9.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/36

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1497

tat-8 ta' Ottubru 2018

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategorija tal-ikel 17 u l-użu tal-addittivi tal-ikel fis-supplimenti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(2)

Huma biss l-addittivi tal-ikel inklużi fil-lista tal-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 li jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel fil-kundizzjonijiet ta' użu speċifikati fih.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni, jew wara li titressaq applikazzjoni.

(4)

Il-lista tal-Unjoni tinkludi l-addittivi tal-ikel, li huma elenkati abbażi tal-kategoriji tal-ikel li jistgħu jiżdiedu magħhom. Fil-Parti D ta' dik il-lista, il-kategorija tal-ikel 17 tkopri s-supplimenti tal-ikel kif definiti mid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar. Il-kategorija tal-ikel 17 tinkludi tliet subkategoriji: 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu”, 17.2 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma likwida” u 17.3 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'tip ta' ġulepp jew f'forma li tista' tintmagħad”. Il-Parti E tal-lista tal-Unjoni tistabbilixxi l-addittivi awtorizzati għal kull waħda minn dawn is-subkategoriji u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(5)

Mid-diskussjonijiet mal-Istati Membri (fil-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti Governattivi dwar l-Addittivi) ħareġ li hemm xi diffikultajiet bl-implimentazzjoni tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel, b'mod partikolari għas-subkategorija tal-ikel 17.3 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'tip ta' ġulepp jew f'forma li tista' tintmagħad”. Din il-klassifikazzjoni wasslet għal xi miżinterpretazzjonijiet u sabiex dan jiġi evitat, il-ġulepp u l-forom li jistgħu jintmagħdu għandhom jiġu kkategorizzati bħala likwidi jew solidi, rispettivament.

(6)

Għaldaqstant, jixraq li s-subkategorija tal-ikel 17.3 titħassar u li t-titoli tas-subkategoriji tal-ikel 17.1 u 17.2 jinbidlu għal “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'għamla solida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar” u “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'għamla likwida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar”, rispettivament. Dan jirrifletti aħjar liema prodotti huma koperti/inklużi f'kull waħda mis-subkategoriji tal-ikel. Minħabba t-tneħħija tas-subkategorija tal-ikel 17.3, l-entrati tal-addittivi tal-ikel li kienu inklużi f'dik is-subkategorija tal-ikel jenħtieġ jiġu trasferiti lis-subkategorija tal-ikel 17.1 jew 17.2 sabiex ikun żgurat li jkun hemm it-trasparenza u ċ-ċertezza legali dwar l-użu tal-addittivi tal-ikel f'dawk it-tipi ta' ikel. Għal raġunijiet ta' ċarezza u infurzar, jenħtieġ ukoll li t-titolu tal-kategorija tal-ikel 17 jiġi emendat għal “Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE”.

(7)

Mid-diskussjonijiet mal-Istati Membri ħareġ ukoll li jenħtieġ li jiġi ċċarat jekk il-livell massimu (tal-użu) għall-addittivi tal-ikel fil-kategorija tal-ikel 17 japplikax għall-ikel kif ikkummerċjalizzat jew għall-ikel lest biex jiġi kkunsmat. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi inkluża taqsima introduttorja li tagħmel referenza għal ċerti addittivi tal-ikel awtorizzati f'dik il-kategorija tal-ikel. Dan huwa konformi mal-entrati preċedenti ta' dawk l-addittivi tal-ikel fid-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE (4), 94/36/KE (5) u 95/2/KE (6).

(8)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta dak l-aġġornament ma jkunx suxxettibbli li jkollu effett fuq saħħet il-bniedem. Billi l-lista tal-Unjoni qed tiġi emendata sabiex tipprovdi kjarifika dwar l-użi awtorizzati attwali tal-addittivi, din tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux suxxettibbli li jkollu effett fuq saħħet il-bniedem. Għaldaqstant, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti tal-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3).

(5)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13).

(6)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).

ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti D, l-entrati tal-kategorija tal-ikel 17. “Supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minbarra supplimenti tal-ikel għal trabi u tfal żgħar” jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

17.

Supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE

17.1

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'għamla solida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar

17.2

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'għamla likwida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar”

(2)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata tal-kategorija tal-ikel 17. “Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE minbarra supplimenti tal-ikel għal trabi u tfal żgħar” tiġi sostitwita kif ġej:

17.

Supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE

PARTI INTRODUTTORJA, TAPPLIKA GĦAS-SUBKATEGORIJI KOLLHA

Il-livelli massimi tal-użu indikati għall-kuluri, il-polijoli, is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, u E 200-213, E 338-452, E 405, E 416, E 426, E 432-436, E 459, E 468, E 473-475, E 491-495, E 551-553, E 901-904, E 961, E 1201-1204, E 1505 u E 1521 jirreferu għas-supplimenti tal-ikel lesti għall-konsum ippreparati skont l-istruzzjonijiet għall-użu pprovduti mill-manifattur.

Il-fattur tad-dilwizzjoni għal dawk is-supplimenti tal-ikel li għandhom jiġu dilwiti jew maħlula għandu jingħata flimkien mal-istruzzjonijiet tal-użu.”

(b)

l-entrata għas-subkategorija 17.1 hija emendata kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“17.1

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'għamla solida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar”

(ii)

l-entrati kollha fih huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin, imdaħħla bl-ordni numerika tagħhom:

“Grupp I

Addittivi

E 410, E 412, E 415,E 417 u E425 ma jistgħux jintużaw biex jipproduċu supplimenti tal-ikel deidrati maħsuba biex jirreidrataw meta jittieklu

Grupp II

Kuluri fi quantum satis

quantum satis

Perjodu ta' applikazzjoni: sal-31 ta' Lulju 2014

Grupp II

Kuluri fi quantum satis

quantum satis

(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

300

Perjodu ta' applikazzjoni: sal-31 ta' Lulju 2014

Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

300

(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

Grupp IV

Polijoli

quantum satis

E 104

Isfar Kinolina

35

(61)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Lulju 2014

E 104

Isfar Kinolina

35

(61)(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Lulju 2014

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Lulju 2014

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

E 160d

Likopen

30

E 200-213

Aċidu sorbiku — sorbati; Aċidu benżojku — benżoati

1 000

(1) (2)

biss is-supplimenti tal-ikel f'għamla niexfa u li fihom preparazzjonijiet tal-vitamina A u kombinazzjonijiet tal-vitamini A u D, ħlief f'għamla li tintmagħad

E 310-321

Gallat tal-propil, TBHQ, BHA u BHT

400

(1)

E 338-452

Aċidu fosforiku — fosfati — difosfati, trifosfati u polifosfati

quantum satis

E 392

Estratti tal-klin

400

(46)

E 405

Propan-1, 2-diol alġinat

1 000

E 416

Gomma tal-Karaya

quantum satis

E 426

Emiċelluloża tas-sojja

1 500

E 432-436

Polisorbati

quantum satis

E 459

Beta-ċiklodestrin

quantum satis

supplimenti tal-ikel f'forma ta' pillola jew pillola miksija biss

E 468

Karbossimetilċelluloża tas-sodju retikolata

30 000

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 473-474

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin - sukrogliċeridi

quantum satis

(1)

E 475

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin

quantum satis

E 491-495

Esteri tas-sorbitan

quantum satis

(1)

E 551-559

Diossidu tas-siliċju — silikati

quantum satis

Perjodu ta' applikazzjoni: sal-31 ta' Jannar 2014

E 551-553

Diossidu tas-siliċju — silikati

quantum satis

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Frar 2014

E 900

Dimetilpolisilossan

10

(91)

supplimenti tal-ikel f'forma ta' pillola li tfexfex biss

E 901

Xama' tan-naħal, bajda u safra

quantum satis

E 902

Xama' tal-kandelilla

quantum satis

E 903

Xama' tal-Karnawba

200

E 904

Xellak

quantum satis

E 950

Aċesulfam K

500

E 950

Aċesulfam K

2 000

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 951

Aspartam

2 000

E 951

Aspartam

5 500

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 952

Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu

500

(51)

E 952

Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu

1 250

(51)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 954

Zakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

500

(52)

E 954

Zakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

1 200

(52)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 955

Sukralożju

800

E 955

Sukralożju

2 400

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 957

Tawmatina

400

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 959

Neoesperidina DC

100

E 959

Neoesperidina DC

400

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 960

Glikosidi tal-istevjol

670

(60)

E 960

Glikosidi tal-istevjol

1 800

(60)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 961

Neotam

60

E 961

Neotam

185

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 961

Neotam

2

biss bħala sustanza li ttejjeb l-aroma, ħlief għal supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 961

Neotam

2

biss vitamini u/jew supplimenti tal-ikel bbażati fuq il-minerali f'għamla li tintmagħad, bħala sustanza li ttejjeb l-aroma

E 962

Melħ tal-aspartam-aċesulfam

500

(11)a (49) (50)

