|
2.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1468
tal-1 ta' Ottubru 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”)qabel ma ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (3), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-polietilentereftalat (“PET”) li joriġina, inter alia, mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1645/2005 (4), il-Kunsill emenda l-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet ta' PET mill-Indja, wara rieżami aċċellerata skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 (5), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin, wara rieżami aċċellerat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(4) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1286/2008 (6) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 906/2011 (7), il-Kunsill sussegwentement emenda l-miżuri kumpensatorji, wara rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament. |
|
(5) |
Fl-2012, rieżami interim parzjali intemm mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012 (8). |
|
(6) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 461/2013 (9), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin, wara t-tieni rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350 (10), il-Kummissjoni emendat il-miżuri kumpensatorji, wara rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
|
(8) |
Bid-Deċiżjoni 2000/745/KE (11), il-Kummissjoni aċċettat impenji li jistabbilixxu prezz minimu tal-importazzjoni minn tliet produtturi esportaturi fl-Indja. Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/109/UE (12), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenji, minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi li l-impenji kienu aċċettati taħthom. |
|
(9) |
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (UE) Nru 461/2013, kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350 (“il-miżuri fis-seħħ”). Dawn jikkonsistu minn dazju kumpensatorju speċifiku li jvarja bejn 0 u 74,6 EUR għal kull tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b'rata residwa ta' 69,4 EUR għal kull tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi l-oħra kollha. |
1.2. Il-bidu ta' żewġ rieżaminazzjonijiet interim parzjali
|
(10) |
F'Settembru 2016, produttur esportatur Indjan, Dhunseri Petrochem Limited (“DPL”) talab lill-Kummissjoni biex temenda ir-Regolament li jimponi l-miżuri fis-seħħ bbażati fuq bidla fl-isem tal-kumpanija. Madankollu t-talba wriet li DPL kienet daħlet fi sħubija ta' impriża konġunta ma' Indorama Ventures Public Company Limited (“IVL”), li rriżulta fl-istruttura li ġejja:
|
|
(11) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien hemm biżżejjed evidenza li turi li ċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-sussidjar ta' DPL u l-kumpaniji relatati magħha inbidlu b'mod sinifikanti u li kienu ta' natura dejjiema, u għalhekk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati. |
|
(12) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ħabbret, b'avviż fil-6 ta' Lulju 2017 (13), id-deċiżjoni li, fuq inizjattiva tagħha stess, tagħti bidu għal investigazzjoni ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tiegħu kien limitat għall-eżami tas-sussidjar għad-DPL u l-kumpaniji relatati tiegħu fl-Indja. L-iskop tar-rieżami huwa li tiġi stabbilita r-rata tas-sussidju għall-istruttura l-ġdida tal-kumpanija. |
|
(13) |
Produttur esportatur ieħor Indjan, Reliance Industries Limited (“Reliance”) ressaq talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. It-talba kienet limitata għall-eżami tas-sussidju ta' Reliance. |
|
(14) |
Reliance ipprovda evidenza prima facie li l-issoktar tal-applikazzjoni tal-miżuri fil-livell attwali tagħhom ma kienx aktar meħtieġ biex jitpatta s-sussidju kumpensabbli. B'mod partikolari l-kumpanija allegat li l-livell tas-sussidju globali tnaqqas minħabba t-terminazzjoni ta' applikabbiltà tal-Iskema ta' Prodott Iffokat u l-Iskema ta' Suq Iffokat, u t-tnaqqis ta' ammonti gwadanjati mill-applikant fir-rigward ta' skemi oħrajn, bħal ma huma l-Iskema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem u l-Iskema ta' Rifużjoni tad-Dazji. |
|
(15) |
Wara li ddeterminat li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza, il-Kummissjoni ħabbret, fit-6 ta' Lulju 2017 (14), il-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tagħha huwa limitat għall-eżami tas-sussidjar għal Reliance. |
|
(16) |
Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li l-investigazzjonijiet se jivvalutaw ukoll l-adegwatezza li tiġi emendata r-rata tad-dazju imposta fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina fl-Indja mill- “kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja. |
|
(17) |
Minħabba li ż-żewġ rieżamijiet interim ikopru l-istess prodott taħt rieżami, mill-istess pajjiż tal-oriġini u l-istess perjodu ta' investigazzjoni, u peress li ż-żewġ miżuri huma soġġetti għall-istess proċediment, ġie meqjus xieraq li ż-żewġ rieżamijiet jiġu konklużi fl-istess att legali. |
1.3. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(18) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lil Dhunseri, Reliance u l-kumpaniji relatati tagħha (“il-produtturi esportaturi kkonċernati”), l-assoċjazzjoni ta' produtturi tal-Unjoni, importaturi u utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur dwar il-bidu tar-rieżami parzjali interim. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ saż-żmien stipulat fl-avviżi tal-bidu. |
|
(19) |
Sabiex tikseb it-tagħrif li qieset meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kkonċernati u lill-Gvern tal-Indja (“GOI”) u rċeviet tweġibiet fi żmien l-iskadenzi stipulati għal dan l-għan. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta' verifika fil-bini tal-IVB f'Kolkata, il-kwartieri ġenerali ta' MPPL f'Delhi, fil-fabbrika ta' MPPL f'Karnal, f'Mumbai kif ukoll fil-bini tal-GOI fi New Delhi (Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani u l-Ministeru tal-Kummerċ). |
1.4. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami
|
(21) |
L-investigazzjoni tas-sussidju kopriet l-perjodu mill-1 ta' April 2016 sal-31 ta' Marzu 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). |
1.5. Divulgazzjoni
|
(22) |
Fil-25 ta' Lulju 2018, il-GOI u l-partijiet interessati l-oħra kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuqhom il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tipproponi l-emenda tar-rati tad-dazju applikabbli għal Dhunseri u Reliance. Huma ngћataw ukoll żmien raġonevoli sabiex jikkummentaw. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha kienu kkunsidrati dovutament kif stabbilit iktar 'il quddiem. |
|
(23) |
Reliance nnotat li l-iżvelar kien sar iktar minn 12-il xahar wara l-bidu tal-investigazzjoni u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 11.11 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”) li jipprovdi li l-investigazzjonijiet ta' “għandha” tiġi konkluża fi żmien sena “ħlief f'ċirkostanzi speċjali” u li l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku li jipprevedi li rieżami għandu jsir “malajr kemm jista' jkun” u “għandu normalment” jiġi konklużi fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu. Fuq din il-bażi Reliance sostniet li fin-nuqqas ta' ċirkustanzi speċjali jew ġustifikazzjoni mill-Kummissjoni l-investigazzjoni għandha “tintemm mingħajr miżuri protettivi”. |
|
(24) |
Madankollu, fir-rigward tal-iskadenzi, il-Kummissjoni tosserva li l-investigazzjoni ta' rieżami preżenti hija soġġett għall-Artikolu 21.4 tal-ASCM li jistipula li rieżamijiet ta' dazji kumpensatorji “għandhom normalment jiġu konklużi fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-rieżami” u ma jirreferix għal kwalunkwe ċirkostanzi speċjali meħtieġa biex tiġġustifika investigazzjoni ta' durata itwal minn 12-il xahar. Bl-istess mod, l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku ma jirreferix għal ċirkostanzi speċjali meħtieġa biex jiġġustifikaw investigazzjoni ta' durata itwal minn 12-il xahar. Ir-rieżamijiet attwali jsiru fi żmien l-iskadenza attwali ta' 15-il xahar stipulata fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, it-talba ġiet rifjutata. |
2. PRODOTT SOĠĠETT GĦAL RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(25) |
Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa l-polietilentereftalat (PET) li għandu numru ta' viskożità ta' 78 ml/g jew iżjed, skont l-Istandard ISO 1628-5, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 3907 61 00 u li joriġina mill-Indja (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”). |
2.2. Prodott simili
|
(26) |
L-investigazzjoni żvelat li l-prodott li qed jiġi rieżaminat huwa identiku f'termini ta' karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u tal-użi mal-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indja. Gћalhekk, ġie konkluż li skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku l-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku u fis-suq tal-esportazzjoni, huma prodotti simili. |
3. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
3.1. Ir-riorganizzazzjoni ta' DPL u l-kumpaniji relatati tagħha
|
(27) |
L-investigazzjoni kkonfermat li DPL daħlet fi sħubija ma' impriża konġunta IVL. Taħt din is-sħubija, DPL irtrasferiet il-faċilità tal-produzzjoni tal-PET kollu tagħha lil kumpanija ġdida, IVDPIL fl-1 ta' April 2016 u akkwistat 50 % tal-ishma ta' din il-kumpanija, filwaqt li l-50 % li kien fadal ġew akkwistati minn Indorama Ventures Global Services Limited, sussidjarja ta' IVL. DPL għalhekk ma baqgħetx tkun produttur esportatur tal-prodott rieżaminat b'effett minn dik id-data. |
|
(28) |
L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li DPL akkwistat 50 % tal-ishma MPPL, manifattur Indjan ta' PET li preċedentement ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni u għalhekk ma ġiex attribwit dazju kumpensatorju individwali f'investigazzjonijiet preċedenti dwar PET li joriġina fl-Indja. Is-sehem ta' 50 % li jibqa' f'MPPL jappartjeni għal Indorama Ventures Global Services Limited. |
|
(29) |
Sussegwentement, fit-12 ta' Mejju 2017, IVDPIL biddel ismu għal IVL Dhunseri Petrochem Industries Private Limited (“IDIPL”), u l-MPPL ittrasferiet l-assi, id-djun, l-obbligazzjonijiet, u l-persunal tagħha kollha lill-IDIPL. Fl-4 ta' Diċembru 2017, il-High Court ta' Kolkata ssanzjonat dan it-trasferiment. |
|
(30) |
DPL, IDIPL (li qabel kienet IVDPIL), u MPPL minn hawn' il quddiem se jissejħu l-“Grupp Dhunseri”. L-għan tar-rieżami interim parzjali kien għalhekk li tiġi stabbilita r-rata ta' sussidju applikabbli għall-grupp Dhunseri. Għal dak il-għan id-data rigward IDIPL u MPPL (li kienet għadha topera bħala produttur esportatur tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami) kienu aggregati biex tikkalkula rata ta' sussidju għall-grupp Dhunseri inġenerali peress li din ir-rata hija applikabbli għall-istruttura finali tal-grupp meta l-impjant MPPL ikun inkorporat f'IDIPL. |
3.2. Is-sussidju
|
(31) |
Fuq il-bażi tas-sussidji investigati fir-rieżamijiet preċedenti, l-informazzjoni mressqa mill-GOI u mill-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-miżuri li ġejjin:
|
|
(32) |
Is-sussidji speċifikati fil-premessa ta' hawn fuq huma bbażati fuq id-dokumenti ta' politika u leġiżlazzjoni li ġejjin. |
|
(33) |
L-AAS, id-DEPBS, DFIA, EOU/SEZ, l-EPCGS, l-FPS, l-IEIS, l-FMS, l-MEIS, u SHIS l-iskemi huma bbażati fuq l-Att Dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika dwar il-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b'mod regolari. |
|
(34) |
L-AAS, id-DFIA, l-EOU/SEZ, l-EPCGS, u l-MEIS huma bbażati fuq il-Foreign Trade Policy 2015–2020 (“FTP 2015–20”) li huma rilevanti gћall-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-GOI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-FTP 2015-20 fil-“Handbook of Procedures, Volume I” (“HOP I 2015-20”). Il-Manwal ta' Proċeduri huwa aġġornat fuq bażi regolari. |
|
(35) |
DEPBS, FMS, FPS, IEIS, u SHIS, li kienu bbażati fuq id-dokument preċedenti tal-Politika dwar il-Kummerċ Barrani relevanti għall-perjodu 2009-2014 (“FTP 2009-14”), għadhom ma ġewx imġedda skont l-FTP 2015–20 imsemmi fil-premessa (34). |
|
(36) |
L-iskema DDS hija bbażata fuq it-Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, it-Taqsima 37 tal-Att tas-Sisa Ċentrali tal-1944, fuq it-Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att Finanzjarju tal-1994 u fuq id-Dwana, Dazji tas-Sisa Ċentrali u Regoli ta' Rifużjoni ta' Taxxa tas-Servizz tal-1995. Ir-rati ta' rifużjoni lura huma ppubblikati fuq bażi regolari. |
|
(37) |
L-iskema ECS hija bbażata fuq l-artikoli 21 u 35 A tal-Att Indjan tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Attività Bankarja, li jippermetti lir-Reserve Bank tal-Indja (“RBI”) jiddirieġi lill-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti tal-esportazzjoni. |
|
(38) |
L-iskema ITIRAD hija bbażata fuq l-Att tal-1961 dwar it-Taxxa tad-Dħul (“ITA”), li huwa emendat bl-Att annwali dwar il-Finanzi. |
|
(39) |
L-iskema IES hija bbażata fuq Master Circular DBR.Dir.BC.No 62/04.02.001/2015–16 datata l-4 ta' Diċembru 2015 dwar “Interest Equalisation Scheme on Pre- and Post-Shipment Rupee Export Credit”. |
|
(40) |
L-Iskema CIIS hija amministrata mill-Gvern ta' Gujarat u hija bbażata fuq il-politika industrijali ta' Gujarat. |
|
(41) |
L-EPP/GOH hija amministrata mill-Gvern ta' Haryana u stabbilita fil-Politika għall-Promozzjoni tal-Intrapriżi — 2015 notifikata mid-Dipartiment tal-Industrija & l-Kummerċ tal-Gvern ta' Haryana. |
|
(42) |
L-iskema GEDES hija bbażata fuq l-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat, 1958 (“l-Att dwar l-Elettriku”) taħt it-Taqsima 3(2) (vii) u (viii) kif emendati minn żmien għal żmien fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Gujarat. |
|
(43) |
L-iskema PSI/GOM hija bbażata fuq Riżoluzzjoni Nru PSI-2013/(CR-54)/IND-8 tal-Gvern ta' Maharashtra. |
|
(44) |
L-iskema WBIS hija amministrata mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent u stabbilita fin-notifika tad-Dipartiment tal-Kummerċ & Industriji Nru 309 — CI/O/ADN/GEN-INC/512 tat-12 ta' Settembru 2014. |
|
(45) |
L-investigazzjoni żvelat li l-iskemi li ġejjin jew ġew terminati jew iż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati ma kinux għamlu użu minnhom: DEPBS, DFIA, ECS, EOU/SEZ, FMS, FPS, ITIRAD, IEIS, IES, SHIS, CIIS, EPP/GOH, PSI/GOM u WBIS. |
3.3. Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (AAS)
|
(46) |
Il-Kummissjoni sabet li wieħed biss mill-produtturi esportaturi soġġetti għal rieżamijiet kurrenti inqeda b'din il-miżura matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami għal għadd żgħir ħafna ta' tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni. Fil-fatt, l-istess kumpanija kienet tuża l-“Iskema ta' Rifużjoni tad-Dazju” (DDS), koperta hawn taħt fit-taqsima 3.4, għall-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni tagħha. Peress li l-AAS u d-DDS ma jistgħux jintużaw fl-istess ħin għal l-istess tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-AAS bilkemm intuża matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u ddeċieda li ma tikkwantifika l-benefiċċju miksub taħt l-AAS matul ir-rieżamijiet inkwistjoni. |
3.4. “L-Iskema tar-Rifużjoni tad-Dazji” skont ir-Regola 3(2) (DDS)
|
(47) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produtturi esportaturi kkonċernati użaw id-DDS matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
3.4.1. Il-Bażi Ġuridika
|
(48) |
Il-bażi ġuridika applikabbli matul l-RIP kienet ir-Rifużjoni tad-Dwana u d-Dazji tas-Sisa Ċentrali tal-1995 (“ir-Regoli tad-DDS tal-1995”), kif emendata l-aħħar fl-2006 (15). Wara l-RIP din il-bażi legali nbidlet mir-Regoli tad-Dwana u ta' Rifużjoni tad-Dazji tas-Sisa, 2017 (16) (“ir-Regoli tal-2017”) li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2017. Ir-regola 3(2) tar-Regoli tad-DDS tal-1995 tirregola l-metodu ta' kalkolu ta' din l-iskema ta' rifużjoni tad-dazju. Ir-Regola 12(1)(a)(ii) tar-Regoli tad-DDS imsemmija tirregola d-Dikjarazzjoni li l-produtturi esportaturi jeħtieġ li jippreżentaw sabiex jibbenefikaw mill-iskema. Dawn ir-Regoli baqgħu identiċi fir-Regoli DDS 2017 u jikkorrispondu għar-Regola 3(2) u r-Regola 13(1)(a)(ii) rispettivament. |
|
(49) |
Barra minn hekk, iċ-Ċirkulari Nru 24/2001 (17) fiha struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandha tiġi implimentata r-Regola 3(2) u d-Dikjarazzjoni li l-esportaturi jridu jipproduċu skont ir-Regola 12(1)(a)(ii). |
|
(50) |
Ir-regola 4 tar-Regoli tad-DDS tal-1995 jistipula li l-Gvern Ċentrali jistgħu jirrevedu l-ammont jew ir-rati iddeterminati skont ir-regola 3. Il-Gvern għamel għadd ta' modifiki, l-aħħar dawk li rrevedew ir-rati huma n-Notifika Nru 110/2015 — CUSTOMS (N.T.) tas-16 ta' Novembru 2015 (18) u n-Notifiki Nru 131/2016 — CUSTOMS (N.T.) tal-31 ta' Ottubru 2016 (19). Bħala riżultat, għall-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, ir-rata kienet ta' 1,9 % tal-valur FOB sal-14 ta' Novembru 2016, u 1,5 % minn hemm' il quddiem. |
3.4.2. Eliġibbiltà
|
(51) |
Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
3.4.3. Implimentazzjoni prattika
|
(52) |
Skont din l-iskema, kwalunkwe kumpannija attiva fl-esportazzjoni ta' prodotti eliġibbli huwa intitolat li jirċievi ammont fi flus li tikkorrispondi għal perċentwal tal-valur FOB ddikjarat tal-materjali esportati. Ir-Regola 3(2) ta' Custom & Central Excise Duties Drawback Rules tispeċifika kif l-ammont tas-sussidju għandu jkun ikkalkulat:
|
|
(53) |
Fi kliem ieħor, il-GOI bbaża l-ammont rimborżabbli fuq il-valuri medji tal-industrija kollha ta' dazji doganali rilevanti mħallsa fuq materja prima importata u proporzjon ta' konsum medju tal-industrija miġbur minn dak li l-GOI iqis bħala manifatturi rappreżentattivi tal-prodotti eliġibbli għall-esportazzjoni. Il-GOI imbagħad jesprimi l-ammont li għandu jiġi rimborżat bħala perċentwali tal-valur medju ta' esportazzjoni ta' prodotti esportati eliġibbli. |
|
(54) |
Il-GOI juża dan il-persentaġġ biex jikkalkula l-ammont ta' flus li għalih huma intitolati l-esportaturi kollha eliġibbli. Ir-rata ta' rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GOI fuq bażi ta' prodott. Għall-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ir-rata kienet ta' 1,9 % tal-valur FOB sal-14 ta' Novembru 2016 u 1,5 % wara kif spjegat fil-premessa (50). |
|
(55) |
Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji b'din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-Server Doganali, huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tat-trasport marittimu kienet iffajljat Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni u l-uffiċċju doganali qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data tal-polza ta' esportazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha huma ssodisfati biex jawtorizzaw il-ħlas tal-ammont ta' rifużjoni jew b'pagament dirett fuq il-kont bankarju tal-esportatur jew bi draft. |
|
(56) |
L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' Ċertifikat ta' Realizzazzjoni Bankarja (BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' rifużjoni iżda l-GOI jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jippreżenta l-BRC fi żmien raġonevoli. |
|
(57) |
Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jista' jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni. |
|
(58) |
L-istruzzjonijiet leġiżlattivi u amministrattivi rilevanti jistipulaw li l-amministrazzjoni doganali Indjana ma għandha teħtieġ l-ebda evidenza li l-esportatur li jitlob ir-rifużjoni tad-dazju għandu jkollu jew ikollu jġarrab obbligazzjoni ta' dazju doganali għall-importazzjonijiet tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura tal-prodott esportat (20). Barra minn hekk, matul iż-żjara ta' verifika fil-GOI, il-GOI kkonferma li l-kumpaniji li jsibu l-materja prima kollha domestikament inkorporata fil-PET esportat xorta jibbenefikaw mir-rata sħiħa kkalkulata skont ir-Regola 3(2) imsemmi hawn fuq. Din l-investigazzjoni wriet ukoll li fil-prattika dan kien il-każ għal esportatur kooperatur, li bbenefika minn benefiċċji taħt id-DDS minkejja li ma importa lanqas unità waħda ta' materja prima ewlenija (PTA u MEG) użati għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. |
3.4.4. Konklużjoni dwar id-DDS
|
(59) |
Id-DDS tipprovdi sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta' rifużjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI minħabba li jieħu l-forma ta' dħul mitluf (jiġifieri d-dazji tal-importazzjoni allegati miġbura mill-GOI li jiġu rimborżati jew rimessi). Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta' dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu b'ammonti żejda ta' dazji fuq l-importazzjoni mħallsa lura jew jinħafer mill-GOI. |
|
(60) |
Ir-rata ta' rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GOI fuq bażi ta' prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ rifużjoni tad-dazju, l-iskema m'għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rifużjoni ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma hijiex konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, entrata (I), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex neċessarjament marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu ta' dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni u f'liema ammonti. |
|
(61) |
Il-pagament mill-GOI wara l-esportazzjonijiet li jkun sar minn esportaturi huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u jista' jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(62) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li d-DDS hija kumpensabbli. |
3.4.5. Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(63) |
Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta' sussidji kumpensatorji f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabilixxiet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GOI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' rifużjoni, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tat-tagħbija tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksub fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru b'din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
|
(64) |
Il-grupp Dhunseri nnota li l-benefiċċju taħt id-DDS tnaqqas minn 1,9 % għal 1,5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u argumenta li dan it-tnaqqis kien ta' natura dejjiema billi jirreferi għal xejra ta' tnaqqis fir-rata tad-DDS, li naqas minn 5,5 % fl-2011 għal 1,5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għal dik ir-raġuni, il-kumpanija sostniet li d-DDS, jekk ikun ikkumpensat, għandu jkun ikkumpensat biss abbażi tar-rata ta' 1,5 %. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni tinnota li skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, “l-ammont ta' sussidji ta' kumpens għandu jiġi kalkulat fit-termini tal-benefiċċji mogħtija lill-benefiċjarju, li jinstabu li jkunu jeżistu matul il-perjodu ta' investigazzjoni dwar is-sussidjar”. Kif imsemmi qabel, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, ir-rata kienet ta' 1,9 % tal-valur FOB sal-14 ta' Novembru 2016, u 1,5 % minn hemm' il quddiem. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li r-rati attwali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami għandhom jiġu użati. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rrifjutat. |
|
(66) |
Reliance targumenta wkoll li l-benefiċċju kkalkulat fuq il-bażi tad-DDS għandu jkun ristrett għall-benefiċċji żejda minħabba li d-DDS għandhom ikunu kkunsidrati bħala skema tar-rifużjoni tad-dazju permissibbli skont l-Artikolu 3(1)(a) (ii) tar-Regolament bażiku iżda ma pprovdiet l-ebda elementi ulterjuri li tissostanzja t-talba. Kif spjegat fil-premessa (60), il-Kummissjoni kkonkludiet li d-DDS ma jammontax għal rifużjoni tad-dazju permissibbli. Barra minn hekk, fir-rigward ta' Reliance, il-Kummissjoni kkonkludiet matul il-verifika fuq il-post li Reliance kienet ibbenefikat mid-DDS anki jekk ma kienetx importat ebda miż-żewġ materji primi (MEG u PTA) matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda peress li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-ammont totali mogħti lil Reliance jirrappreżenta l-eċċess. |
|
(67) |
L-MPPL spjegat li hija użat aċidu tereftaliku ppurifikat (PTA) u monoetilen glikol (MEG) biex jimmanitfattura l-PAT u li ż-żewġ materji primi ġew minn fornitur domestiku uniku li, skont il-kuntratt tax-xiri, kienet qed jiċċarġja l-MPPL hekk imsejjaħ “element ta' dazju doganali meqjus baħala kontenut”. Fuq dik il-bażi l-MPPL sostniet li hija kienet tħallas dazji tal-importazzjoni fuq materja prima inkorporata fil-prodott esportat u li l-kalkolu tad-DDS għandu għalhekk jiġi ristrett għall-benefiċċji żejda. Il-Kummissjoni nnutat li f'dan ir-rigward l-MPPL ma rnexxiliex tipprovdi xi evidenza li “meqjusa bħala kontenut ta' dazju doganali” kien jikkorrispondi għal kwalunkwe pagament attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni. Għaldaqstant, it-talba ġiet rifjutata. |
|
(68) |
L-IDIPL qal li dak l-MEG, wieħed miż-żewġ fatturi ewlenin ta' materja prima użata mill-kumpanija għall-manifattura tal-PET, kien kompletament importat u li kienu tħallsu d-dazji tal-importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet. Fuq il-bażi tal-ammont ta' dazji mħallsa fuq MEG inkorporati f'PET esportati matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, IDIPL aktar pprovdiet kalkolu ta' allegazzjoni ta' remissjoni żejda u sostnew li l-livell ta' sussidjar għandha tiġi stabbilita fuq din ir-remissjoni żejda biss. Minkejja n-nuqqas ta' sistema jew proċedura biex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni u f'liema ammonti, il-Kummissjoni wettqet verifika tat-talba skont l-Anness II(5) tar-Regolament bażiku. Il-verifika kkonfermat li l-MEG kollu kkonsmat fil-produzzjoni tal-PET kien impurtat u li l-ammont ta' dazji tal-importazzjoni rrappurtat fit-talba kien effettivament imħallas fuq il-MEG inkorporat fil-PET esportat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni aċċettat it-talba u kkalkulat il-livell ta' sussidju fuq remissjoni żejda biss. |
|
(69) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dawn l-ammonti ta' sussidju fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
|
(70) |
Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet li rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 0,38 % għall-grupp Dhunseri u 1,67 % for Reliance. |
3.4.6. Kummenti dwar l-iżvelar
|
(71) |
Reliance argumentat li l-Kummissjoni wettqet żball billi identifikat id-DDS bħala sussidju u bħala skema li taqa' taħt l-Artikoli 3(1)(a)(i) u sostniet li, barra minn hekk il-Kummissjoni aġixxiet b'kontradizzjoni għal din id-determinazzjoni billi vverifikat ir-remissjoni żejda ta' esportatur ieħor. Reliance ddikjarat li l-Kummissjoni ttrattat il-partijiet differenti b'mod differenti meta kkalkulat l-ammont ta' remissjoni żejda u, fil-każ partikolari ta' Reliance, ikkumpensat il-benfiċċju tad-DDS minflok ir-restrizzjoni kumpensatorji għal remissjoni żejda biss. |
|
(72) |
Din l-affermazzjoni hija bla bażi. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ rifużjoni tad-dazju, l-iskema m'għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rifużjoni ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. l-iskema lanqas ma tikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku minħabba li l-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu ta' dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni fil-passat jew fil-futur l-importazzjoni ta' materja prima. Barra minn hekk, l-istess approċċ u regoli ġew japplikati għall-kumpaniji kollha (Reliance u l-grupp Dhunseri) peress li l-Kummissjoni riedet tifhem jekk il-kumpaniji fil-fatt importawx jew le kwalunkwe mill-materja prima relevanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u ħallsux dazji tal-importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet. Imbagħad, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkalkulat ir-remissjoni żejda għaż-żewġ kumpaniji. Is-sitwazzjoni rispettiva taż-żewġ kumpaniji hija kif ġej. IDIPL (parti mill-grupp Dhunseri) qalu u pprovdew evidenza li wieħed miż-żewġ fatturi ewlenin ta' materja prima użata għall-produzzjoni ta' PET kien kompletament importat u d-dazji tal-importazzjoni tħallsu. Il-Kummissjoni wettqet verifika u dan wera l-korrettezza tat-talba. Fuq din il-bażi fattwali il-Kummissjoni kkalkulat il-livell ta' sussidjar fuq ir-remissjoni żejda. Reliance kienet mistiedna tressaq l-istess evidenza tal-IDIPL, iżda naqset milli tagħmel dan. Għal Reliance, l-eżenzjoni ta' eċċess kienet tikkonsisti għalhekk fl-ammont sħiħ riċevut mill-GOI. Għalhekk, peress li d-differenza bejn iż-żewġ produtturi esportaturi hija ġġustifikata fuq il-bażi tad-differenza tal-fatti disponibbli, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(73) |
Reliance sostniet ukoll li l-oneru tal-prova kien applikat b'mod inkorrett li allegatament timponi fuq il-produttur esportatur l-oneru li jistabbilixxi l-kwantità ta' remissjoni eċċessiva. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx. Huwa mfakkar li l-proċess ta' investigazzjoni hija bbażata fuq it-tweġibiet tal-kwestjonarji u żjarat ta' verifika. L-informazzjoni relatata mal-livell ta' dazji ta' importazzjoni attwalment imħallas (jew le) minn kumpanija partikolari huwa punt fattwali u għandu jiġi rrapportat mill-kumpanija. Reliance ma ssottomettiex din l-informazzjoni fit-tweġiba tagħha tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa (19) fejn il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha rigward il-kalkolu ta' rata ta' sussidjar. Iffaċċjata b'din l-assenza ta' informazzjoni, il-Kummissjoni b'mod proattiv ġabret informazzjoni li tiffaċilita li jiġi determinat il-potenzjal ta' remissjoni żejda waqt il-verifika fuq il-post ta' Reliance f'Diċembru 2017. L-ewwel ġie stabbilit li Reliance ma ħallsitx id-dazji tal-importazzjoni fuq żewġ materji primi inkorporati fil-PET esportat, jiġifieri l-PTA u l-MEG. Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk kienux tħallsu d-dazji ta' importazzjoni fuq il-materja prima użati fil-produzzjoni tal-PTA, il-MEG jew kwalunkwe materja prima upstream użati biex jipproduċu l-PTA jew il-MEG. Madankollu deher li Reliance, li hija kumpanija petrokimika integrata, kienet qed timporta żejt mhux raffinat u kienet manifatturata internament fil-prodotti intermedji kollha li wasslu għall-produzzjoni tal-PET. Il-Kummissjoni mbagħad kisbet ir-rata tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għaż-żejt mhux maħdum, li rriżulta li kien ta' 0 % kif intwera minn Reliance matul iż-żjara ta' verifika. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni jidher li l-ammont kollu tad-DDS kien remissjoni eċċessiva. Reliance ma pprovdiet l-ebda sottomissjoni kwantifikata verifikabbli mod ieħor li kieku kienet tindika matul il-bqija tal-investigazzjoni. Reliance ma pprovdiet l-ebda informazzjoni li tippermetti kalkolu ta' remissjoni żejda minkejja li kienet mistiedna tagħmel dan f'diversi okkażjonijiet. Fi ftit kliem il-Kummissjoni b'mod proattiv ġabret l-informazzjoni neċessarja biex jiġi kkalkolat il-livell ta' sussidju tad-DDS u minkejja bosta stediniet Reliance ma pprovdietx informazzjoni fattwali li l-kumpanija għandha fil-pussess tagħha u li kieku kienet tiġġustifika l-kalkolu ta' remissjoni żejda iktar baxx mill-ammont tad-DDS totali. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(75) |
Reliance sostniet li l-uniku stedina mill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni li tippermetti li jiġi ddeterminat il-livell ta' remissjoni żejda kienet magħmula fil-mument tad-divulgazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li Reliance kienet mistiedna twieġeb kwestjonarju u tipprovdi informazzjoni dwar remissjoni żejda matul iż-żjara ta' verifika, kif spjegat fil-premessa (74). Għaldaqstant, din it-talba wkoll ma ntlaqgħetx. |
|
(76) |
Reliance innotat li l-Kummissjoni ma għamletx disponibbli rapport ta' verifika u ddikjarat li n-nuqqas ta' dan ir-rapport ma ħallihiex tiddefendi l-interessi tagħha b'mod xieraq rigward id-DDS meta tqies li l-Kummissjoni invertiet l-oneru tal-prova fil-kwantifikazzjoni tal-benfiċċju tal-ammont DDS. |
|
(77) |
Kif spjegat qabel, il-Kummissjoni tqis li l-oneru tal-prova biex turi li kienu tħallsu d-dazji tal-importazzjoni fuq materja prima inkorporata fil-prodotti esportati li fuqhom il-GOI ta lura dawk id-dazji tal-importazzjoni allegatament imħallsa jaqa' fuq il-produttur esportatur. Il-Kummissjoni għandha l-oneru li tikkalkula l-ammont ta' sussidju fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-elementi rilevanti użati biex tiġi stabbilita r-rata ta' sussidjar tad-DDS skont il-metodu spjegat fil-premessa (69) ġew ivverifikati fuq il-bażi tat-tweġiba ta' Reliance għall-kwestjonarju. Il-verifika ta' DDS saret b'mod parallel għall-verifika ta' MEIS billi ż-żewġ skemi huma simili ħafna. Diversi fatturi tal-esportazzjoni u d-dokumenti relatati tagħhom kienu vverifikati. Din l-informazzjoni hija wkoll disponibbli għal Reliance fil-forma ta' wirja ta' missjoni. Matul iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni sabet li kien hemm diskrepanza bejn il-valur ta' oġġetti għall-esportazzjoni mressqa minn Reliance taħt id-DDS meta mqabbel mal-valur ta' prodotti għall-esportazzjoni taħt il-MEIS. Din id-diskrepanza kienet spjegat minn Reliance f'waħda mill-wirjiet ta' missjoni. Madankollu, din id-diskrepanza ma taffettwax il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju. L-ebda diskrepanza oħra ma qamet matul il-verifika relatata mad-dokumenti sottomessi minn Reliance f'relazzjoni mad-DDS. Għaldaqstant, l-informazzjoni kollha neċessarja biex teżerċita d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati ġiet ikkomunikata lill-partijiet interessati, inkluż lil Reliance, fi stadju bikri tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-drittijiet tad-difiża ta' Reliance ġew rispettati kif suppost matul l-investigazzjoni sottostanti. Il-premessa (74) turi wkoll li l-Kummissjoni ma laqatx l-oneru tal-prova u għall-kuntrarju ġabret b'mod proattiv l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkulat l-ammont ta' benefiċċju tad-DDS. Għaldaqstant, din il-pretensjoni hija rifjutata. |
|
(78) |
Kif spjegat hawn fuq, l-operaturi ekonomiċi kollha involuti ġew ttrattati f'konformità mal-istess regoli wara valutazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni fattwali konkreta tagħhom. L-IDIPL tenna t-talba li l-MPPL kien impost u mħallas, matul l-RIP, li huwa “meqjusa bħala dazju doganali” li l-fornitur domestiku tagħhom ta' PTA u MEG skont l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom. L-IDIPL stqarr li l-ammont “meqjusa bħala dazju doganali” għandu jitnaqqsu mill-ammont totali l-benfiċċju tad-DDS. L-IDIPL issottometta wkoll li “meqjusa bħala dazju doganali” huwa “mekkaniżmu għall-promulgazzjoni ta' deċiżjoni politika li jgħaddi downstream għal dazju ta' importazzjoni imposti fuq il-fornitur tal-materja prima”. |
|
(79) |
Rigward din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni tista' tikkonferma li l-kuntratt kummerċjali bejn l-MPPL u l-fornitur tagħha ssemmi komponent “meqjus bħala dazju doganali” fil-formula użata biex jiġi kkalkulat il-prezz tal-materja prima. Dan madankollu ma jikkostitwixxix fih innifsu prova li dazju doganali kien effettivament imħallas minn fornitur domestiku peress li din il-formula hija r-riżultat ta' negozjati kummerċjali li mhux neċessarjament iqisu jekk id-dazji doganali jkunu attwalment imħallas. F'dan ir-rigward l-IDIPL ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-materja prima li xtraw kienet importata mill-fornitur tagħhom u, f'każ li jkunu ġew importati, li tħallas id-dazju doganali. Għal din ir-raġuni, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(80) |
Il-GOI saħaq li d-DDS kif ikkontemplat fl-ASCM mhux neċessarjament jipprovdi r-remissjoni/eżenzjoni/differiment fuq l-importazzjoni imposti fuq l-importazzjoni mħallsa fuq l-inputs iżda jista' wkoll jipprovdi remissjoni fuq taxxa indiretta. Fuq dik il-bażi, il-GOI ddikjara li l-Kummissjoni kienet wettqet żball fundamentali billi tikkwalifika bħala mhux permissibbli r-rifużjoni ta' dazju tad-DDS bħala sistema bbażata fuq il-fatt li jistgħu jintużaw anki fin-nuqqas ta' ħlas ta' dazji ta' importazzjoni. |
|
(81) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li filwaqt li l-GOI jagħmel raġunament legali rigward ir-remissjoni ta' taxxi indiretti li ma tipprovdi l-ebda evidenza li dawn it-taxxi indiretti kienu effettivament imħallsa jew pagabbli fuq materja prima użata fil-produzzjoni tal-PET esportat minn kwalunkwe parti interessata u li, fil-każ li ġew imħallsa, dawn ma ġewx rimborżati permezz tal-mekkaniżmu tat-taxxa ieħor mhux relatati mad-DDS. Matul l-investigazzjoni, l-ebda parti interessata ma pprovdiet informazzjoni li tinvolvi taxxi indiretti b'rabta mad-DDS li jaffettwaw il-livell ta' remissjoni żejda għalkemm kienu mħeġġa li jipprovdu informazzjoni li tippermetti l-kalkolu remissjoni żejda tad-DDS f'diversi okkażjonijiet. Għaldaqstant it-talba ma ntlaqgħetx. |
|
(82) |
Il-GOI jiddikjara wkoll li d-DDS tipprovdi għal mekkaniżmu ta' verifika biex jimmonitorja l-konsum ta' inputs fil-produzzjoni tal-prodott esportat. |
|
(83) |
Bħala appoġġ għall-affermazzjoni tiegħu, il-GOI jirreferi għal xi dispożizzjonijiet tar-Regoli dwar ir-Rifużjoni u l-Manwal Doganali li skontu l-awditi u l-verifikazzjonijiet jitmexxew iżda din tonqos milli turi li l-iskema tad-DDS timponi sistema jew proċedura biex tikkonferma liema inputs huma konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti fis-sens tal-Anness II(4). Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(84) |
Huwa miżjud ukoll li n-nuqqas ta' sistema jew proċedura ta' verifika skont it-tifsira tal-Anness II (4) ma kellux effett fuq id-determinazzjoni tal-ammonti ta' sussidju stabbiliti fil-premessa (70) peress li l-Kummissjoni kkalkulat ir-remissjoni żejda abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kumpaniji investigati. Il-GOI qal li l-Kummissjoni kellha obbligu li tkun proattiva għall-kalkolu tar-remissjoni żejda. |
|
(85) |
Il-premessa (74) turi li l-Kummissjoni kienet proattiva fit-tfittxija ta' informazzjoni li tippermetti d-determinazzjoni ta' jekk parti mill-ammont DDS kinitx remissjoni żejda. Barra minn hekk, anki jekk jiġi mistieden jagħmel hekk, il-GOI naqas milli jwettaq eżami addizzjonali fuq il-bażi ta' tranżazzjonijiet attwali tal-produtturi esportaturi kkonċernati. Għalhekk, it-talba hija irrelevanti. |
3.5. L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS)
|
(86) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li Reliance rċeviet konċessjonijiet skont l-EPCGS li setgħu jiġu allokati lill-prodott ikkonċernat taħt rieżami fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
3.5.1. Il-bażi ġuridika
|
(87) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 2015-20 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 2015-20. |
3.5.2. Eliġibbiltà
|
(88) |
Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ u fornituri ta' servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema. |
3.5.3. Implimentazzjoni prattika
|
(89) |
Bil-kundizzjoni ta' obbligu tal-esportazzjoni, kumpanija hija permessa li timporta prodotti kapitali (prodotti kapitali ġodda jew użati li m'għandhomx aktar minn 10 snin) b'rata ta' dazju mnaqqsa. Gћal dan il-gћan il-GOI toћroġ liċenza EPCGS b'applikazzjoni u pagament ta' dritt. L-iskema tipprovdi għal rata ta' dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati b'din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, il-prodotti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta' prodotti għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. Skont l-FTP 2015-20 il-prodotti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata ta' dazju ta' 0 % taħt l-EPCGS. L-obbligu ta' esportazzjoni li jammonta għal sitt darbiet id-dazju ffrankat għandu jiġi ssodisfat fi żmien perjodu massimu ta' sitt snin. |
|
(90) |
