3.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/941

tat-2 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' għalf u ta' ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul magħżulin fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009, fil-każ ta' konsenji li jaslu fl-Unjoni bil-baħar, li jinħattu l-art bl-għan li jitgħabbew fuq vapur ieħor biex imorru f'port ieħor fi Stat Membru ieħor (konsenji trażbordati), il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port. Għall-għan ta' organizzazzjoni effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali fil-fruntieri tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, l-istess regola jenħtieġ li tapplika għall-konsenji li jidħlu l-Unjoni permezz tat-trasport tal-ajru minn pajjiż terz, li jiġu trażbordati biex jitkompla l-vjaġġ għal ajruport ieħor fl-Unjoni. F'dawk il-każijiet, il-punt tad-dħul magħżul jenħtieġ li jkun l-aħħar ajruport. Għall-istess raġunijiet, din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll fejn il-konsenji jkunu trażbordati għat-tkomplija tal-vjaġġ fl-istess Stat Membru. It-terminoloġija użata f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsenji trażbordati jenħtieġ li tinbidel minn “trasport ulterjuri” għal “tkomplija tal-vjaġġ”, li tirrifletti s-sitwazzjoni distinta ta' konsenji trażbordati meta mqabbel ma' konsenji awtorizzati għal “tkomplija tat-trasport” sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat skont dan.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lilll-Istati Membri bil-każijiet ta' rifjut mal-fruntiera. Fir-rigward tal-pestiċidi, huwa xieraq li jiġi ċċarat li meta l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw konsenja ta' għalf u ikel elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jenħtieġ li tali notifika ssir fejn il-livell massimu ta' residwi stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ma jkunx ġie osservat, irrispettivament minn jekk tkunx inqabżet id-doża akuta ta' referenza.

(4)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandha tkun riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena, filwaqt li għandhom jitqiesu s-sorsi ta' tagħrif imsemmijin f'dan l-Artikolu.

(5)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti reċenti b'rabta mal-ikel, innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi li twettqu f'pajjiżi terzi mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, kif ukoll ir-rapporti ta' darbtejn fis-sena dwar il-konsenji tal-għalf u tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li jenħtieġ li l-lista tiġi emendata.

(6)

B'mod partikolari, għal konsenji ta' frott żgħir goji miċ-Ċina u ta' nevew ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku (“nevew tal-pickles”) mill-Libanu u mis-Sirja, is-sorsi ta' informazzjoni msemmijin qabel jindikaw l-emerġenza ta' riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawn il-konsenji jiddaħħlu fil-lista.

(7)

B'mod partikolari, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-entrati fil-lista dwar il-Brassica oleracea miċ-Ċina, il-frawli mill-Eġittu, l-għeneb imnixxef mill-Iran, il-piżelli bil-miżwed mill-Kenja, il-fażola twila jarda mit-Tajlandja u l-brunġiel u l-brunġiel Etjopjan mill-Uganda jenħtieġ li jitħassru.

(8)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata bit-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u fiżiċi fuq il-prodotti li għalihom is-sorsi rilevanti ta' tagħrif jindikaw titjib ġenerali fil-konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom il-frekwenza bħalissa ta' kontrolli uffiċjali bħal dawn ma għadhiex xierqa. Għalhekk jenħtieġ li l-entrati fil-lista li jikkonċernaw l-ananas minn Benin u l-lumi u r-rummien mit-Turkija, jiġu emendati skont dan.

(9)

Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti entrati fil-lista jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun jinkludi forom oħra tal-prodott barra minn dawk li hemm elenkati bħalissa, jekk dawk il-forom l-oħra jippreżentaw l-istess riskju. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-entrati eżistenti rigward l-okra mill-Vjetnam, biex jinkludu l-okra iffriżata.

(10)

Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 (5) jistipula li konsenji ta' okra (ikel, frisk u ffriżat) mill-Indja jistgħu jiġu importati biss fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jiddikjara li l-prodotti tteħdilhom kampjun u ġew analizzati għall-preżenza tar-residwi tal-pestiċidi, u mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz biex tkun aċċertata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 jistabbilixxi wkoll żieda fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjoni tal-okra mill-Indja fil-fruntieri tal-Unjoni. Ir-riżultati minn dawn il-kontrolli juru tnaqqis fil-frekwenza tan-nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal dan il-prodott, u b'hekk jipprovdu evidenza li r-riskju relatat mal-importazzjoni tiegħu naqas b'mod sinifikanti. Huwa għalhekk xieraq li l-okra mill-Indja ma tiġix soġġetta għall-kundizzjonijiet speċjali ta' importazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014. Jenħtieġ li jinżamm livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali fil-fruntieri tal-Unjoni wara l-waqfien tat-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni qabel l-esportazzjoni meħtieġa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 għal dan il-prodott. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġu emendati skont dan.

