015

SPVF15048

25.12.2015

SPVF15049

28.12.2015

SPVF15050

28.12.2015

SPVF15051

30.12.2015

SPVF15052

30.12.2015

SPVF16001

7.1.2016

SPVF16002

7.1.2016

SL-SS20170323-1

1.4.2017

SPVF16019

23.3.2016

SPVF16020

6.4.2016

SPVF16021

10.4.2016

SPVF16022

30.4.2016

(26)

It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ indirett magħmula minn Koly Energy kienu marbutin mal-fatturi ta' impenn li ġejjin:

Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

KL150328

28.3.2015

KL150424

24.4.2015

KL150428001

28.4.2015

KL150428002

28.4.2015

KL150516

16.5.2015

KL150608

8.6.2015

KL150616

16.6.2015

KL150706

6.7.2015

KL150708002

8.7.2015

KL150816

16.8.2015

KL150827

27.8.2015

KL150920

20.9.2015

KL151018

18.10.2015

KL151108

8.11.2015

KL151113

13.11.2015

KL151125

25.11.2015

KL151230

30.12.2015

KL160123

23.1.2016

KL160511

11.5.2016

KL160517

17.5.2016

KL160523

23.5.2016

KL160610

10.6.2016

KL160714

14.7.2016

KL160726

26.7.2016

KL160816

16.8.2016

KL160825

25.8.2016

KL160922

22.9.2016

KL161013

13.10.2016

KL161027001

27.10.2016

KL161027002

27.10.2016

KL161030

30.10.2016

KL161106

6.11.2016

KL161108002

8.11.2016

KL161114

14.11.2016

KL161125

25.11.2016

KL161209

9.12.2016

KL161210

10.12.2016

KL161212

12.12.2016

KL161215

15.12.2016

KL161230001

30.12.2016

KL161230002

31.12.2016

KL170109001

9.1.2017

KL170109002

13.1.2017

KL170115

15.1.2017

KL170116001

16.1.2017

KL170116002

18.1.2017

KL170120

20.1.2017

KL170121001

21.1.2017

KL170121002

21.1.2017

KL170323001

23.3.2017

KL170323002

25.3.2017

KL170408

8.4.2017

KL170412

12.4.2017

KL170510

10.5.2017

KL170511

11.5.2017

KL170518002

18.5.2017

KL170614002

14.6.2017

KL170621

21.6.2017

KL170712

12.7.2017

KL170731001

31.7.2017

KL170812

12.8.2017

KL170814

14.8.2017

KL170822002

22.8.2017

KL170918001

18.9.2017

KL170918002

18.9.2017

KL170919

19.9.2017

KL170930002

30.9.2017

G.   SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ

(27)

Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-konstatazzjonijiet, b'mod partikolari dwar l-intenzjoni li l-fatturi ta' impenn jiġu invalidati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(28)

Importatur wieħed u produttur esportatur Ċiniż wieħed għamlu sottomissjonijiet bil-miktub.

(29)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u indirizzathom hawn taħt.

(30)

Koly Energy u l-allegat importatur tagħha fl-Unjoni kkontestaw ir-relazzjoni ta' affiljazzjoni bejniethom u ċaħdu li huma parti minn grupp azzjonarju komuni.

(31)

Koly Energy qalet li hija kienet 100 % fis-sjieda ta' żewġ persuni Ċiniżi li la kellhom interess la fl-importatur fl-Unjoni u lanqas f'xi grupp azzjonarju. Qalet ukoll li żammet relazzjoni kummerċjali mill-qrib mal-grupp azzjonarju minħabba li kien l-akbar klijent ta' Koly Energy. Madankollu, ċaħdet l-eżistenza ta' xi rabtiet bejnha u l-importatur u ċaħdet li kienet ikkontrollata mill-istess parti azzjonarja.

(32)

