|
19.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1018
tat-18 ta' Lulju 2018
li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u li jaġġorna l-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/396/UE (3), b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u wara li ngħatat l-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (5), awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ingredjent alimentari ġdid biex jintuża f'ċertu ikel, inkluż ħobż u bziezen yeast-leavened u prodotti fini tal-forn li jkunu yeast-leavened, kif ukoll fis-supplimenti tal-ikel. |
|
(5) |
Fis-6 ta' Diċembru 2016, il-kumpanija Lallemand Bio-Ingredients għamlet talba lill-awtorità kompetenti tad-Danimarka għal estensjoni tal-użu u tal-livelli tal-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae). L-applikazzjoni talbet li jiġi estiż l-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) għall-kategoriji ta' ikel oħra, jiġifieri, ħmira friska u niexfa ppakkjata minn qabel, biex imbagħad tinħema fid-dar, u fis-supplimenti tal-ikel, mingħajr indikazzjoni tal-livelli massimi permissibbli. Barra minn hekk, l-applikant talab li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni l-aktar baxxa tal-kontenut ta' vitamina D2 fil-konċentrat tal-ħmira minn 1 800 000 IU (450 μg/g) għal 800 000 IU (200 μg/g). |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fl-Unjoni ppreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 u li dwarha ma tteħditx deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni sottomessa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Filwaqt li t-talba għall-estensjoni tal-użi u tal-livelli ta' użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) ġiet ippreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(8) |
Fit-30 ta' Ġunju 2017, l-awtorità kompetenti tad-Danimarka ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport din waslet għall-konklużjoni li l-estensjoni tal-użi u tal-livelli ta' użu massimu proposti tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) tissodisfa l-kriterji għall-ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(9) |
Fis-7 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri l-oħra għamlu l-kummenti tagħhom fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward ta' metodi użati biex jidentifikaw b'mod adegwat il-mutanti potenzjali, in-nuqqas ta' ġustifikazzjoni li tiġi sostnuta t-tneħħija tal-livell massimu għas-supplimenti tal-ikel minħabba raġunijiet ta' sikurezza, in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-istabbiltà fil-ħżin tal-forma l-ġdida tal-ikel il-ġdid, in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-laboratorji, u fir-rigward ta' jekk il-konsum tal-ikel il-ġdid jaqbiżx l-ogħla livelli tollerabbli tal-konsum tal-vitamina D stabbiliti mill-EFSA (6). |
|
(10) |
Fid-dawl tal-kummenti li saru mill-Istati Membri l-oħra, l-applikant ippreżenta spjegazzjonijiet addizzjonali li taffew it-tħassib tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni b'mod sodisfaċenti. Dawn l-ispjegazzjonijiet taw biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-estensjoni tal-użu u tal-livelli tal-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) hija konformi mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-vitamini u tal-minerali meta jinżiedu mal-ikel u fis-supplimenti tal-ikel. L-estensjoni tal-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV għandha tkun awtorizzata mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għas-sustanza ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae), għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
3. L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/396/UE tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ħmira tal-furnara trattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 186, 26.6.2014, p. 108)
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(5) Scientific Opinion on the safety of vitamin D-enriched UV-treated baker's yeast, EFSA Journal 2014; 12(1):3520.
(6) EFSA Journal 2012;10(7):2813
(7) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrata għal “Ħmira tal-furnara trattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)” fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tiġi sostitwita b'li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-entrata għal “Ħmira tal-furnara trattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tiġi sostitwita b'li ġej:
|