(11)

L-entrati eżistenti rigward it-tè miċ-Ċina fil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti jittestjaw dan il-prodott għat-Triflurarin. Madankollu, l-Istati Membri ma rrappurtawx detezzjonijiet ta' din il-pestiċida f'dan il-prodott u ma hemm l-ebda notifiki rilevanti tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Fl-istess ħin, ġew irrappurtati detezzjonijiet frekwenti ta' Tolfenpirad fit-te miċ-Ċina. L-istess bħat-Trifluralin, din il-pestiċida mhix elenkata fil-programm ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u għalhekk l-ittestjar għal din il-pestiċida mhuwiex meħtieġ fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 669/2009. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-entrati eżistenti rigward it-tè miċ-Ċina fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 biex titħassar ir-referenza għat-Triflurarin u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu obbligati li jittestjaw dan il-prodott għat-Tolfenpirad.

(12)

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ippakkjar mhux settiku fi btieti ta' “Berquq, preparat jew preservat mod ieħor” (polpa tal-berquq) (kodiċi NM 2008 50 61) elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huma tali li l-prestazzjoni tal-kampjuni fil-PDD tista' tirriżulta f'riskju serju għas-sikurezza alimentari jew biex il-prodott tkun saritlu ħsara b'mod li ma jkunx aċċettabbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-entrati eżistenti “Berquq, preparat jew preservat mod ieħor” (polpa tal-berquq) fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jipprevedi li verifiki fiżiċi u tal-identità fuq konsenji ta' prodotti bħal dawn jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' destinazzjoni kif indikat fid-dokument komuni tad-dħul (DKD), jekk ikun xieraq fuq il-post tal-operatur tan-negozju tal-ikel, meta l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament jkunu ssodisfati.

(13)

Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit f'Anness I ta' dan ir-Regolament.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 jiġu emendati skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 669/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, l-aħħar sentenza tal-punt (b) hija sostitwita b'dan li ġej:

“fil-każ ta' konsenji li jidħlu fl-Unjoni bi trasport bil-baħar jew tal-ajru minn pajjiż terz, li jitħattew l-art bl-għan li jitgħabbew fuq vapur jew inġenju tal-ajru ieħor rispettivament fl-istess port jew ajruport għat-tranżitu lejn port jew ajruport ieħor f'wieħed mit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port jew ajruport;”

(2)

L-Artikolu 13 jhuwa sostiwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Nuqqas ta' konformità

1.   Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità, l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jimla l-Parti III tad-dokument komuni tad-dħul u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.   Meta l-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul ma tippermettix l-introduzzjoni ta' konsenja ta' għalf u ikel elenkati fl-Anness I minħabba nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi ta' residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, hija għandha tinnotifika immedjatament it-tali rifjut mal-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004”

(3)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal konsenji tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali, li huwa elenkat fl-Anness I.”

(2)

L-Anness I huwa emendat kif indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 tat- 13 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 20).


ANNESS I

ANNESS I

Għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Subdiviżjoni TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Ananas

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

0804 30 00

 

Il-Benin (BJ)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (3)

10

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Bolivja (BO)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Goġi komuni/goġi taċ-Ċina (wolfberries) (Lycium barbarum L.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew imnixxef)

ex 0813 40 95 ;

10

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (4)

10

ex 0810 90 75

10

Te, kemm jekk imħawwar jew le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (5)

10

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

Ir-Repubblika Dominicana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (6)

20

Bżar (ħlief bżar ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99 ;

20

ex 0710 80 59

20

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata)

ex 0708 20 00 ;

10

ex 0710 22 00

10

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

10

0710 80 51

 

Bżar (ħlief bżar ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99 ;

20

ex 0710 80 59

20

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Ġellewż bil-qoxra

0802 21 00

 

Il-Georgia (GE)

Aflatossini

20

Ġellewż bla qoxra

0802 22 00

(Ikel)

 

Żejt tal-palm

(Ikel)

1511 10 90 ;

 

Il-Ghana (GH)

Żebgħat tas-Sudan (8)

50

1511 90 11 ;

 

ex 1511 90 19 ;

90

1511 90 99

 

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Gambja (GM)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

(Ikel)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90 ;

20

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (9)

10

ex 0710 80 95

30

Bżar (ħlief bżar ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (10)

10

ex 0710 80 59

20

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

(Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (11)

50

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata)

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0708 20 00 ;

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (12)

50

ex 0710 22 00

10

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

(Ikel - ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew l-aċidu aċetiku

ex 2001 90 97

11 ; 19

Il-Libanu LB

Rodamina B

50

Bżar (ħelu jew mhux) (Capsicum spp.)