Il-Kummissjoni qieset li, fin-nuqqas ta' prova kuntrarja, ir-rappreżentazzjoni ta' Koly Energy bħala bejjiegħ f'kuntratt ta' xiri u forniment ta' moduli solari minn maniġer tal-operazzjonijiet kummerċjali tal-grupp azzjonarju li għalih jappartjeni l-importatur tikkostitwixxi rikonoxximent, għal partijiet terzi, ta' relazzjoni ta' ffiljazzjoni bejn Koly Energy, l-importatur u dak il-grupp azzjonarju fis-sens tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (“l-Att ta' Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”). Din il-konklużjoni kompliet tissaħħaħ minħabba li l-istess kuntratt wera l-firem ta' Koly Energy u tal-importatur f'isem il-bejjiegħ (Koly Energy). L-identifikazzjoni ta' indirizz tal-posta elettronika tal-grupp azzjonarju bħala dettallji tal-kuntatt ta' Koly Energy (il-bejjiegħ) għall-finijiet ta' komunikazzjoni rigward dak il-kuntratt komplew jikkonfermaw din il-fehma. Barra minn hekk, il-kuntratt inkluda klawżola li fiha l-isem u l-indirizz postali tal-importatur ġew imsemmija bħala l-persuna ta' kuntatt tal-bejjiegħ (Koly Energy). Minkejja li Koly Energy allegat li l-kuntratt kien iffirmat mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha u għalhekk kienet iżżomm il-jedd li żżomm lill-importatur responsabbli, ma ġiet ippreżentata l-ebda prova ta' dan lill-Kummissjoni. Kontroreferenzi oħrajn bejn Koly Energy, l-importatur u l-grupp azzjonarju f'dokumenti pubbliċi u sorsi oħrajn bħal siti web u kuntratti ta ħruġ ta' bonds ta' terminu qasir wasslu lil-Kummissjoni għall-konklużjoni li Koly Energy u l-importatur fl-Unjoni kienu partijiet relatati. Is-sottomissjoni għalhekk ġiet rifjutata.

(33)

Koly Energy allegat ukoll l-importatur fl-Unjoni uża l-logo, il-marka kummerċjali u l-isem tad-dominju ta' Koly Name unilateralment u mingħajr kunsens. Il-Kummissjoni qieset li, fin-nuqqas ta' prova kuntrarja, l-użu pubbliku u mifrux tas-sinjali kummerċjali ta' Koly Energy (il-marka kummerċjali, il-logo, l-indirizz tal-posta elettronika) mill-importatur fl-attivitajiet kummerċjali normali tiegħu kien xhieda ta' relazzjoni ta' affiljazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji permezz tal-arma ta' grupp azzjonarju komuni. Din il-konklużjoni kompliet tissaħħaħ bl-użu tal-logo tal-grupp azzjonarju fis-sit web ta' Koly Energy stess, u meta l-logos ta' Koly Energy u tal-grupp azzjonarju ntwerew flimkien f'fiera tal-komoditajiet internazzjonali fl-2016. Din l-allegazzjoni, għalhekk, ma ntlaqgħetx.

(34)

L-importatur ta' Koly Energy fl-Unjoni ppreżenta kummenti mhux sostanzjati barra mill-estensjonijiet mogħtija għall-kummenti, u ma ppreżenta l-ebda evidenza rigward is-sjieda tiegħu.

H.   KSUR TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONI TA' DAZJI DEFINITTIVI

(35)

Skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, u skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li Sinski PV, u Koly Energy kisru l-impenn waqt li kien għadu fis-seħħ.

(36)

Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 fis-seħħ fil-waqt tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-fatturi ta' Sinski PV u Koly Energy elenkati fil-premessi (25) u (26) huma ddikjarati invalidi. Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 105(3) sal-Artikolu 105(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet doganali nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-dazji se jiġu infurmati kif xieraq.

(37)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'fattura tal-impenn ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jenħtieġ li huma jinvestigaw jekk kienx hemm ksur tar-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fil-fatturi tal-impenn jew jekk il-PMI ma jkunx ġie rispettat. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm ksur bħal dan jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jenħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, jenħtieġ li l-Kummissjoni taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop uniku ta' proċedimenti nazzjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-fatturi tal-impenn elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma ddikjarati invalidi.

2.   Id-dazji anti-dumping u kumpensatorji dovuti fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/366 għandhom jinġabru.

Artikolu 2

1.   Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat fuq fattura tal-impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366, maħruġa minn Jiangsu Sinski PV, Co. Ltd jew Zheijang Koly Energy Co. Ltd maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex jivverifikaw il-prezz minimu ta' importazzjoni (“PMI”) applikabbli fil-jum meta nħarġet il-fattura tal-impenn.

2.   Meta l-verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiżvela li skontijiet u tnaqqis ma jkunux ġew inklużi fil-fattura kummerċjali, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 għandhom jinġabru.

3.   L-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tintuża biss għall-iskop tal-infurzar tad-dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Din l-informazzjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha tiġi żvelata lil partijiet terzi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1) u r-Regolament (UE) 2018/82 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2017/2321.