Id-detentur ta' liċenzja EPCGS jista' jakkwista wkoll il-prodotti kapitali lokalment. F'dan il-każ, il-fabbrikant indiġenu ta' oġġetti kapitali jista' japprofitta huwa stess mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn l-oġġetti kapitali. Alternattivament, il-fabbrikant indiġenu jista' jiddikjara l-benefiċċju ta' esportazzjoni meqjusa rigward provvista ta' merkanzija kapitali għal possessur tal-liċenzja tal-EPCGS. |
3.5.4. Konklużjoni dwar l-EPCGS
|
(91) |
L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, jagħti benefiċċju fuq l-esportatur daqs l-ammont tat-tnaqqis ta' dazju. |
|
(92) |
Barra dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
|
(93) |
L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta' rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta' dawn is-sistemi permissibbli, kif stipulat fl-Anness I punt (i), tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. |
3.5.5. Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(94) |
Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta' sussidju skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta' deprezzament normali ta' dawn il-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ta' sussidju għall-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami mbagħad ġie kkalkulat billi nqasam l-ammont totali tad-dazju doganali mhux imħallas bil-perjodu ta' deprezzament. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li jista' jiġi attribwit għall-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta' mgħax matul dan il-perjodu biex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-imgħax matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet meqjusa xierqa għal dan il-għan. |
|
(95) |
L-ebda wieħed mill-produtturi Indjani li jesportaw ma talbu tnaqqis tal-miżati sabiex jinkiseb is-sussidju mit-total tas-sussidju bħala li huma intitolati għaliha skont l-Artikolu 7(1)(a). |
|
(96) |
Skont l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont ta' sussidju fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
|
(97) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 0,11 % għall-grupp Dhunseri u 0,45 % għal Reliance. |
3.5.6. Kummenti dwar l-iżvelar
|
(98) |
IDIPL argumentat li l-impjant u l-magni importati skont l-EPCGS intużaw għall-produzzjoni kemm ta' bejgħ domestiku kif ukoll ta' esportazzjoni tal-PET u għalhekk sostniet li d-denominatur fil-premessa (96) għandu jkun il-bejgħ totali tal-kumpanija minflok il-fatturat tal-esportazzjoni tal-PET. |
|
(99) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li, anke jekk din l-asserzjoni mhux appoġġata ma kinitx korretta, peress li l-EPCGS hija kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatatx b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati, jew trasportati, l-Artikolu 7(2) huwa applikabbli u d-denominatur magħżul fil-premessa (96) huwa ġġustifikat. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx. |
3.6. Skema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (MEIS)
|
(100) |
Instab li ż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati rċevew benefiċċji taħt l-MEIS matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
3.6.1. Il-bażi ġuridika
|
(101) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-MEIS tinsab fil-Kapitolu 3 tal-FTP 2015-20 u fil-Kapitolu 3 tal-HOP I 2015-20. |
|
(102) |
Il-MEIS daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2015. |
3.6.2. Eliġibbiltà
|
(103) |
Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
3.6.3. Implimentazzjoni prattika
|
(104) |
Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Fowkus”) u l-Grupp Ċ (“Swieq oħrajn”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta' prodotti b'rati ta' ppremjar korrispondenti huma speċifikati fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 rispettivament tal-Appendiċi 3B tal-FTP 2015-20. |
|
(105) |
Il-benefiċċju jieħu l-forma ta' kreditu ta' dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni. |
|
(106) |
Fiż-żmien l-MEIS daħlet fis-seħħ f'April 2015, il-prodott li qed jiġi rieżaminat ma ġiex inkluż fl-Appendiċi 3B u għaldaqstant ma kienx eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS. Madankollu fid-29 ta' Ottubru 2015 permezz tal-Avviż Pubbliku Nru 44/2015-2020, esportazzjonijiet PET lejn il-pajjiżi tal-Grupp A u B saru eliġibbli għal benefiċċju tal-MEIS li jammontaw għal 2 % tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet. Permezz tal-Avviż Pubbliku Nru 06/2015-2020, l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp C saru eliġibbli għall-istess benefiċċju ta' 2 % fl-4 ta' Mejju 2016. |
|
(107) |
Ċerti tipi ta' esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, pereżempju, l-esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. |
|
(108) |
Il-krediti tad-dazju taħt l-MEIS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta' 18-il xahar mid-data tal-ħruġ. Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta' dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali u ħlas, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta' servizzi. |
|
(109) |
Fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani trid timtela applikazzjoni onlajn għat-talba għall-benefiċċji taħt l-MEIS. Dokumentazzjoni rilevanti (poloz tat-tagħbija, dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni onlajn. L-Awtorità Reġjonali (“RA”) rilevanti tal-GOI toħroġ il-kreditu ta' dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Sakemm l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-RA ma għandha ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju. |
3.6.4. Konklużjoni dwar l-MEIS
|
(110) |
Il-MEIS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GOI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta' dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, li mhuwiex suġġett għal ħlas ta' dawk id-dazji fuq l-importazzjoni. |
|
(111) |
Barra dan, l-MEIS hija suġġetta skont il-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
3.6.5. Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(112) |
Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta' sussidji kumpensatorji f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabilixxiet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument, il-Gvern tal-Indja joħroġ kreditu ta' dazju li huwa mniżżel fil-kotba mill-produttur esportatur bħala kont riċevibbli li jista' jiġi kkumpensat mill-produttur esportatur fi kwalunkwe mument. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) (ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksub fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru b'din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
|
(113) |
Skont l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami bħala denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
|
(114) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 1,90 % għall-grupp Dhunseri u 1,93 % for Reliance. |
3.6.6. Kummenti dwar l-iżvelar
|
(115) |
Il-GOI ddikjara li l-MEIS mhuwiex kumpensabbli għaż-żewġ raġunijiet li ġejjin: (1) l-iskema hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (g) u (h) ta' Anness I jinqara mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-ASCM u (2) scrips tad-dazju huma “nota ta' kreditu” li jipprovdu benefiċċju għad-detentur biss fil-mument meta rata taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju huwa użat sabiex ipatti għad-dazji ta' importazzjoni. |
|
(116) |
