15.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/13

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1533

tat-12 ta' Ottubru 2018

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alġinat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, għall-klieb, għal annimali oħra li ma jipproduċux ikel u għall-ħut u tal-alġinat tal-potassju bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-alġinat tal-potassju.

(3)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). L-alġinat tas-sodju kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien bid-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-ħut, għall-annimali domestiċi u għal annimali oħra li ma jipproduċux ikel. Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b'mod konġunt mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-alġinat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-annimali domestiċi u għal annimali oħra li ma jipproduċux ikel u għall-ħut.

(5)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-alġinat tal-potassju bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb, u tal-alġinat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, għall-klieb, u għal annimali u ħut oħrajn li ma jipproduċux ikel, li jridu jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-5 ta' Lulju 2017 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-alġinat tal-potassju u l-alġinat tas-sodju m'għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-alġinat tal-potassju u l-alġinat tas-sodju kkonċernati huma effettivi bħala stabilizzanti, sustanzi li jgħaqqdu, aġenti li jgħaqqdu u sustanzi li jorbtu. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tal-addittivi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Konsegwentement, jenħtieġ li l-użu ta' dawn l-addittivi jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

L-addittivi speċifikati fl-Anness, li huma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti” u “sustanzi li jgħaqqdu”, “aġenti li jgħaqqdu” u “sustanzi li jorbtu”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

L-alġinat tas-sodju speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dak l-addittiv, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Mejju 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Novembru 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-alġinat tas-sodju speċifikati fl-Anness u li jiġu prodotti u tikkettati qabel l-4 ta' Novembru 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Novembru 2018 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti diment li dawn ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li jiġu prodotti u tikkettati qabel l-4 ta' Novembru 2020 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Novembru 2018 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti diment li dawn ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2017; 15(7):4945.

ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Addittvi teknoloġiċi: stabbilizzaturi

1d401

Alġinat tas-sodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Alġinat tas-sodju

Fil-forma ta' trab

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alġinat tas-sodju (≥ 90,8 %)

(C6H7NaO6)n

Metodu analitiku  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-alġinat tas-sodju fl-addittiv tal-għalf: The sodium alginate monograph, FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications — Monograph No 1 (2006)

Qtates u klieb

35 200

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

It-taħlita ta' sorsi differenti ta' alġinati ma għandhiex taqbeż il-kontenut massimu awtorizzat fl-għalf komplet.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

l-4 ta' Novembru 2028

Annimali oħra li ma jipproduċux ikel

Ħut

1d402

Alġinat tal-potassju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Alġinat tal-potassju

Fil-forma ta' trab

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alġinat tal-potassju (≥ 89,2 %)

(C6H7KO6)n

Nru CAS: 9005-36-1

Metodu analitiku  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-alġinat tal-potassju fl-addittiv tal-għalf: The potassium alginate monograph, FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications — Monograph No 1 (2006)

Addittivi teknoloġiċi: aġenti li jgħaqqdu

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għal-livell minimu bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

1d402

Alġinat tal-potassju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Alġinat tal-potassju

Fil-forma ta' trab

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alġinat tal-potassju (≥ 89,2 %)

(C6H7KO6)n

Nru CAS: 9005-36-1

Metodu analitiku  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-alġinat tal-potassju fl-addittiv tal-għalf: The potassium alginate monograph, FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications — Monograph No 1 (2006)

Qtates u klieb

35 200

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

It-taħlita ta' sorsi differenti ta' alġinati ma għandhiex taqbeż il-kontenut massimu awtorizzat fl-għalf komplet.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

l-4 ta' Novembru 2028

L-additivi teknoloġiċi: aġenti li jgħaqqdu

1d401

Alġinat tas-sodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Alġinat tas-sodju

Fil-forma ta' trab

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alġinat tas-sodju (≥ 90,8 %)

(C6H7NaO6)n

Metodu analitiku  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-alġinat tas-sodju fl-addittiv tal-għalf: The sodium alginate monograph, FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications — Monograph No 1 (2006)

Qtates u klieb

35 200

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

It-taħlita ta' sorsi differenti ta' alġinati ma għandhiex taqbeż il-kontenut massimu awtorizzat fl-għalf komplet.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-pretaħlitiet, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

Għall-identifikazzjoni tal-alġinat tal-potassju fl-addittiv tal-għalf: The potassium alginate monograph, FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications — Monograph No. 1 (2006)

Qtates u klieb

35 200

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

It-taħlita ta' sorsi differenti ta' alġinati ma għandhiex taqbeż il-kontenut massimu awtorizzat fl-għalf komplet.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-pretaħlitiet, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

l-4 ta' Novembru 2028

L-additivi teknoloġiċi: leganti

(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports