|
17.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1002
tas-16 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 biex il-proċedura ta' korrelazzjoni tiġi ċċarata u ssimplifikata u li jadattah għat-tibdil fir-Regolament (UE) 2017/1151
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat Komunitarju biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 13(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (3), sar evidenti li ċerti elementi tar-Regolament tal-aħħar jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(2) |
Jeħtieġ li l-metodu eżistenti għad-definizzjoni tal-punti tat-tmiem tal-linja ta' interpolazzjoni li jintużaw biex jiġi kkalkolat il-valur tal-emissjoni ta' CO2 tal-NEDC ta' vettura individwali. Dawk il-punti tat-tmiem, li huma rrappreżentati minn vettura tat-test bl-ogħla valuri tal-emissjonijiet ta' CO2, u minn vettura tat-test bl-iktar valuri baxxi, jenħtieġ li jiġu ddefiniti sabiex id-differenza bejn l-ogħla valuri u l-iktar valuri baxxi taż-żewġ vetturi tat-test tkun ugwali għal jew ogħla minn 5 g CO2/km. |
|
(3) |
Sabiex jiġi evitat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi individwali jiġu stabbiliti abbażi ta' linji ta' interpolazzjoni li ma jipprovdux id-differenza minima, jixraq li din l-emenda tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. |
|
(4) |
Fejn għall-iskop ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, jintużaw familji tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, jenħtieġ li l-kalkolu tal-valur tal-emissjonijiet ta' CO2 ta' vettura individwali li tappartjeni għal tali familja jiġi ssimplifikat billi l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq li jridu jintużaw għall-kalkolu tal-valur ta' CO2 tal-NEDC jittieħdu mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-vettura individwali kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2017/1151. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat output ta' korrelazzjoni li jkun sod, jixraq li jiġi miżjud l-għadd ta' ċilindri bħala input li jrid jiġi pprovdut għall-għodda ta' korrelazzjoni. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tinħataf l-opportunità biex jiġu kkoreġuti xi żbalji editorjali fit-test. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-tielet paragrafu tal-punt 2.3.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 2.3.8.1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2.3.8.1. Fil-każ ta' tagħbijiet fit-triq tad-WLTP li jiġu stabbiliti skont il-paragrafi 1-4 u 6 tas-Sottoanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għandhom jiġu kkalkolati skont il-formuli speċifikati fil-punt 2.3.8.1.1 (għall-vettura H) u fil-punt 2.3.8.1.2 (għall-vettura L) u fil-punti (a) u (b) li ġejjin. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-formuli għandhom japplikaw kemm fil-każ tas-simulazzjonijiet kif ukoll fil-każ tat-testijiet fiżiċi tal-vetturi. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn ikun applikabbli, is-servizz tekniku, għandhom jivverifikaw jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ imsemmija fil-paragrafu 3.2.3.2.2.3 fis-Sottoanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 hijiex ikkwalifikata biex tistabbilixxi b'mod akkurat il-valuri Δ(Cd × Af). Jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ ma tkunx ikkwalifikata, l-ogħla valur ta' reżistenza ajrudinamika għandu japplika għall-vetturi kollha fil-familja.
|
|
(3) |
fil-punt 2.3.8.1.1, dan li ġej jiddaħħal bħala l-ewwel paragrafu: “Fejn din il-proċedura ta' kalkolu tintuża għal vettura individwali skont il-punt 4.2.1.4.2, it-tagħbija fit-triq tad-WLTP u l-massa tat-test li jikkorrispondu għall-vettura individwali tal-NEDC għandhom jintużaw bl-influwenza tat-tagħmir fakultattiv imneħħija.” |
|
(4) |
il-paragrafu finali tal-punt 2.3.8.1.1(c) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Fejn il-fattur F*2w,H ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 stabbilit għat-test tad-WLTP tal-vettura H li minnha tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv kollu.”; |
|
(5) |
il-paragrafu finali tal-punt 2.3.8.1.2(c) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Fejn il-fattur F*2w,L ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 stabbilit għat-test tad-WLTP tal-vettura L li minnha tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv kollu.” |
|
(6) |
