27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/914

tal-25 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-produzzjoni fl-Unjoni ta' 85 prodott li mhumiex elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 (1) mhijiex biżżejjed biex tkopri l-bżonnijiet tal-industrija.. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li jiġu sospiżi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni (“TDK”) fuq dawk il-prodotti.

(2)

Huwa neċessarju li jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-TDK għal ċerti prodotti li huma elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 sabiex jitiqesu l-iżviluppi tekniċi fir-rigward tal-prodotti u x-xejriet ekonomiċi fis-suq. B'mod partikolari, jeħtieġ li jiġu adattati r-rekwiżiti tal-użu aħħari ta' sospensjoni waħda, jenħtieġ li tiġi emendata r-rata tad-dazju applikabbli ta' sospensjoni oħra, jenħtieġ li tiġi kjarifikata jew allinjata d-deskrizzjoni ta' 19-il sospensjoni, jeħtieġ li tinbidel il-klassifikazzjoni ta' 14-il sospensjoni, u jeħtieġ li tiġi adattata l-unità supplimentari ta' 18-il sospensjoni.

(3)

Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li tinżamm is-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-TDK għal ħames prodotti li huma elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1387/2013. Għalhekk, jenħtieġ li jitħassru minn dak l-Anness is-sospensjonijiet għal dawk il-prodotti.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni tal-applikazzjoni tal-iskema tas-sospensjonijiet awtonomi u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2), il-bidliet previsti f'dan ir-Regolament dwar is-sospensjonijiet għall-prodotti kkonċernati jkollhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2018. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 hija emendata kif ġej:

(1)

l-asterisks kollha fit-tabella u n-nota fit-tmiem (*), li fiha t-test “Miżura ġdida li għadha kif iddaħħlet jew miżura bil-kundizzjonijiet mibdulin.”, jitħassru;

(2)

fit-tabella, ir-ringieli għall-prodotti li l-kodiċijiet NM u TARIC tagħhom huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jitħassru;

(3)

ir-ringieli għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tal-kodiċijiet NM u TARIC indikati fl-ewwel u fit-tieni kolonna ta' dik it-tabella, rispettivament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 201).

(2)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.


ANNESS I

Fit-tabella stabbilita fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1387/2013, jitħassru r-ringieli li jikkonċernaw is-suspensjonijiet għall-prodotti identifikati mill-kodiċijiet NM u TARIC li ġejjin:

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

ex 2106 90 92

50

ex 2837 20 00

20

ex 2841 90 30

10

ex 2912 29 00

35

ex 2916 14 00

30

ex 2921 59 90

10

ex 2932 20 90

50

ex 2934 20 80

15

ex 2934 99 90

54

ex 3208 90 19

25

ex 3208 90 91

20

ex 3705 00 90

10

ex 3801 90 00

20

ex 3824 99 92

73

ex 3824 99 96

45

ex 3901 90 80

91

ex 3906 90 90

63

ex 3907 20 99

80

ex 3909 40 00

40

ex 3912 90 10

10

ex 3919 90 80

29

ex 3920 99 90

20

ex 3926 30 00

10

ex 3926 90 97

50

ex 3926 90 97

77

ex 7020 00 10

20

ex 8108 20 00

55

ex 8108 20 00

70

ex 8108 90 30

15

ex 8108 90 30

80

ex 8108 90 50

45

ex 8108 90 60

30

ex 8415 90 00

20

ex 8483 30 32

20

ex 8483 30 38

50

ex 8483 40 90

20

ex 8501 31 00

25

ex 8503 00 91

31

ex 8503 00 99

32

ex 8503 00 99

50

ex 8505 11 00

60

ex 8505 19 90

50

ex 8507 60 00

25

ex 8529 90 92

55

ex 8529 90 92

59

ex 8708 29 10

10

ex 8708 29 90

10

ex 8708 95 10

40

ex 8708 95 99

10

ex 8708 99 10

30

ex 8708 99 97

15

ex 9013 80 90

20 .


ANNESS II

Fit-tabella stabbilita fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1387/2013, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin skont l-ordni tal-kodiċijiet NM u TARIC indikati fl-ewwel u t-tieni kolonna ta' dik it-tabella, rispettivament:

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta' dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għal reviżjoni mandatorja

“ex 2106 90 92

50

Idroliżat tal-proteini tal-kaseina li jikkonsisti minn:

skont il-piż, 20 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 70 % ta' amminoaċidi liberi, u

peptoni li skont il-piż, aktar minn 90 % minnhom għandhom piż molekulari ta' mhux aktar minn 2 000 Da

0 %

31.12.2022

ex 2106 90 98

47

Preparazzjoni, li għandha kontenut ta' ndewwa ta' 1 % jew iktar, iżda mhux aktar minn 4 %, u li fiha, skont il-piż:

15 % jew iżjed, iżda mhux aktar minn 35 % ta' xorrox tal-butir,

20 % (± 10 %) ta' lattożju,

20 % (± 10 %) ta' konċentrat ta' proteina tax-xorrox,

15 % (± 10 %) ta' ġobon cheddar,

3 % (± 2 %) ta' melħ,

0,1 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 10 % ta' aċidu lattiku E270,

0,1 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 10 % ta' gomma Arabika E414

biex tintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel u x-xorb (2)

