|
24.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1039
tat-23 ta' Lulju 2018
dwar l-awtorizzazzjoni tad-diaċetat tar-ram(II) monoidratat, tad-diidrossikarbonat tar-ram(II) monoidratat, tal-klorur tar-ram(II) diidratat, tal-ossidu tar-ram(II), tas-sulfat tar-ram(II) pentaidratat, tal-kelat tar-ram(II) tal-amminoaċidi idratati, tal-kelat tar-ram(II) tal-idroliżati tal-proteini, tal-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma solida) u tal-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma likwida) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006 u (UE) Nru 349/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012, (UE) Nru 1230/2014 u (UE) 2016/2261
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-komposti tar-ram aċetat kupriku, monoidrat, karbonat kupriku bażiku, monoidrat, klorur kupriku, diidrat, ossidu kupriku, sulfat kupriku, pentaidrat, kelat kupriku tal-amminoaċidi, idrat u kelat kupriku tal-gliċina, idrat kienu ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (3) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 (4) skont id-Direttiva 70/524/KEE. Sussegwentement, dawk is-sustanzi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-aċetat kupriku, tal-monoidrat, tal-karbonat kupriku bażiku, tal-monoidrat, tal-kloridu kupriku, tad-diidrat, tal-ossidu kupriku, tas-sulfat kupriku, tal-pentaidrat, tal-kelat kupriku tal-amminoaċidi, tal-idrat u l-kelat kupriku tal-gliċina, idrat, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Għal raġunijiet xjentifiċi, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjonijiet tagħha tal-14 ta' Novembru 2012 (5), tal-31 ta' Jannar 2013 (6), u tal-11 ta' Marzu 2015 (7), irrakkomandat li l-isem “Kupriku” jinbidel f'“ram(II)”, sabiex jiġu evitati ambigwitajiet potenzjali. L-Awtorità tirrakkomanda wkoll li jinqasam il-kelat tal-amminoaċidi tar-ram(II) fiż-żewġ gruppi li ġejjin, minħabba l-karatteristiċi kimiċi tiegħu; Il-kelat tar-ram(II) tal-amminoaċidi idratati u l-kelat tar-ram(II) tal-idroliżati tal-proteini. |
|
(5) |
L-awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, id-diaċetat tar-ram(II) monoidratat, id-diidrossikarbonat tar-ram(II) monoidratat, il-klorur tar-ram(II) diidratat, l-ossidu tar-ram(II), is-sulfat tar-ram(II) pentaidratat, il-kelat tar-ram(II) tal-amminoaċidi idratati, tal-kelat tar-ram(II) l-idroliżati tal-proteini, il-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma solida) u l-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma likwida) (“is-sustanzi kkonċernati”) ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur u l-ambjent. Meta wieħed iqis li jista' jkun hemm irritazzjoni tal-ġilda, irritazzjoni respiratorja u irritazzjoni tal-għajnejn, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa fir-rigward tat-trattament tal-addittivi kkonċernati u tat-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, sabiex jiġi evitat li jinqala' xi tħassib mill-utenti dwar is-sikurezza. |
|
(6) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tan-nikil fl-addittivi, b'mod partikolari s-sulfat tar-ram(II) pentaidratat, ċerti lottijiet tal-addittiv jistgħu jikkwalifikaw għal rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). L-operatur ta' negozju tal-għalf li jqiegħed dawn l-addittivi fis-suq jenħtieġ li jikkonforma mar-rekwiżiti relevanti. L-Awtorità kompliet tikkonkludi li “s-sustanzi kkonċernati” huma effikaċi biex jilħqu r-rekwiżiti tar-ram għall-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf imressqa mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tas-“sustanzi kkonċernati” turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Madankollu, l-awtorità tinsab imħassba fir-rigward tal-aderenza stretta għall-kwantità massima ta' ram mogħtija lill-annimal jekk jiżdied ir-ram mal-ilma għax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta' dawn is-sustanzi kkonċernati jkun awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu tagħhom mill-ilma tax-xorb. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-impatti potenzjali fuq l-ambjent, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni xjentifika għal reviżjoni tal-kontenut tar-ram massimu attwalment awtorizzat fl-għalf komplut. Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Lulju 2016 (9) l-Awtorità rrakkomandat li temenda l-kontenut tar-ram massimu awtorizzat fl-għalf komplut għal diversi speċijiet fil-mira. Dawn il-livelli jenħtieġ li jiġu adottati. Madankollu, għall-ħnienes, it-tnaqqis drastiku rakkomandat għal 25 mg/kg direttament wara l-ftim m'għandux isir fi stadju wieħed, sabiex l-issodisfar tal-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-annimali ma jitpoġġiex f'riskju, partikolarment f'dak il-perjodu sensittiv, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv ieħor fuq is-saħħa tal-ħnienes. Bil-għan ta' tnaqqis ulterjuri meta l-kontenuti massimi jkunu se jiġu jerġgħu jiġu riveduti biex jilħqu l-massimu ta' 25 mg/kg għall-ħnienes direttament wara l-ftim, l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-istituti tar-riċerka jenħtieġ li jitħeġġu biex jiġbru data xjentifika ġdida dwar l-impatti fil-livelli rakkomandati mill-Awtorità dwar l-istatus tas-saħħa u l-benesseri tal-ħnienes u biex minnufih jesploraw l-użu u l-effikaċja ta' alternattivi għas-supplimentazzjoni bir-ram kif imsemmija mill-Awtorità. |
|
(9) |
B'konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet ġodda għall-aċetat kupriku, għall-monoidrat, għall-karbonat kupriku bażiku, għall-monoidrat, għad-diidrat tal-klorur kupriku, għas-sulfat kupriku, għall-pentaidrat, għall-kelat kupriku tal-amminoaċidi, għall-idrat u l-kelat kupriku tal-gliċina, jenħtieġ li l-entrati dwar dawn is-sustanzi fir-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006 jitħassru. L-awtorizzazzjoni għas-sulfat tal-liżin tar-ram skadiet fil-31 ta' Marzu 2004. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa xieraq li titħassar l-entrata dwar dik is-sustanza mir-Regolament (KE) Nru 1334/2003. |
|
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 (10), ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 269/2012 (11), (UE) Nru 1230/2014 (12) u (UE) 2016/2261 (13) awtorizzaw għadd ta' komposti tar-ram bħala addittivi nutrittivi tal-għalf. Sabiex jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Lulju 2016, li kienu wkoll il-bażi xjentifika għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-total tal-kontenut tar-ram fl-għalf kompost għall-addittivi awtorizzati minn dan ir-Regolament u li jirreferu primarjament għall-impatt ambjentali tas-supplimentazzjoni tal-għalf bir-ram, huwa xieraq li jiġu allinjati l-kontenuti massimi tar-ram fir-Regolament (UE) Nru 349/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni t (UE) Nru 269/2012, (UE) Nru 1230/2014 u (UE) 2016/2261 mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontenut tar-ram fl-għalf kompost. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 349/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012, (UE) Nru 1230/2014 u (UE) 2016/2261 jiġu emendati skont dan. |
|
(11) |
Billi r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-aċetat kupriku, għall-monoidrat, għall-karbonat kupriku bażiku, għall-monoidrat, għall-klorir kupriku, għad-diidrat, għall-ossidu kupriku, għas-sulfat kupriku, għall-pentaidrat, għall-kelat kupriku tal-amminoaċidi, għall-idrat u l-kelat kupriku tal-gliċina u l-komposti tar-ram awtorizzati bir-Regolament (UE) Nru 349/2010 u bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012, (UE) Nru 1230/2014 u (UE) 2016/2261, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Kundizzjonijiet speċjali tal-użu
Is-sustanzi awtorizzati speċifikati fl-Anness bħala addittivi fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi” ma għandhomx jintużaw fl-ilma tax-xorb.
Artikolu 3
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, l-addittivi li ġejjin jitħassru mill-entrata E4 għall-element Ram-Cu: “aċetat kupriku, monoidrat, karbonat kupriku bażiku, monoidrat, klorur kupriku, diidrat, ossidu kupriku, sulfat kupriku, pentaidrat, sulfat tal-liżin tar-ram u kelat kupriku tal-amminoaċidi, idrat.”