Sa fejn hija kkonċernata l-ewwel raġuni, il-GOI ma ressaq l-ebda evidenza. Is-sempliċi allegazzjoni li l-għan bażiku tal-MEIS jipprovdi assistenza lill-esportaturi biex ipatti għal ineffiċjenzi infrastrutturali u spejjeż assoċjati/taxxi involuti u biex jipprovdi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni mhuwiex biżżejjed biex juru li l-MEIS hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (g) u (h) tal-Anness I jinqara mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-ASCM. Fir-rigward tat-tieni raġuni, ta' min ifakkar li, kif spjegat fil-premessa (108), mill-mument li l-GTI jasal f'pakkett ta' rati taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju lill-benefiċjarju tal-MEIS, dan iċ-ċertifikat ta' dazju jkun jista' jintuża fi kwalunkwe ħin biex ipatti għal ċerti dazji jew taxxi jew jerġa' jinbiegħ lil operatur ieħor peress li d-dazju jkun trasferibbli liberament. Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-GOI jipprovdi benefiċċju lill-MEIS mill-benefiċjarju fil-mument ta' rata taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju jitwassal. Dan jidher ukoll li huwa l-interpretazzjoni adottata mill-istandards tal-kontabilità Indjani peress li l-valur finanzjarju tal-scrips huwa rreġistrat bħala riċevibbli malli jiġu kkonsenjati rati taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju mill-GOI, kif spjegat fil-premessa (112), u mhux fil-ħin effettivament użat biex ipatti għal dazju jew taxxa. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx. |
3.7. Skema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat — Gujarat Electricity Duty Exemption Scheme (GEDES)
|
(117) |
Il-Kummissjoni sabet li kumpanija waħda rrikorriet għal din il-miżura matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li l-benefiċċju miksub kien negliġibbli, u din il-miżura għalhekk ma ġietx analizzata iktar. |
4. L-AMMONT TAS-SUSSIDJI KUMPENSABBLI
|
(118) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-ammont ta' sussidjar stabbilit għad-DPL u Reliance bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350 kien rispettivament 3,2 % u 6,2 %, li ssarraf f'dazji kumpensatorji ta' EUR 35,69/tunnellata u EUR 69,39/tunnellata, rispettivament. |
|
(119) |
Matul ir-rieżami interim parzjali preżenti l-Kummissjoni sabet li l-ammont ta' sussidji kumpensatorji, espress ad valorem, hu ta' 2,3 % għall-grupp Dhunseri u 4 % għal Reliance. Kif spjegat fil-premessi minn (27) sa (30), ir-rati ta' sussidju tal-grupp Dhunseri rrapportati fit-Tabella hawn taħt ġew stabbiliti permezz tal-aggregazzjoni tad-data tal-IIDL u tal-MPPL, iż-żewġ produtturi esportaturi tal-PET tal-grupp matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Tabella Rati ta' sussidji ta' kumpens individwali
|
|
(120) |
Il-miżuri kumpensatorji attwalment fis-seħħ jieħdu l-forma ta' dazju speċifiku. Konsegwentement, abbażi tar-rati ta' sussidju deskritti fit-Tabella ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet id-dazji kumpensatorji speċifiċi li ġejjin: EUR 18,73/tunnellata għall-grupp Dhunseri u EUR 29,21/tunnellata għal Reliance. |
|
(121) |
F'konformità mal-premessa (16) hawn fuq il-Kummissjoni vvalutat il-ħtieġa li tiġi emendata r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja li huwa EUR 69,40/tunnellata. F'dan ir-rigward huwa mfakkar li l-ogħla dazju fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi Indjani, li jammonta għal EUR 74,60/tunnellata, huwa impost kontra Pearl Engineering Polymers Ltd, produttur li ma kienx soġġett għar-rieżamijiet attwali. Billi l-ogħla dazju mhuwiex emendat fir-rieżamijiet preżenti, l-ebda emenda tar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja ma kienet iġġustifikata. |
5. IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA FIR-RIGWARD TAS-SUSSIDJU
|
(122) |
Skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-sussidju inbidlux b'mod sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u jekk iċ-ċirkostanzi li nbidlu kinux ta' natura dewwiema. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni stabbilxxiet li, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ir-rikorrenti komplew jibbenefikaw mill-għoti ta' sussidji kumpensatorji mill-GOI, għalkemm b'rati differenti. |
|
(124) |
Sa fejn hija kkonċernata Reliance, is-sussidji l-aktar importanti f'termini ta' rati ta' sussidjar matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu id-DDS u l-MEIS. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn is-sussidji mhux se jibqgħu jeżistu fil-futur prevedibbli. Iż-żewġ sussidji jipprovdu benefiċċju kkalkulat bħala perċentwal fiss tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet u lanqas m'hemm l-ebda indikazzjoni li r-rati ta' sussidju rispettivi se jiġu modifikati fil-futur qrib. |
|
(125) |
F'dak li jirrigwarda d-DDS ir-rata ta' sussidjar tnaqqset diversi drabi mill-GOI matul l-aħħar seba' snin: minn 5,5 % tal-valur FOB fl-2011 dan naqas għal 3,9 % fl-2012, 3,0 % fl-2013, 2,4 % fl-2014, 1,9 % fl-2015 u fl-aħħar nett 1,5 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Skont il-websajt tal-Bord Ċentrali tas-Sisa u d-Dwana (21) ir-rata ma kinitx emendata minn dak iż-żmien. |
|
(126) |
Sa fejn hija kkonċernata l-MEIS, ir-rata ta' 2 % tal-valur FOB li sar applikabbli għall-PET f'Ottubru 2015 kif spjegat fil-premessa (106) ma nbidlitx minn dak iż-żmien skont il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani (22). |
|
(127) |
L-EPCGS l-ebda bidla sinifikanti fir-rigward ta' rata ta' sussidju huwa mistenni wara l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jew minħabba li (a) ma hemm l-ebda indikazzjonijiet importanti ppjanati l-importazzjonijiet ta' oġġetti kapitali u (b) kwalunkwe benefiċċju mogħti taħt dan is-sussidju huwa mifrux fuq numru kbir ta' snin li jikkorrispondi għall-perjodu ta' deprezzament ta' oġġetti kapitali (bejn 18 u 25 snin fl-Indja). |
|
(128) |
L-AAS kienet l-akbar kontributur ta' sussidju matul l-aħħar rieżami interim imsemmi fil-premessa (7), kif ġie konkluż mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350. Kif deskritt fil-premessa (46) hawn fuq, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-AAS bilkemm użata peress li l-maġġoranza tal-esportazzjonijiet ibbenefikaw mid-DDS, li hija reċiprokament esklussiva mal-AAS. L-iskema AAS tibqa' disponibbli u ma jistax jiġi eskluż li Reliance tibda tuża l-AAS mill-ġdid fil-futur iżda dan inaqqas awtomatikament il-benefiċċji miksuba permezz tad-DDS peress li kwalunkwe transazzjoni tal-esportazzjoni tista' tibbenefika minn waħda biss miż-żewġ sussidji. |
|
(129) |
Kif stabbilit fil-premessi (125) sa (128) ma nstabet l-ebda evidenza li l-iskemi kumpensatorji se jitwaqqfu jew li l-livelli ta' sussidjar tagħhom se jiżdiedu jew jonqsu fil-futur. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċirkostanzi li wasslu għar-rata l-ġdida ta' sussidjar għal Reliance huma ta' natura dejjiema. |
|
(130) |
Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami tar-rieżami interim attwali Reliance ibbenefikat minn inqas sussidju minn matul l-aħħar rieżami interim imsemmi fil-premessa (7), kif kien konkluż mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350, peress li r-rati ta' sussidju misjuba naqsu minn 6,2 % għal 4 %. Fuq il-bażi tal-premessa (129), huwa wkoll probabbli li Reliance se tkompli tirċievi sussidji ta' ammont inqas minn dak determinat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti tkun tirriżulta f'livell ta' dazju ogħla minn sussidju kumpensabbli li jikkaġuna l-ħsara. Konsegwentement, il-livell tal-miżuri fis-seħħ għandhom jiġu emendati biex jirriflettu s-sitwazzjoni l-ġdida. |
|
(131) |
Fir-rigward tal-grupp Dhunseri, l-investigazzjoni stabbilixxiet fil-premessi (27) sa (30) li l-istruttura tal-grupp inbidlet b'mod sinifikanti. Fuq kollox il-grupp proprjetà ta' żewġ impjanti tal-PET matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel ma' att wieħed matul ir-rieżami interim preċedenti. L-organizzazzjoni mill-ġdid li twettqet fil-kuntest ta' alleanza ma' sieħeb IVL involviet diversi stadji matul perjodu ta' kważi sentejn u, f'kull probabbiltà, tlestiet meta ġiet sanzjonata mill-Qorti Għolja ta' Kolkata f'Diċembru 2017. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-bidla tal-istruttura kienet ta' natura dejjiema. Għalhekk ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ għandhom jiġu emendati biex jirriflettu s-sitwazzjoni ġdida fid-dawl ukoll tal-konklużjonijiet preċedenti dwar il-livell attwali (u aktar baxx) ta' sussidjar misjub f'dawn ir-rieżamijiet. |
6. FORMA TAL-MIŻURI
|
(132) |
Kif spjegat fil-premessa (120) il-miżuri emendati jieħdu l-forma ta' dazji speċifiċi. Ir-rati tad-dazju speċifiku huma kkalkulati fuq il-bażi ta' data dwar il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u għalhekk jibqgħu fuq l-istess livell irrispettivament l-iżvilupp tal-prezz ta' esportazzjoni. |