0 %

31.12.2022

ex 2712 90 99

10

Taħlita ta' 1-alkini (olefini alfa) (CAS RN 131459-42-2) li skont il-piż fihom 80 % jew iżjed 1-alkini b'tul ta' katina ta' 24 atomu tal-karbonju jew iżjed, iżda mhux aktar minn 64 atomi tal-karbonju li skont il-piż fihom aktar minn 72 % 1-alkini b'aktar minn 28 atomu tal-karbonju

0 %

31.12.2022

ex 2841 90 30

10

Metavanadat tal-potassju (CAS RN 13769-43-2)

0 %

31.12.2022

ex 2842 10 00

50

Fluworflogopit (CAS RN 12003-38-2)

0 %

31.12.2022

ex 2842 90 80

30

Dodekaklur tal-aluminju u t-trititanju (CAS RN 12003-13-3)

0 %

31.12.2022

ex 2903 99 80

60

1,1′-metanedilbis (4-fluworobenżen (CAS RN 457-68-1)

0 %

31.12.2022

ex 2905 29 90

10

Cis-eż-3-en-1-ol (CAS RN 928-96-1)

0 %

31.12.2022

ex 2906 29 00

50

2,2′-(m-fenilen)dipropan-2-ol (CAS RN 1999-85-5)

0 %

31.12.2022

ex 2907 29 00

75

Bifenil-4,4′-diol (CAS RN 92-88-6)

0 %

31.12.2018

ex 2912 29 00

35

Ċinnamaldeid (CAS RN 104-55-2)

0 %

31.12.2022

ex 2912 29 00

45

p-Fenilbenżaldeid (CAS RN 3218-36-8)

0 %

31.12.2022

ex 2912 49 00

50

2,6-diidrossibenżaldeid (CAS RN 387-46-2)

0 %

31.12.2022

ex 2914 29 00

70

2-sec-butilċikloeżanon (CAS RN 14765-30-1)

0 %

31.12.2022

ex 2914 29 00

80

1-(cedr-8-en-9-il)etanon (CAS RN 32388-55-9)

0 %

31.12.2022

ex 2915 39 00

10

Cis-3-aċetat tal-eżenil (CAS RN 3681-71-8)

0 %

31.12.2022

ex 2915 39 00

30

4-tert-aċetat tal-butilċikloeżanon (CAS RN 32210-23-4)

0 %

31.12.2022

ex 2915 90 70

20

Metil (R)-2-fluworopropjonat (CAS RN 146805-74-5)

0 %

31.12.2022

ex 2916 20 00

20

Taħlita tal-isomeri (1S,2R,6R,7R)-u(1R,2R,6R,7S) tat-triċiklo etil[5.2.1.0(2,6)] dekan-2-karbossilat (CAS RN 80657-64-3 u 80623-07-0)

0 %

31.12.2022

ex 2918 30 00

15

2-fluworo-5-aċidu formilbenżojku (CAS RN 550363-85-4)

0 %

31.12.2022

ex 2918 99 90

38

Diklofop-metil (ISO) (CAS RN 51338-27-3)

0 %

31.12.2022

ex 2921 59 90

10

Taħlita ta' isomeri ta' 3,5-diethyltoluenediamine (CAS RN 68479-98-1, CAS RN 75389-89-8)

0 %

31.12.2018

ex 2922 39 00

15

2,-Ammino-3,5-dibromobenżaldeid (CAS RN 50910-55-9)

0 %

31.12.2022

ex 2926 90 70

15

2,-2-Ċikloessiliden-2-fenilaċetonitril (CAS RN 10461-98-0)

0 %

31.12.2022

ex 2926 90 70

18

Flumetrin (ISO) (CAS RN 69770-45-2)

0 %

31.12.2022

ex 2926 90 70

33

Deltametrin (ISO) (CAS RN 52918-63-5)

0 %

31.12.2022

ex 2927 00 00

25

2,2′-ażobis(4-metossi-2,4-dimetilvaleronitril) (CAS RN 15545-97-8)

0 %

31.12.2022

ex 2931 90 00

10

Aċidu boroniku (3-fluworo-5-isobutossifenil) (CAS RN 850589-57-0)

0 %

31.12.2022

ex 2932 13 00

20

Alkoħol Furfuril (CAS RN 98-00-0)

0 %

31.12.2022

ex 2932 20 90

50

L-Laktid (CAS RN 4511-42-6) jew D-Laktid (CAS RN 13076-17-0) jew dilaktid (CAS RN 95-96-5)

0 %

31.12.2022

ex 2932 99 00

23

2-etil-3-idrossi-4-piron (CAS RN 4940-11-8)

0 %

31.12.2022

ex 2933 39 99

38

metanol (2-kloropiridin-3-il) (CAS RN 42330-59-6)

0 %

31.12.2022

ex 2933 39 99

39

2,6-Dikloropiridina-3-karbossammid (CAS RN 62068-78-4)

0 %

31.12.2022

ex 2933 39 99

51

2,5-Dikloro-4,6-dimetilnikotinonitril (CAS RN 91591-63-8)

0 %

31.12.2022

ex 2933 59 95

22

6-kloro-1,3-dimetilurasil (CAS RN 6972-27-6)

0 %

31.12.2022

ex 2933 59 95

24

Idroklorur 1-(ċiklopropilkarbonil)piperażina (CAS RN 1021298-67-8)