Artikolu 4
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 479/2006
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E4 dwar l-addittiv “Cupric chelate of glycine hydrate” hija mħassra.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 349/2010
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 349/2010, fil-linja 3b4.10 it-test tat-tmien kolonna jinbidel b'dan li ġej:
“Bovini:
|
— |
Bovini qabel il-bidu tar-ruminazzjoni: 15 (totali) |
|
— |
Bovini oħra: 30 (totali) |
Ovini: 15 (totali)
Kaprini: 35 (totali)
Ħnienes:
|
— |
miftuma u mhux miftuma sa erba' ġimgħat wara l-ftim: 150 (totali) |
|
— |
mill-ħames ġimgħa wara l-ftim sa tmien ġimgħat wara l-ftim: 100 (totali) |
Krustaċji: 50 (totali)
Annimali oħra: 25 (totali)”.
Artikolu 6
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012, fil-linja 3b409 it-test tat-tmien kolonna jinbidel b'dan li ġej:
“Bovini:
|
— |
Bovini qabel il-bidu tar-ruminazzjoni: 15 (totali) |
|
— |
Bovini oħra: 30 (totali) |
Ovini: 15 (totali)
Kaprini: 35 (totali)
Ħnienes:
|
— |
miftuma u mhux miftuma sa erba' ġimgħat wara l-ftim: 150 (totali) |
|
— |
mill-ħames ġimgħa wara l-ftim sa tmien ġimgħat wara l-ftim: 100 (totali) |
Krustaċji: 50 (totali)
Annimali oħra: 25 (totali)”.
Artikolu 7
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1230/2014
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1230/2014, fil-linja 3b411 it-test tat-tmien kolonna jinbidel b'dan li ġej:
“Bovini:
|
— |
Bovini qabel il-bidu tar-ruminazzjoni: 15 (totali) |
|
— |
Bovini oħra: 30 (totali) |
Ovini: 15 (totali)
Kaprini: 35 (totali)
Ħnienes:
|
— |
miftuma u mhux miftuma sa erba' ġimgħat wara l-ftim: 150 (totali) |
|
— |
mill-ħames ġimgħa wara l-ftim sa tmien ġimgħat wara l-ftim: 100 (totali) |
Krustaċji: 50 (totali)
Annimali oħra: 25 (totali)”.
Artikolu 8
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2261
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2261, fil-linja 3b412 it-test tat-tmien kolonna jinbidel b'dan li ġej:
“Bovini:
|
— |
Bovini qabel il-bidu tar-ruminazzjoni: 15 (totali) |
|
— |
Bovini oħra: 30 (totali) |
Ovini: 15 (totali)
Kaprini: 35 (totali)
Ħnienes:
|
— |
miftuma u mhux miftuma sa erba' ġimgħat wara l-ftim: 150 (totali) |
|
— |
mill-ħames ġimgħa wara l-ftim sa tmien ġimgħat wara l-ftim: 100 (totali) |
Krustaċji: 50 (totali)
Annimali oħra: 25 (totali)”.
Artikolu 9
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi “aċetat kupriku, monoidrat”, “karbonat kupriku bażiku, monoidrat”, “klorur kupriku, diidrat”, “ossidu kupriku”, “sulfat kupriku, pentaidrat”, “kelat kupriku tal-amminoaċidi, idrat” u “kelat kupriku tal-gliċina” awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1334/2003 u r-Regolament (KE) Nru 479/2006 u l-komposti tar-ram awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 349/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012, (UE) Nru 1230/2014 u (UE) 2016/2261, u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-13 ta' Frar 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-13 ta' Awwissu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u tikkettati qabel it-13 ta' Awwissu 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-13 ta' Awwissu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u tikkettati qabel it-13 ta' Awwissu 2020 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-13 ta' Awwissu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' ċerti addittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti tal-oligoelementi (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 4).
(5) EFSA Journal 2012;10(12):2969.
(6) EFSA Journal 2013;11(2):3107.
(7) EFSA Journal 2015;13(4):4057.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(9) EFSA Journal 2016;14(8):4563.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 tat-23 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrożilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 31).