(3)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(4)   ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.

(5)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(6)   ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1.

(7)   ĠU L 238, 16.9.2017, p. 22.

(8)   ĠU C 310/06, 3.9.2018, p. 4-5.

(9)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(10)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(11)   ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(12)  Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/866 (ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30), (UE) 2015/1403 (ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1), (UE) 2015/2018 (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23), (UE) 2016/115 (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47), (UE) 2016/1045 (ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5), (UE) 2016/1382 (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10), (UE) 2016/1402 (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16), (UE) 2016/1998 (ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8), (UE) 2016/2146 (ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4), (UE) 2017/454 (ĠU L 71, 16.3.2017, p. 5), (UE) 2017/941 (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 43), (UE) 2017/1408 (ĠU L 201, 2.8.2017, p. 3), (UE) 2017/1497 (ĠU L 218, 24.8.2017, p. 10), (UE) 2017/1524 (ĠU L 230, 6.9.2017, p. 11), (UE) 2017/1589 (ĠU L 241, 20.9.2017, p. 21) li jirtiraw l-aċċettazzjoni tal-impenn għal bosta produtturi esportaturi.

(13)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(14)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(15)   ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.

(16)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.


ANNESS

Lista ta' fatturi tal-impenn maħruġa minn Jiangsu Sinski PV, Co. Ltd li huma ddikjarati invalidi:

Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

SPVF15014

24.7.2015

SPVF15015

28.7.2015

SPVF15020

26.8.2015

SPVF15021

28.8.2015

SPVF15022

1.9.2015

SPVF15034

4.11.2015

SPVF15039

4.12.2015

SPVF15040

8.12.2015

SPVF15042

11.12.2015

SPVF15043

17.12.2015

SPVF15044

17.12.2015

SPVF15046

25.12.2015

SPVF15047

25.12.2015

SPVF15048

25.12.2015

SPVF15049

28.12.2015

SPVF15050

28.12.2015

SPVF15051

30.12.2015

SPVF15052

30.12.2015

SPVF16001

7.1.2016

SPVF16002

7.1.2016

SL-SS20170323-1

1.4.2017

SPVF16019

23.3.2016

SPVF16020

6.4.2016

SPVF16021

10.4.2016

SPVF16022

30.4.2016

Lista ta' fatturi tal-impenn maħruġa minn Zheijang Koly Energy Co. Ltd li huma ddikjarati invalidi:

Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

KL150328

28.3.2015

KL150424

24.4.2015

KL150428001

28.4.2015

KL150428002

28.4.2015

KL150516

16.5.2015

KL150608

8.6.2015

KL150616

16.6.2015

KL150706

6.7.2015

KL150708002

8.7.2015

KL150816

16.8.2015

KL150827

27.8.2015

KL150920

20.9.2015

KL151018

18.10.2015

KL151108

8.11.2015

KL151113

13.11.2015

KL151125

25.11.2015

KL151230

30.12.2015

KL160123

23.1.2016

KL160511

11.5.2016

KL160517

17.5.2016

KL160523

23.5.2016

KL160610

10.6.2016

KL160714

14.7.2016

KL160726

26.7.2016

KL160816

16.8.2016

KL160825

25.8.2016

KL160922

22.9.2016

KL161013

13.10.2016

KL161027001

27.10.2016

KL161027002

27.10.2016

KL161030

30.10.2016

KL161106

6.11.2016

KL161108002

8.11.2016

KL161114

14.11.2016

KL161125

25.11.2016

KL161209

9.12.2016

KL161210

10.12.2016

KL161212

12.12.2016

KL161215

15.12.2016

KL161230001

30.12.2016

KL161230002

31.12.2016

KL170109001

9.1.2017

KL170109002

13.1.2017

KL170115

15.1.2017

KL170116001

16.1.2017

KL170116002

18.1.2017

KL170120

20.1.2017

KL170121001

21.1.2017

KL170121002

21.1.2017

KL170323001

23.3.2017

KL170323002

25.3.2017

KL170408

8.4.2017

KL170412

12.4.2017

KL170510

10.5.2017

KL170511

11.5.2017

KL170518002

18.5.2017

KL170614002

14.6.2017

KL170621

21.6.2017

KL170712

12.7.2017

KL170731001

31.7.2017

KL170812

12.8.2017

KL170814

14.8.2017

KL170822002

22.8.2017

KL170918001

18.9.2017

KL170918002

18.9.2017

KL170919

19.9.2017

KL170930002

30.9.2017