16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 178/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/999

tas-16 ta' Lulju 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Minħabba t-theddida kontinwa ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ANNESS

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista mogħtija fl-Anness għar-Regolament (UE) 2016/1686:

“2.

Rabah TAHARI (magħruf ukoll bħala Abu Musab); data tat-twelid: 28 ta' Awwissu 1971; post tat-twelid: Oran (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.”.