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 269/2012 tas-26 ta' Marzu 2012 dwar l-awtorizzazzjoni diklorur tar-ram triidrossidu bħala addittiv għall-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 89, 27.3.2012, p. 3).
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bilisinat tar-ram bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 331, 18.11.2014, p. 18).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2261 tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 18).
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tal-element (Cu) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' oligoelementi |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b401 |
— |
diaċetat monoidrat tar-ram(II) |
Kompożizzjoni tal-addittiv diaċetat monoidrat tar-ram(II) fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ram ta' 31 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Cu(CH3COO)2 · H2O In-numru CAS: 6046-93-1 Metodi analitiċi (1) Għall-identifikazzjoni tad-diaċetat monoidrat tar-ram(II) fl-addittiv tal-għalf:
Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat il-kontenut totali ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat il-kontenut totali ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fil-komposti tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali); Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b402 |
— |
diidrossikarbonat tar-ram(II) monoidratat |
Kompożizzjoni tal-addittiv diidrossikarbonat tar-ram(II) monoidratat fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ram ta' 52 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: CuCO3 · Cu(OH)2 · H2O In-numru CAS: 100742-53-8 Metodi analitiċi (1) Għall-identifikazzjoni tal-karbonat fl-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b403 |
— |
klorur tar-ram(II) diidratat |
Kompożizzjoni tal-addittiv klorur tar-ram(II) diidratat fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ram ta' 36 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: CuCl2 · 2H2O In-numru CAS: 10125-13-0 Metodi analitiċi (1) Għall-identifikazzjoni tal-klorur fl-addittiv tal-għalf:
Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b404 |
— |
Ossidu tar-Ram(II) |
Kompożizzjoni tal-addittiv L-ossidu tar-Ram(II) fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ram ta' 77 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: CuO In-numru CAS: 1317-38-0 Metodi analitiċi (1) Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b405 |
— |
sulfat tar-ram(II) pentaidratat |
Kompożizzjoni tal-addittiv sulfat tar-ram(II) pentaidratat fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ram ta' 24 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: CuSO4 · 5H2O In-numru CAS: 7758-99-8 Metodi analitiċi (1) Biex jiġi identifikat is-sulfat tar-ram(II) pentaidratat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b406 |
— |
kelat tar-ram(II) tal-amminoaċidi idratati |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kumpless tal-amminoaċidu tar-ram(II) li fih ir-ram u l-amminoaċidi li huma dderivati mill-proteina tas-sojja jiġu kelati permezz ta' legaturi kovalenti koordinati, bħala trab b'kontenut minimu ta' ram ta' 10 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Cu(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe amminoaċidu minn idroliżat tal-proteina tas-sojja. Mhux aktar minn 10 % tal-molekuli li jaqbżu 1 500 Da. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-amminoaċidu fl-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
|
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b407 |
— |
kelat tar-ram(II) tal-idroliżati tal-proteini |
Kompożizzjoni tal-addittiv kelat tar-ram(II) tal-idroliżati tal-proteini, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' 10 % ta' ram u b'minimu ta' 50 % kelat tar-ram Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Cu(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe amminoaċidu minn idroliżat tal-proteina tas-sojja. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idroliżati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-verifika kwalitattiva tal-kelazzjoni tar-ram fl-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b413 |
— |
kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma solida) |
Kompożizzjoni tal-addittiv kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma solida) fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' 15 % ta' ram u b'massimu ta' ndewwa ta' 13 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Cu(x)1-3 · nH2O, x = anjon tal-gliċina Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b414 |
— |
kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma likwida) |
Kompożizzjoni tal-addittiv kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata, fil-forma ta' likwidu b'kontenut minimu ta' ram ta' 6 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Cu(x)1-3 · nH2O, x = anjon tal-gliċina Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Biex jiġi ddeterminat it-total ta' Cu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
|
|
|
Bovini:
Ovini: 15 (totali). Kaprini: 35 (totali) Ħnienes:
Krustaċji: 50 (totali). Annimali oħrajn: 25 (totali). |
|
It-13 ta' Awwissu 2028 |
||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).