0 %

31.12.2022

ex 2933 59 95

26

5-Fluworo-4-idrażino-2-metossipirimidina (CAS RN 166524-64-7)

0 %

31.12.2022

ex 2933 79 00

25

Metil 2-osso-2,3-diidro-1H-indol-6-karbossilat (CAS RN 14192-26-8)

0 %

31.12.2022

ex 2933 99 80

48

5-Ammino-6-metil-2-benżimidażolon (CAS RN 67014-36-2)

0 %

31.12.2022

ex 2934 20 80

15

Bentijavalikarb-isopropil (ISO) (CAS RN 177406-68-7)

0 %

31.12.2022

ex 2934 99 90

54

2-benżil-2-dimetilammino-4′-morfolinobutirofenon (CAS RN 119313-12-1)

0 %

31.12.2022

ex 2934 99 90

59

Dolutegravir (INN) (CAS RN 1051375-16-6) jew sodju tad-dolutegravir (CAS RN 1051375-19-9)

0 %

31.12.2022

ex 2935 90 90

40

Venetoklass (INN) (CAS 1257044-40-8)

0 %

31.12.2022

ex 3204 13 00

15

Kolorant C.I. Basic Blue 41 (CAS RN 12270-13-2) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu ma' kolorant C.I. Basic Blue 41 kontenut ta' 50 % jew iktar skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3204 13 00

25

Kolorant C.I. Basic Red 46 (CAS RN 12221-69-1) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu ma' kolorant C.I. Basic Red 46 kontenut ta' 20 % jew iktar skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3204 13 00

35

Kolorant C.I. Basic Yellow 28 (CAS RN 54060-92-3) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma' kolorant C.I. Basic Yellow 28 kontenut ta' 75 % jew iktar skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3204 13 00

45

Taħlita tal-kolorant C.I. Basic Blue 3 (CAS RN 33203-82-6) u tal-kolorant C.I. Basic Blue 159 (CAS RN 105953-73-9) b'kontenut ta' kolorant Basic Blue ta' 60 % jew aktar skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3204 16 00

40

Soluzzjoni milwiema tal-Kolorant C.I. Reactive Red 141 (CAS RN 61931-52-0):

b'kontenut ta' kolorant C.I. Reactive Red 141 ta' 13 % jew aktar skont il-piż, u

li fiha preservattiv

0 %

31.12.2022

ex 3204 17 00

29

Kolorant C.I. Pigment Red 268 (CAS RN 16403-84-2) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu ma' Kolorant C.I. Pigment Red 268 kontenut ta' 80 % jew iktar skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3206 49 70

40

Kolorant C.I. Pigment Blue 27 (CAS RN 25869-00-5) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu ma' Kolorant C.I. Pigment Blue 27 kontenut ta' 85 % jew iktar skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3208 90 19

25

Kopolimer tat-tetrafluworoetilen f'soluzzjoni ta' aċetat tal-butil b'kontenut ta' solvent ta' 50 % (± 2 %) skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3904 69 80

89

ex 3707 10 00

60

Emulsjoni sensitizzanti, li skont il-piż fiha:

mhux aktar minn 5 % ta' ġeneratur tal-fotoaċidi,

2 % jew aktar iżda mhux aktar minn 50 % rażi fenoliċi, u

mhux aktar minn 7 % ta' derivati li fihom l-epossi,

dissolti fl-ettan-2-on u/jew fil-laktat tal-etil

0 %

31.12.2022

ex 3801 90 00

20

Trab ibbażat fuq il-grafit miksi biż-żift:

b'daqs tal-partiċella ta' 10,8 μm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 13,0 μm

b'kontenut ta' ħadid ta' inqas minn 40 ppm,

b'kontenut ta' ram ta' inqas minn 5 ppm,

b'kontenut ta' nikil ta' inqas minn 5 ppm,

b'erja medja tas-superfiċje (N2 fl-atmosfera) ta' 3,0 m2/g jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 4,36 m2/g, u

b'impurità ta' metalli manjetiċi ta' inqas minn 0,3 ppm

0 %

31.12.2022

ex 3802 10 00

20

Karbonju f'forma mrammla attivat kimikament b'Kapaċità ta' Assorbiment tal-Butan ta' 11 g butan/100 ml jew aktar (kif iddeterminat bil-metodu ASTM D 5228) użat għall-assorbiment u d-desorbiment tal-fwar fiċ-ċilindri tal-kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur (2)

0 %

31.12.2022

ex 3802 10 00

30

Karbonju attivat kimikament f'forma ta' gerbub (ċilindriku):

b'dijametru ta' 2 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 3 mm, u

b'Kapaċità ta' Assorbiment tal-Butan ta' 5 g butan/100 ml jew aktar (kif iddeterminat bil-metodu ASTM D 5228),

li jintuża għall-assorbiment u d-desorbiment fiċ-ċilindri tal-kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur (2)

0 %

31.12.2021

ex 3808 93 90

60

Preparat f'forma ta' trab, li skont il-piż ikun fih:

0,55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 2,50 %, ta1-1-metilċiklopropen (1-MCP) (CAS RN 3100-04-7) ta' purità minima ta' 96 % jew aktar, u

inqas minn 0,05 % minn kull waħda miż-żewġ impuritajiet, 1-kloro-2-metilpropen (CAS RN 513-37-1) u 3-kloro-2-metilpropen (CAS RN 563-47-3),

għall-kisi (2)

0 %

31.12.2022

ex 3824 99 93

38

Taħlita ta' 4,4′-(perfluworoisopropiliden)difenol (CAS RN 1478-61-1) u 4,4′-(perfluworoisopropiliden)melħ tad-difenol benżil trifenil fosfonju (CAS RN 75768-65-9)

0 %

31.12.2022

ex 3824 99 96

30

Konċentrat rare-earth li skont il-piż fih:

20 % jew iżjed, iżda mhux aktar minn 30 %, ossidu taċ-ċerju (CAS RN 1306-38-3),

2 % jew iżjed, iżda mhux aktar minn 10 % ossidu tal-lantanu (CAS RN 1312-81-8),

10 % jew iżjed, iżda mhux aktar minn 15 %, ossidu tal-ittriju (CAS RN 1314-36-9),

ossidu taż-żirkonju (CAS RN 1314-23-4) li jinkludi l-ossidu tal-ħafniju naturali ta' mhux aktar minn 65 %

0 %

31.12.2022

ex 3824 99 96

45

Trab tal-Ossidu tal-Litju-Nikil-Kobalt-Aluminju (CAS RN 177997-13-6):

b'daqs tal-partiċella ta' inqas minn 10 μm,

b'purità skont il-piż ta' aktar minn 98 %

0 %

31.12.2022

ex 3901 90 80

91

Reżina jonomera, li tikkonsisiti f'melħ ta' kopolimeru ta' ethylene u aċidu metakriliku

0 %

31.12.2018

ex 3903 90 90

38

Politetrafluworoetilen (CAS RN 9002-84-0) inkapsulat b'kopolimeru stireniku tal-akrilonitril (CAS RN 9003-54-7), b'kontenut ta' 50 % (± 1) ta' kull polimeru skont il-piż

0 %

31.12.2022

ex 3904 69 80

88

ex 3906 90 90

23

Kopolimeru ta' metilmetakrilat, butilakrilat, gliċidilmetakrilat u stiren (CAS RN 37953-21-2), b'piż ekwivalenti epossidiku ta' mhux aktar minn 500, fl-għamla ta' qxur mitħuna b'daqs ta' partiċella ta' mhux aktar minn 1 cm

0 %

31.12.2022

ex 3906 90 90

43

Kopolimeru ta' esteri metakriliċi, butilakrilat u dimetilsilossani ċikliċi (CAS RN 143106-82-5)

0 %

31.12.2021

ex 3907 20 99

80

Etere tal-poliossietilen tal-alkoħol tal-Isoamil (CAS RN 62601-60-9)

0 %

31.12.2022

ex 3907 30 00

70

Preparat ta' raża epossidika (CAS RN 29690-82-2) u raża fenolika (CAS RN 9003-35-4) li fih, skont il-piż:

65 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 75 %, diossidu tas-siliċju (CAS RN 60676-86-0) u

mhux aktar minn 0,5 %, jew l-ebda iswed tal-karbonju (CAS RN 1333-86-4)

0 %

31.12.2022

ex 3907 40 00

45

α-(2,4,6-Tribromophenyl)-ω-(2,4,6-tribromophenoxy)poly[oxy(2,6-dibromo-1,4-phenylene)isopropylidene(3,5-dibromo-1,4-phenylene)oxycarbonyl] (CAS RN 71342-77-3)

0 %

31.12.2018

ex 3909 20 00

10

Taħlita ta' polimeri li skont il-piż fiha:

60 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 75 % raża tal-melamina (CAS RN 9003-08-1)

15 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 25 %, silika (CAS RN 14808-60-7 jew 60676-86-0)

5 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 15 %, ċelluloża (CAS RN 9004-34-6), u

1 % jew iżjed, iżda mhux iżjed minn 15 %, raża fenolika (CAS RN 25917-04-8)

0 %

31.12.2022

ex 3912 90 10

10

Aċetat propionate taċ-ċelluloża, mhux plastifikat, f'forma ta' trab:

li fih, f'piż, 25 % jew aktar propionyl (skont il-metodu ASTM D 817-72) u

b'viskożità li ma taqbiżx 120 poise (skont il-metodu ASTM D 817-72)

0 %

31.12.2018

ex 3919 90 80

21

Film tal-politetrafluworoetilen:

ta' ħxuna ta' 50 μm jew aktar iżda ta' mhux aktar minn 155 μm,

b'wisa' ta' 6,30 mm jew aktar iżda ta' mhux aktar minn 585 mm,

b'elongazzjoni fejn il-punt tal-ksur ma jkunx aktar minn 200 %, u

miksi minn naħa waħda b'kolla tas-silikonu sensittiva għall-pressjoni ta' mhux aktar minn 40 μm

0 %

31.12.2022

ex 3919 90 80

22

Film tal-poliester, tal-politilen jew tal-polipropilen miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat b'legant tal-akriliku u/jew tal-lastku, sensittiv għall-pressjoni, fornut infurrat biex ma jeħilx flimkien jew mhux infurrat, fil-forma ta' rombli wesgħin 45,7 ċm jew iżjed, iżda mhux aktar minn 160 ċm

0 %

31.12.2019

ex 3920 62 19

05

Film tal-poli(etilen tereftalat) irrumblat:

li l-ħxuna tiegħu tkun ta' 0,335 mm jew aktar, iżda ta' mhux iżjed minn 0,365 mm, u

miksi b'saff tad-deheb b'saħħa ta' 0,03 μm jew aktar, imma mhux aktar minn 0,06 μm

0 %

31.12.2022

ex 3920 62 90

10

ex 3920 99 90

20

Pellikola konduttiva aniżotropa, f'rombli, b'wisa' ta' 1,2 mm jew aktar iżda ma taqbiżx 3,15 mm u tul massimu ta' 300 m, użata biex tgħaqqad komponenti elettroniċi fil-produzzjoni ta' skrins LCD jew plażma

0 %

31.12.2018

ex 3921 19 00

35

Film b'bosta saffi li jikkonsisti minn:

30 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 60 %, saff mikroporuż ta' polipropilen (CAS RN 9003 07-0)

20 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 40 %, saff mikroporuż ta' polipropilen (CAS RN 9002-88-4), u

20 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 40 %, saff/kisja ta' boemit (CAS RN 1318-23-6),

għal użu fil-manifattura ta' batteriji tal-joni tal-litju (2)

0 %

31.12.2022

ex 3926 30 00

10

Għata tal-plastik bil-klips tal-mera retroviżur esterna għal vetturi bil-mutur

0 %

p/st

31.12.2020

ex 3926 90 97

23

ex 8708 29 10

10

ex 8708 29 90

10

ex 3926 90 97

50

Pum tal-pannelli ta' quddiem ta' radju tal-karozza, magħmul mill-polikarbonat ibbażat fuq il-Bisfenol A, f'imballaġġi diretti ta' mhux anqas minn 300 biċċa

0 %

p/st

31.12.2018

ex 3926 90 97

77

Ċirku ta' diżakkoppjament tas-silikonu, b'dijametru intern ta' 15,4 mm (+ 0,0 mm/– 0,1 mm), f'imballaġġi diretti ta' 2 500 biċċa jew aktar, tat-tip użat fis-sistemi tas-sensers tal-għajnuna għall-parkeġġ tal-karozzi

0 %

p/st

31.12.2021

ex 4016 99 57

30

Lasktu tal-pinn tal-kaliper tal-brejk tal-lastku vulkanizzat:

b'dijametru ta' ġewwa mhux inqas minn 5 mm u b'dijametru ta' barra mhux aktar minn 35 mm,

b'għoli ta' 15 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 40 mm, u

b'disinn irrigat,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti elenkati fil-Kapitolu 87 (2)

0 %

31.12.2022

ex 5311 00 90

10

Drapp minsuġ sempliċi magħmul minn ħjut tal-karta inkullat fuq saff karta tixju:

li l-piż tiegħu ikun ta' 230 g/m2 jew aktar, iżda mhux iżjed minn 280 g/m2, u

maqtugħ f'rettangoli b'ġenb twil 40 cm jew aktar, iżda mhux aktar minn 140 cm

0 %

31.12.2022

ex 5603 14 90

50

Drapp mhux minsuġ magħmul minn mikrofibri ta' fibri tal-poliester b'sezzjoni trażversali uniformi:

b'piż ta' mhux aktar minn 150 g/m2,

denier ta' 0,06 jew aktar iżda mhux aktar minn 0,50 den,

b'kontenut skont il-piż ta' 74 % polietilentereftalat

0 %

m2

31.12.2022

ex 5911 90 99

50

Mewwieta tal-vibrazzjonijiet tal-lawdspikers magħmula minn drapp ikkorrugat, flessibbli, maqtugħ fit-tond, ta' fibri tessili tal-poliester, tal-qoton jew tal-aramid jew taħlita tagħhom, tat-tip li jintuża fil-lawdspikers tal-karrozzi

0 %

31.12.2022

ex 7020 00 10

20

Materja prima għall-elementi ottiċi tad-diossidu tas-siliċju fuż bi:

ħxuna ta' 10 cm jew aktar iżda mhux aktar minn 40 cm, u

piż ta' 100 kg jew aktar

0 %

p/st

31.12.2022

ex 7326 90 92

40

Qoxra tal-azzar taż-żennuni bi flanġ integrali msawwra f'forma miftuħa bħala biċċa sħiħa minn 4 forom, maħduma:

b'dijametru ta' 5 752 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 5 758 mm,

b'għoli ta' 3 452 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 3 454 mm,

b'piż totali ta' 167 875 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 168 125 kg

tat-tip li jintuża għall-produzzjoni tal-kontenituri tar-reatturi nukleari

0 %

p/st

31.12.2022

ex 7326 90 98

50

Virga tal-pistun tal-azzar bil-wiċċ imwebbes għas-smorzaturi idrawliċi jew idropnewmatiċi tal-vetturi bil-mutur:

b'kisja ta' krom,

b'dijametru ta' 11 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 28 mm,

b'tul ta' 80 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 600 mm,

b'tarf bil-kamin jew b'mandrel għall-iwweldjar skont ir-reżistenza

0 %

31.12.2022

ex 7409 19 00

10

Pjanċi jew folji:

b'tal-inqas saff wieħed ta' fibra tal-ħġieġ minsuġa, mimlija b'raża artifiċjali jew sintetika li tirritardja n-nar b'temperatura ta' tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg) ta' aktar minn 130 °C kif imkejla skont IPC-TM-650, il-metodu 2.4.25,

miksijin minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat b'film tar-ram bi ħxuna li ma taqbiżx it-3,2 mm,

u li fihom mill-inqas wieħed minn dawn:

poli(tetrafluworoetilen) (CAS RN 9002-84-0)

poli(ossi-(2,6-dimetil)-1,4-fenilen) (CAS RN 25134-01-4)

raża tal-epossi b'espansjoni termali ta' mhux aktar minn 10 ppm fit-tul u fil-ħxuna u b'għoli ta' mhux aktar minn 25 ppm

għall-użu fil-manifattura tal-pjanċi taċ-ċirkwiti (2)