|
(133) |
Madankollu, b'kuntrast għas-sussidji li jagħtu l-akbar ammonti ta' sussidjar matul l-investigazzjoni oriġinali, żewġ skemi ta' sussidju (id-DDS u l-MEIS) matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami jagħtu benefiċċji finanzjarji li huma direttament proporzjonali għall-prezz ta' esportazzjoni. Dawn iż-żewġ sussidji rrappreżentaw rispettivament 97 % u 89 % tat-total tas-sussidju tal-grupp Dhunseri u Reliance matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan jimplika li l-ammont ta' sussidji kumpensabbli jiżdied awtomatikament b'konformità ma' żieda fil-prezz tal-esportazzjoni. Għalhekk, dazji speċifiċi ma jidhrux li jikkumpensaw b'mod adegwat il-livell attwali ta' sussidjar li żewġ produtturi esportaturi bbenefikaw minnu. |
|
(134) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkunsidrat li, b'kuntrast mal-investigazzjoni oriġinali, dazji speċifiċi ma jistgħux jibqgħu l-aktar forma ta' miżura adatta fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi. Bidla fil-forma tal-miżuri ma jistax madankollu jiġi previst fil-kuntest tar-rieżamijiet interim kurrenti minħabba li tali bidla jkollha tapplika għal produtturi esportaturi Indjani kollha filwaqt li attwali interim huma limitata fl-ambitu għad-determinazzjoni tal-livell ta' sussidju ta' żewġ produtturi esportaturi biss. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-forma attwali tal-miżuri. |
7. OFFERTI GĦAL IMPENN FUQ IL-PREZZ
|
(135) |
Wara l-iżvelar IDIPL ippreżentat offerta ta' impenn fuq il-prezz. L-offerta ġiet irrifjutata minħabba li n-natura ta' sussidjar toħloq sitwazzjoni fejn l-impenn fuq il-prezz tal-importazzjoni minimu kien iwassal għal żieda fis-sussidjar. Dan huwa minħabba li l-livell ta' sussidjar skont id-DDS u l-MEIS, li flimkien jirrappreżentaw 95 % tas-sussidjar, jiddependi fuq il-valur FOB tal-prodotti esportati taħt dawn l-iskemi. Barra minn hekk l-istruttura tal-grupp li IDIPL hija parti minnhom kienet tagħmel il-monitoraġġ effettiv tal-impenn imprattikabbli. |
|
(136) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-ringiela relevanti fit-tabella li tikkonċerna lil Dhunseri Petrochem Limited fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 461/2013 tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju (EUR/tunnellata) |
Il-kodiċi TARIC addizzjonali |
|
“India |
Dhunseri Petrochem Limited |
18,73 |
A585 |
|
India |
IVL Dhunseri Petrochem Industries Private Limited |
18,73 |
C380 |
|
L-INDJA |
Micro Polypet Pvt. Ltd |
18,73 |
C381 ” |
Artikolu 2
Ir-ringiela relevanti fit-tabella li tikkonċerna lil Relaince Industries Limited fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 461/2013 tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju (EUR/tunnellata) |
Il-kodiċi TARIC addizzjonali |
|
“India |
Reliance Industries Limited |
29,21 |
A181 ” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, il-Malasja u t-Tajlandja u jtemm il-proċediment anti-sussidju dwar importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2005 tas-6 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/2000 li jimponi taxxa kumpensatorja definittiva fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 266, 11.10.2005, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 tat-22 ta' Frar 2007 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta' film tal-polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta' għeluq iż-żmien skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat, li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat, li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 906/2011 tat-2 ta' Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polietilentereftalat, li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat, li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 232, 9.9.2011, p. 19).
(8) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012 tas-26 ta' Ġunju 2012 li ttemmet ir-rieżami interim parzjali li tikkonċerna l-miżuri kumpensatorji dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 6).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 tal-21 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 137, 23.5.2013, p. 1).
(10) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1350 tat-3 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 10).
(11) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/745/KE tad-29 ta' Novembru 2000 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċedimenti tal-antidumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja u r-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja (ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88).
(12) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/109/UE tal-4 ta' Frar 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2000/745/KE li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċedimenti tal-antidumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 35).
(13) Avviż ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja (2017/C 216/05) (ĠU C 216, 6.7.2017, p. 30).
(14) Avviż ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja (2017/C 216/04) (ĠU C 216, 6.7.2017, p. 26).
(15) http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-act/formatted-htmls/cs-rulee (aċċessata fit-13 ta' Lulju 2018).
(16) Għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Indja, straordinarja, parti ii, taqsima 3, subsezzjoni (i)] Notifika tal-Ministeru tal-Finanzi (Dipartiment tad-Dħul tal-Gvern tal-Indja) Nru 88/2017-CUSTOMS (N.T.) New Delhi, il-21 ta' Settembru, 2017. Ara http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2017/cs-nt2017/csnt88-2017.pdf (aċċessata fit-13 ta' Lulju 2018).
(17) Ċirkolari Nru 24/2001-Cus. L-20 ta' April, 2001 F.NO.605/47/2001-DBK, il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipartiment tad-Dħul, id-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji. Ara b'mod partikolari it-Taqsimiet 2 u 3 tad-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji; disponibbli fuq: http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-circulars/cs-circulars-2001/24-2001-cus, aċċessat fis-7 ta' Ġunju 2018.
(18) In-Notifika Nru 110/2015 tal-GOI DOGANALI (N.T.) tas-16 ta' Novembru 2015 tistabbilixxi li rata applikabbli tad-DDS fuq il-valur FOB tal-esportazzjonijiet ta' PET (ikklassifikati taħt l-entrata tat-tariffa 390701) hija ta' 1,9 %, b'effett mit-23 ta' Novembru 2015. Ara http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2015/cs-nt2015/csnt110-2015 u l-Anness bl-iskeda http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-sch2015.pdf (aċċessat fit-13 ta' Lulju 2018).
(19) In-Notifika Nru 131/2016 tal-GOI DOGANALI (N.T.) tal-31 ta' Ottubru 2016 tistabbilixxi li rata applikabbli tad-DDS fuq il-valur FOB tal-esportazzjonijiet ta' PET (ikklassifikati taħt l-entrata tat-tariffa 3907) hija ta' 1,5 %, b'effett mill-15 ta' Novembru 2016. Ara http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2016/cs-nt2016/csnt131-u-2016.pdf and Annex with schedule http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-sch2016.pdf (aċċessat fis-13 ta' Lulju 2018).
(20) Din il-karatteristika hija enfasizzata mill-korp rilevanti tal-leġiżlazzjoni u r-regoli applikabbli għall-iskema, bħal fiċ-Ċirkolari Nru. 24/2001 Cus. L-20 ta' April, 2001 F.NO.605/47/2001-DBK, il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipartiment tad-Dħul, id-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji. C; disponibbli fuq: http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-circulars/cs-circulars-2001/24-2001-cus, accessed on 7 June 2018; b'mod partikolari t-Taqsimiet 2 u 3 tad-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji.
(21) Ir-rati tad-DDS huma disponibbli fuq http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-idx (ikkonsultat fl-4 ta' Ġunju 2018).
(22) Ir-rati tal-MEIS huma disponibbli fuq http://dgftcom.nic.in/licasp/MEIS/meisitemdetail2016.asp taħt il-kodiċi ITC 3907 (ikkonsultat fl-4 ta' Ġunju 2018).