31.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1073

tat-30 ta' Lulju 2018

li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 21(6) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li persuna minnhom ma għandhiex tibqa' tinżamm fuq il-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 għandu jiġi emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p.1.


ANNESS

Fir-Regolament (UE) 2016/44, l-Anness III (“Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)”), Parti A (Persuni) l-entrata Nru 3 (li tikkonċerna lil ASHKAL, Omar) titħassar u l-entrati li jkun fadal jieħdu numru ġdid, kif adatt.