0 %

31.12.2022

ex 7410 21 00

70

ex 7413 00 00

20

Ħolqa taċ-ċentru tal-lawdspikers magħmula minn mewwieta tal-vibrazzjonijiet waħda jew iżjed li jkollha mill-inqas żewġ kejbils tar-ram mhux insulati minsuġin jew ippressati fiha, tat-tip li jintuża fil-lawdspikers tal-karrozzi

0 %

31.12.2022

ex 8518 90 00

45

ex 7606 12 20

20

Pjanċi tas-sinjali magħmulin minn qalba ċellulari tal-polietilen miksija bl-aluminju, bi ħxuna totali ta' 1,8 mm jew iżjed, iżda mhux eħxen minn 4,2 mm

0 %

31.12.2022

ex 8108 20 00

55

Ingott tal-liga tat-titanju:

b'għoli ta' 17,8 cm jew aktar, b'tul ta' 180 cm jew aktar u b'wisa' ta' 48,3 cm jew aktar,

b'piż ta' 680 kg jew aktar,

li fiha elementi tal-liga tal-piż skont il-piż ta':

3 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 7 %, tal-aluminju,

1 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 5 %, tal-landa,

3 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 5 %, taż-żirkonju,

4 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 8 %, tal-molibdenu

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8108 20 00

70

Blokka tal-liga tat-titanju:

b'għoli ta' 20,3 cm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 23,3 cm,

b'tul ta' 246,1 cm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 289,6 cm,

b'wisa' ta' 40,6 cm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 46,7 cm,

b'piż ta' 820 kg jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 965 kg,

li fiha elementi tal-liga tal-piż skont il-piż ta':

5,2 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 6,2 %, ta' aluminju,

2,5 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 4,8 %, ta' vanadju

0 %

p/st

31.12.2022

ex 8108 90 30

15

Vireg u wajers magħmula mil-liga tat-titanju:

b'sezzjoni trasversali uniformi u solida f'għamla ta' ċilindru,

b'dijametru ta' 0,8 mm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 5 mm,

b'kontenut ta' aluminju, tal-piż skont il-piż, ta' 0,3 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 0,7 %,

b'kontenut ta' siliċju, tal-piż skont il-piż, ta' 0,3 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 0,6 %,

b'kontenut ta' nijobju, tal-piż skont il-piż, ta' 0,1 % jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 0,3 %, u

b'kontenut ta' ħadid, tal-piż skont il-piż, ta' mhux aktar minn 0,2 %

0 %

31.12.2022

ex 8108 90 30

25

Żbarri, vireg u wajers magħmulin minn liga tat-titanju-aluminju-vanadju (TiAI6V4), li jikkonformaw mal-istandards AMS 4928, 4965 jew 4967

0 %

31.12.2020

ex 8108 90 50

45

Pjanċi, folji u strixxi rrolljati bis-sħana jew bil-kesħa tat-titanju mhux illigat bi:

ħxuna ta' 0,4 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 100 mm,

tul ta' mhux aktar minn 14-il m, u

wisa' ta' mhux aktar minn 4 m

0 %

31.12.2022

ex 8108 90 60

30

Tubi u pajpijiet mingħajr saldatura tat-titanju jew ta' liga tat-titanju b':

dijametru ta' 19-il mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 159 mm,

ħxuna tal-ħajt ta' 0,4 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 8 mm, u

tul massimu ta' 18-il m

0 %

31.12.2022

ex 8418 99 10

70

Evaporatur magħmul mill-aluminju għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta' magni tal-arja kondizzjonata ta' vetturi bil-mutur (2)

0 %

p/st

31.12.2021

ex 8481 10 99

20

Valv elettromanjetiku li jnaqqas il-pressjoni:

li jkollu pistun,

ta' sikkatura interna ta' mill-inqas 275 mPa,

konnettur tal-plastik b'żewġ pinnijiet tal-fidda jew tal-landa

0 %

31.12.2022

ex 8481 10 99

30

Valvi li jnaqqsu l-pressjoni f'qoxra tar-ram isfar

b'tul ta' mhux aktar minn 18-il mm (± 1 mm),

b'wisa' ta' mhux aktar minn 30 mm, (± 1 mm),

ta' tip li jintuża għall-inkorporazzjoni fil-moduli tal-forniment tal-fjuwil tal-vetturi bil-mutur

