12.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1225

tas-6 ta' Settembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonna fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat lejn pajjiż ieħor jew jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Nru

16/TQ120

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BFT/AE45WM

Speċi

Tonna (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran

Data tal-għeluq

1.8.2018