30.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1209
tas-27 ta' Awwissu 2018
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Xedd is-saqajn (l-hekk imsejjaħ “żarbun taż-żfin”) li jgħatti s-sieq iżda mhux il-pexxun, u miftuħ fil-maskaretta. Ix-xedd is-saqajn huwa magħmul minn biċċa materjal tessili waħda meħjuta flimkien fil-pett u fl-għarqub u li għandha inforra tessili. Il-pett għandu żewġ biċċiet tal-ġilda meħjutin, waħda fil-parti ta' quddiem tas-sieq u l-oħra fil-parti tal-għarqub. Il-parti tessili ta' quddiem tal-pett tinġemgħa flimkien biex toħloq il-forma tonda għas-swaba' tas-saqajn. Il-parti tessili tal-pett bejn iż-żewġ biċċiet tal-ġilda tinġemgħa flimkien u hija elastiċizzata b'lastiku li jinħiet fuq ġewwa tax-xedd is-saqajn. Dan jintuża biex waqt iż-żfin jissikka l-pett mis-swaba' tas-saqajn sal-għarqub. Ix-xedd is-saqajn għandu żewġ biċċiet ta' fowm ċellulari mgħottija b'materjal tessili li jinħiet minn ġewwa, fuq il-biċċiet tal-ġilda, li jkunu kemxejn akbar mill-ġilda iżda iżgħar mill-pett li jmiss mal-art meta jintuża ż-żarbun. Il-ftuħ tax-xedd is-saqajn jista' jiġi ssikkat b'qafla elastiċizzata. Biex ix-xedd is-saqajn jissikka sew mas-sieq, jitwaħħlu żewġ biċċiet elastiċi mal-parti ta' wara tax-xedd is-saqajn. Meta jintuża x-xedd is-saqajn (milbus waqt li persuna tkun bilwiefqa mal-art), il-parti tax-xedd is-saqajn li ma tgħattix il-ġnub u l-parti ta' fuq tas-sieq u li tmiss mal-art tikkonsisti f'bejn wieħed u ieħor 33 % ġilda u madwar 67 % materjali tessili. Ara l-istampi (*1) |
6405 20 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4 tal-Kapitolu 64, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6405 , 6405 20 u 6405 20 99 . L-oġġett mhuwiex eskluż mill-Kapitolu 64 permezz tan-Nota 1(b) tal-Kapitolu 64 għax l-oġġett għandu partijiet tal-pett meħjutin fuqu. Barra minn hekk, il-parti ta' quddiem miġmugħa flimkien toħloq pett pjuttost iebes ta' forma tonda għas-swaba' tas-saqajn. Peress li l-materjal tal-wiċċ jifforma wkoll parti mill-pett, biex tiġi identifikata d-demarkazzjoni bejn il-wiċċ u l-pett, dan tal-aħħar jitqies li huwa l-biċċa tax-xedd is-saqajn li ma tgħattix il-ġnub u l-parti ta' fuq tas-sieq (ara wkoll l-identifikazzjoni tal-wiċċ fin-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-Kapitolu 64, Kunsiderazzjonijiet ġenerali, (D)). Il-materjal li minnu hu magħmul il-pett huwa l-materjal tessili, għax għandu l-akbar erja tas-superfiċje li tmiss mal-art meta jintuża ż-żarbun (milbus waqt li persuna tkun bilwiefqa mal-art) skont it-tifsira tan-Nota 4 tal-Kapitolu 64 (ara wkoll l-NSSA tal-Kapitolu 64, Kunsiderazzjonijiet ġenerali, (C)). Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 6405 20 99 bħala xedd is-saqajn ieħor b'uċuħ u qigħan ta' barra ta' materjali ta' tessuti. |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.