0 %

31.12.2022

ex 8481 80 59

30

Valv li jikkontrolla l-fluss f'żewġ direzzjonijiet b'qafas li jkollu

mill-inqas 5, iżda mhux aktar minn 9 toqob għall-fluss li jkollhom dijametru ta' mill-inqas 0,110 mm iżda mhux aktar minn 0,134 mm,

rata ta' fluss ta' mill-inqas 640 cm3 kull minuta, iżda mhux iżjed minn 805 cm3 kull minuta,

pressjoni tat-tħaddim ta' mill-inqas 19 MP, iżda mhux iżjed minn 300 MP

0 %

31.12.2022

ex 8481 80 59

40

Valv għall-kontroll tal-fluss:

magħmul mill-azzar,

b'toqba ta' żbokk b'dijametru ta' mill-inqas 0,175 mm, iżda mhux aktar minn 0,185 mm,

b'bokka b'dijametru ta' mill-inqas 0,255 mm, iżda mhux aktar minn 0,265 mm,

miksi bin-nitrur tal-kromu,

bi ħruxija tas-superfiċje ta' Rp 0,4

0 %

31.12.2022

ex 8481 80 59

50

Valv elettromanjetiku għall-kontroll tal-kwalità li jkollu:

pistun,

kisja ta' DLC (Karbonju bħad-djamant),

solenojd b'reżistenza spirali ta' mill-inqas 2,6 Ohm iżda mhux aktar minn 3 Ohm,

vultaġġ tal-elettriku ta' 12 V

0 %

31.12.2022

ex 8481 80 59

60

Valv elettromanjetiku għall-kontroll tal-kwalità li jkollu:

solenojd b'reżistenza spirali ta' mill-inqas 0,19 Ohm iżda mhux aktar minn 0,52 Ohm, u induttanza ta' mill-inqas 0,083 mH iżda mhux aktar minn 0,172 mH,

vultaġġ tal-elettriku ta' 24 V,

li jaħdem f'DC ta' mill-inqas 15,5 A, iżda mhux aktar minn 16,5 A

0 %

31.12.2022

ex 8483 30 32

30

Qafas tal-kuxxinetti tat-tip li jintużaw fit-turboċarġers:

magħmulin mill-ħadid fondut griż fondut bi preċiżjoni li jikkonforma mal-istandard DIN EN 1561 jew mill-ħadid fondut duttili fondut bi preċiżjoni li jikkonforma mal-istandard DIN EN 1560,

b'kompartamenti għaż-żejt,

mingħajr bearings,

b'dijametru ta' 50 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 250 mm,

b'għoli ta' 40 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 150 mm,

kemm jekk bil-kompartamenti għall-ilma u l-konnetturi, jew mingħajrhom

0 %

p/st

31.12.2022

ex 8483 30 38

60

ex 8483 40 90

20

Trażmissjoni idrostatika:

b'dimensjonijiet (mingħajr xaftijiet) ta' mhux aktar minn 154 mm × 115 mm × 108 mm,

b'piż ta' mhux aktar minn 3,3 kg,

b'veloċità massima ta' rotazzjoni tax-xaft tad-dħul ta' 2 700 rpm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 3 200 rpm,

b'torque tax-xaft tal-ħruġ ta' mhux aktar minn 10,4 Nm,

b'veloċità ta' rotazzjoni tax-xaft tal-ħruġ ta' mhux aktar minn 930 rpm b'veloċità ta' input ta' 2 800 rpm, u

b'firxa tat-temperatura operattiva ta' – 5 °C jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn + 40 °C,

għal użu fil-manifattura ta' magni għall-qtugħ tal-lawn tal-intestatura 8433 11 90  (2)

0 %

p/st

31.12.2022

ex 8501 31 00

50

Muturi DC, mingħajr brushes

b'dijametru estern ta' 80 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 200 mm,

b'vultaġġ tal-elettriku ta' 9 V jew aktar, imma mhux aktar minn 16 V,

bi ħruġ ta' 300 W jew aktar f'20 °C, iżda mhux aktar minn 750 W,

b'torque ta' 2,00 Nm jew aktar f'20 °C, iżda mhux aktar minn 7,00 Nm,

b'veloċità ikkwotata għal 600 rpm jew aktar f'20 °C, iżda mhux aktar minn 3 100 rpm,

b'senser tal-pożizzjoni tal-angolu tar-rotor, tat-tip resolver jew ta' Hall effect jew mingħajr,

tal-għamla li tintuża fis-sistemi tal-power steering għall-karozzi

0 %

31.12.2022

ex 8503 00 91

31

Rotor, bil-parti ġewwinija mgħammra b'anell manjetiku jew tnejn (uniformi jew sezzjonali) li jkunu inkorporati f'ċirku tal-azzar u anki jekk ma jkunux

0 %

p/st

31.12.2018

ex 8503 00 99

32

ex 8503 00 99

55

Stator għal mutur mingħajr brushes:

b'dijametru intern ta' 206,6 mm (± 0,5),

b'dijametru estern ta' 265,0 mm (± 0,2), u

b'wisa' ta' 37,2 mm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 47,8 mm,

ta' tip li jintuża fil-manifattura ta' magni tal-ħasil, ta' magni tal-ħasil u tat-tnixxif jew ta' magni tat-tnixxif mgħammra b'tamburi ta' trażmissjoni diretta