E 962

Melħ tal-aspartam-aċesulfam

2 000

(11)a (49) (50)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 969

Advantame

20

E 969

Advantame

55

is-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad biss

E 1201

Polivinilpirrolidon

quantum satis

supplimenti tal-ikel f'forma ta' pillola jew pillola miksija biss

E 1202

Polivinilpolipirrolidon

quantum satis

supplimenti tal-ikel f'forma ta' pillola jew pillola miksija biss

E 1203

Alkoħol tal-polivinil (PVA)

18 000

supplimenti tal-ikel f'forma ta' kapsula jew pillola biss

E 1204

Pullulan

quantum satis

supplimenti tal-ikel f'forma ta' kapsula jew pillola biss

E 1205

Koplimer metakrilat bażiku

100 000

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 1206

Koplimeru tal-metakrilat newtrali

200 000

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 1207

Koplimeru tal-metakrilat anjoniku

100 000

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 1208

Kopolimeru ta' aċetat ta' vinil polivinilpirrolidon

100 000

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 1209

Kopolimeru ttrapjantat tal-alkoħol polivinil u l-glikol tal-polietilene

100 000

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla li tintmagħad

E 1505

Ċitrat tat-trietil

3 500

supplimenti tal-ikel f'forma ta' kapsula jew pillola biss

E 1521

Glikol tal-polietilene

10 000

supplimenti tal-ikel f'forma ta' kapsula jew pillola biss”

(c)

l-entrata għas-subkategorija 17.2 hija emendata kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“17.2

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'għamla likwida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar”

(ii)

l-entrati kollha fih huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin, imdaħħla bl-ordni numerika tagħhom:

“Grupp I

Addittivi

Grupp II

Kuluri fi quantum satis

quantum satis

Grupp II

Kuluri fi quantum satis

quantum satis

Perjodu ta' applikazzjoni: sal-31 ta' Lulju 2014

Grupp II

Kuluri fi quantum satis

quantum satis

(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

100

Grupp IV

Polijoli

quantum satis

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Lulju 2014

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Lulju 2014

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Lulju 2014

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)(69)

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Awwissu 2014

E 160d

Likopen

30

E 200-213

Aċidu sorbiku - sorbati; Aċidu benżojku - benżoati

2 000

(1) (2)

ħlief għas-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp

E 310-321

Gallat tal-propil, TBHQ, BHA u BHT

400

(1)

E 338-452

Aċidu fosforiku — fosfati — difosfati — trifosfati u polifosfati

quantum satis

E 392

Estratti tal-klin

400

(46)

E 405

Propan-1, 2-diol alġinat

1 000

E 416

Gomma tal-Karaya

quantum satis

E 426

Emiċelluloża tas-sojja

1 500

E 432-436

Polisorbati

quantum satis

E 473-474

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin - sukrogliċeridi

quantum satis

(1)

E 475

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin

quantum satis

E 491-495

Esteri tas-sorbitan

quantum satis

(1)

E 551-559

Diossidu tas-siliċju — silikati

quantum satis

Perjodu ta' applikazzjoni: sal-31 ta' Jannar 2014

E 551-553

Diossidu tas-siliċju — silikati

quantum satis

Perjodu ta' applikazzjoni: mill-1 ta' Frar 2014

E 950

Aċesulfam K

350

E 950

Aċesulfam K

2 000

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 951

Aspartam

600

E 951

Aspartam

5 500

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 952

Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu

400

(51)

E 952

Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu

1 250

(51)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 954

Zakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

80

(52)

E 954

Zakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

1 200

(52)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 955

Sukralożju

240

E 955

Sukralożju

2 400

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 957

Tawmatina

400

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 959

Neoesperidina DC

50

E 959

Neoesperidina DC

400

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 960

Glikosidi tal-istevjol

200

(60)

E 960

Glikosidi tal-istevjol

1 800

(60)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 961

Neotam

20

E 961

Neotam

185

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 961

Neotam

2

biss bħala sustanza li ttejjeb l-aroma, ħlief għal supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp

E 961

Neotam

2

biss vitamini u/jew supplimenti tal-ikel bbażati fuq il-minerali f'għamla ta' ġulepp, bħala sustanza li ttejjeb l-aroma

E 962

Melħ tal-aspartam-aċesulfam

350

(11)a (49) (50)

E 962

Melħ tal-aspartam-aċesulfam

2 000

(11)a (49) (50)

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss

E 969

Advantame

6

E 969

Advantame

55

is-supplimenti tal-ikel f'għamla ta' ġulepp biss”