il-punt 2.3.8.2.1(b) huwa sostitwit b'dan li ġej: “(b) Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC fejn ma jintużawx valuri tal-NEDC tabulati Fil-każ ta' vetturi ddisinjati għal massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ugwali għal jew ogħla minn 3 000 kg, il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC jistgħu, fuq talba tal-manifattur, jiġu stabbiliti skont il-punt 2.3.8.1.”; |
|
(7) |
jiżdied il-punt 2.3.8.3 li ġej: “2.3.8.3. L-estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tal-emissjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 Fejn approvazzjoni tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 tiġi estiża minħabba ż-żieda ta' vetturi ġodda fil-familja tal-interpolazzjoni ta' CO2 b'emissjonijiet ta' CO2 tal-NEDC li jkunu ogħla minn dawk tal-vettura H jew inqas minn dawk tal-vettura L, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin għall-iskop tal-korrelazzjoni:
Fil-każ (a), l-emissjonijiet ta' referenza ta' CO2 għandhom jiġu stabbiliti mingħajr l-għażla msemmija fil-punti 3.1.1.2 u 3.2.6 ta' dan l-Anness. Fil-każ (b), jew fil-każ li l-emissjonijiet ta' referenza ta' CO2 imsemmija fil-punt (a) ikunu ogħla mil-linja ta' interpolazzjoni eżistenti, il-vetturi H u L tal-NEDC għandhom jiġu stabbiliti skont il-punti 2 u 3 ta' dan l-Anness. Il-punt (a) għandu japplika fir-rigward ta' estensjonijiet għal tipi ġodda mogħtija mill-1 ta' Jannar 2019, jew minn data iktar kmieni fuq talba tal-manifattur.” |
|
(8) |
it-Tabella 1 tal-punt 2.4 hija emendata kif ġej:
|
|
(9) |
fil-punt 3.1.1.1(c), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(10) |
il-punt 3.3.4 għandu jitħassar; |
|
(11) |
il-punt 4.2.1.4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4.2.1.4. Il-kalkolu tat-tagħbija fit-triq għal vettura individwali f'familja ta' interpolazzjoni tad-WLTP 4.2.1.4.1. Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq derivati mill-vetturi H u L tal-NEDC Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0,n, F1,n u F2,n għall-vetturi H u L stabbiliti skont il-punt 2.3.8 jissejħu F0n,H, F1n,H u F2n,H u F0n,L, F1n,L u F2n,L rispettivament. Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq f0n,ind, f1n,ind u f2n,ind għal vettura individwali għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja: Formula 1(a)
Għal approvazzjonijiet tat-tip ġodda tal-emissjonijiet mogħtija mill-1 ta' Jannar 2019, jew qabel dik id-data, fuq talba tal-manifattur, il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja: Formula 1(b)
Or, if (TMn,H · RRn,H – TMn,L · RRn,L ) = 0, or, where applicable, (RMn,H · RRn,H – RMn,L · RRn,L ) = 0, Formula 2 shall apply: Formula 2 f 0 n,ind = F 0 n,H – ΔF 0 n f 1 n,ind = F 1 n,H
or, if Δ[Cd × Af]LH,n = 0, Formula 3 shall apply: Formula 3 f 2 n,ind = F 2 n,H – ΔF 2 n where: ΔF 0,n = F 0n,H – F 0 n,L ΔF 2,n = F 2n,H – F 2 n,L 4.2.1.4.2. Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq derivati mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tad-WLTP ta' vetturi individwali Mill-1 ta' Jannar 2019 għall-approvazzjonijiet tat-tip ġodda, u mill-1 ta' Jannar 2020 għall-vetturi ġodda kollha mdaħħla fis-servizz, jew qabel dawk id-dati fuq talba tal-manifattur, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC għal vettura individwali għandhom jiġu derivati mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tad-WLTP ta' dik il-vettura fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għandhom, fil-każijiet (a) sa (d), jiġu kkalkolati skont il-formuli stabbiliti fil-punt 2.3.8.1.1, fejn ir-referenzi għall-vettura H għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-vettura individwali. Fil-każ (a), l-estrapolazzjoni ta' CO2 tista' ssir biss jekk id-differenza bejn il-vetturi H u L tal-NEDC tkun ugwali għal jew ogħla minn 5 g ta' CO2/km. F'dak il-każ, il-linja ta' interpolazzjoni tista' tiġi estrapolata b'massimu ta' 3 g ta' CO2/km 'il fuq mill-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura H, jew inqas mill-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura L. Jekk l-estrapolazzjoni taqbeż 3 g ta' CO2/km, jew id-differenza bejn il-vettura H u L tal-NEDC tkun inqas minn 5 g ta' CO2/km, il-manifattur għandu jistabbilixxi linja ta' interpolazzjoni ġdida għal dik il-familja tal-interpolazzjoni skont il-punti 2 u 3 ta' dan l-Anness.” |
|
(12) |
il-punt 4.2.1.4a. jitħassar. |