(Ikel - imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun)

ex 2008 99 99 ;

79

Is-Sri Lanka (LK)

Aflatossini

20

0904 21 10 ;

 

ex 0904 21 90 ;

20

ex 0904 22 00

11 ; 19

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Madagascar (MG)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Ġulġlien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

In-Niġerja (NG)

Salmonella (13)

50

Bżar (ħlief bżar ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

Il-Pakistan (PK)

Residwi tal-pestiċidi (2)

10

ex 0710 80 59

20

Lampun

(Ikel - iffriżat)

0811 20 31 ;

 

Is-Serbja (RS)

Norovajrus

10

ex 0811 20 11 ;

10

ex 0811 20 19

10

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Ġulġlien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

Is-Sudan (SD)

Salmonella (13)

50

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom

(Ikel)

ex 1207 70 00 ;

10

Sierra Leone (SL)

Aflatossini

50

ex 1106 30 90 ;

30

ex 2008 99 99

50

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Senegal (SN)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

(Ikel - ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew l-aċidu aċetiku

ex 2001 90 97

11 ; 19

Is-Sirja (SY)

Rodamina B

50

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (14)

10

ex 0710 80 59

20

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (16)

20

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor (15)

2008 50 61

(Ikel)

 

Għeneb imnixxef (inkluż l-għeneb imnixxef imqatta' jew mgħaffeġ f'pejst, mingħajr trattament ieħor)

(Ikel)

0806 20

 

It-Turkija (TR)

Okratossina A

5

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

(Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef)

0805 50 10

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)

10

Rummien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

ex 0810 90 75

30

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

10

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (18)

10

Weraq tad-dielja

(Ikel)

ex 2008 99 99

11 ; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (19)

50

Ġulġlien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Uganda (UG)

Salmonella (13)

50

Pistaċċi bil-qoxra

0802 51 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

10

Pistaċċi, bla qoxra

0802 52 00

 

Pistaċċi, inkaljati

(Ikel)

ex 2008 19 13 ;

20

ex 2008 19 93

20

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

L-Użbekistan (UZ)

Sulfiti (16)

50

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor (15)

2008 50 61

(Ikel)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (20)

50

Ħabaq u ħabaq sagru

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel - ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

 

 

Okra

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (20)

50

ex 0710 80 95

30

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (20)

50

ex 0710 80 59

20

Pitaħaja (frott tad-dragun)

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (20)

10


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi tan-NM u meta ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.

(2)  Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS) (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(3)  Ir-residwi tal-Etefon.

(4)  Residwi ta' Amitraz.

(5)  Residwi ta' Tolfenpyrad.

(6)  Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

(7)  Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.

(8)  Għall-finijiet ta' dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Sudan I (Numru tal-CAS 842-07-9); (ii) Sudan II (Numru tal-CAS 3118-97-6); (iii) Sudan III (Numru tal-CAS 85-86-9); (iv) Scarlet Red; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).

(9)  Residwi tad-Diafentjuron.

(10)  Residwi tal-Karbofuran.

(11)  Ir-residwi tal-Fentoat.

(12)  Ir-residwi tal-Klorbufam.

(13)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579-1 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat skont l-aktar verżjoni reċenti tal-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.

(14)  Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.

(15)  Kontrolli fiżiċi u tal-identità jistgħu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni kif indikat fis-CED, jekk ikun xieraq fuq il-post tal-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.

(16)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(17)  Ir-residwi tal-Prokloraż.

(18)  Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat metil.

(19)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.

(20)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.


ANNESS II

Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014, titħassar l-entrata li ġejja li tikkonċerna l-okra mill-Indja:

“(Ikel)

(Ikel - frisk u friżat)

ex 0709 99 90

20

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (2)

20


(2)  Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Triażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos, il-Metomil, it-Tijodikarb, id-Diafentjuron, it-Tijametossam, il-Fipronil, l-Ossamil, l-Aċetamiprid, l-Indossakarb, il-Mandipropammid.”