0 %

p/st

31.12.2018

ex 8504 50 95

80

Spirall awtoinduttiv:

b'kebba waħda jew iżjed, b'induttività għal kull kebba ta' mhux aktar minn 62 mH, imwaħħla ma' materjal wieħed jew iżjed li jżommuha fil-post

bil-ferriti,

b'reżistur tal-Koeffiċjent Negattiv tat-Temperatura wieħed jew iżjed, bħala sensur tat-temperatura,

b'għotjien għall-insulazzjoni, b'separaturi u b'kejbils konnettivi jew mingħajrhom

0 %

31.12.2022

ex 8505 11 00

63

Anelli, tubi, blokki iżolanti jew kullari magħmulin minn liga tan-neodimju, il-ħadid u l-boron:

b'dijametru estern ta' mhux aktar minn 45 mm

b'għoli ta' mhux aktar minn 45 mm,

tat-tip użat biex isiru l-kalamiti permanenti wara manjetizzazzjoni

0 %

p/st

31.12.2022

ex 8505 19 90

50

Oġġett tal-ferrit agglomerat fil-forma ta' priżma rettangolari maħsub biex isir kalamita permanenti wara li jiġi manjetizzat:

kemm jekk ikollu t-truf iċċanfrinati, kemm jekk le,

b'tul ta' 27 mm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 32 mm (± 0,15 mm),

b'wisa' ta' 8,5 mm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 9,5 mm (+ 0,05 mm/– 0,09 mm),

bi ħxuna ta' 5,5 mm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 5,8 mm (+ 0/– 0,2 mm), u

b'piż ta' 6,1 g jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 8,3 g

0 %

p/st

31.12.2022

ex 8506 50 30

10

Ċellula diossida tal-manganiż u tal-litju,

b'dijametru ta' 20 mm jew aktar iżda ta' mhux aktar minn 25 mm,

b'tul ta' 3 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 6 mm,

vultaġġ ta' 3 V jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 3,4 V,

b'kapaċità ta' 200 mAh jew aktar, iżda mhux aktar minn 600 mAh,

b'firxa ta' temperaturi tat-test awtomotiv bejn – 40 °C u +125 °C,

biex tintuża bħala komponent fil-manifattura ta' Sistemi tal-Kejl tal-Pressjoni tat-Tajers (2)

0 %

31.12.2022

ex 8507 50 00

40

Unità ta' batterija idrida tal-metall-nikel (Nickel-metal Hydride (NiMh)),

b'vultaġġ ta' 190 V jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 210 V,

b'tul ta' 220 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 280 mm,

b'wisa' ta' 500 mm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 600 mm,

b'għoli ta' 100 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 150 mm,

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87 (2)

0 %

31.12.2022

ex 8507 60 00

25

Moduli rettangolari biex ikunu inkorporati fil-batteriji tal-jone tal-litju li jistgħu jiġu ċċarġjati:

b'wisa' ta': 352,5 mm (± 1 mm) jew 367,1 mm (± 1 mm),

b'fond ta': 300 mm (± 2 mm) jew 272,6 mm (± 1 mm),

b'għoli ta': 268,9 mm (± 1,4 mm) jew 229,5 mm (± 1 mm),

b'piż ta': 45,9 kg jew 46,3 kg,

bi klassifikazzjoni ta ': 75Ah, u

b'vultaġġ nominali ta': 60 V

0 %

p/st

31.12.2022

ex 8512 20 00

50

Lampa tas-saqaf għall-kabini b'kuperċ tal-plastik, f'kaxxa għall-ħżin jew le, b'vultaġġ fit-tħaddim ta' 8 V jew iżjed, iżda mhux aktar minn 16 V,

b'mill-inqas żewġ sorsi ta' dawl,

bi swiċċ tad-dawl,

b'buttuna tal-emerġenza (E-Call) jew mingħajrha,

bi swiċċ biex jiżżerżaq is-saqaf jew mingħajru,

b'mikrofonu jew mingħajru,

b'sensur ultrasoniku (sensur UIP), jew mingħajru

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bil-mutur (2)

0 %

31.12.2022

ex 8512 30 90

30

Apparat tal-allarm bil-ħoss għall-protezzjoni kontra s-serq mill-vettura:

b'temperatura tat-tħaddim ta' – 45 °C jew aktar, iżda mhux iżjed minn + 95 °C,

b'vultaġġ ta' 9 V jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 16 V,

f'qafas tal-plastik,

b'ħowlder tal-metall jew mingħajru,

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bil-mutur (2)

0 %

31.12.2022

ex 8526 10 00

30

Tagħmir għall-elaborazzjoni tar-radar b'unità ta' kontroll tas-sistema għad-detezzjoni ta' punti moħbija:

b'vultaġġ ta' 8 V jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 16 V,

f'qafas tal-plastik,

b'kejbil u b'konnettur,

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bil-mutur (2)

0 %

31.12.2022

ex 8529 90 92

33

Moduli LCD ikkombinati ma' faċilitajiet ta' touch screen:

li jikkonsistu minn ċellola jew ċelloli tat-trifluworotimidina (TFT),

b'kejl dijagonali tal-iskrin ta' 10,7 cm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 36 cm,

b'dijodu li jemetti d-dawl (LED) ta' sfond jew mingħajru,

b'elettronika tal-kontroll għall-indirizzar tal-pixels biss,

mingħajr memorja EPROM (ROM Kanċellabbli u Programmabbli),

b'Interfaċċja diġitali RGB (Red, Green, Blue), b'interfaċċja Touch-screen

li jintużaw biss biex jiġu installati f'vetturi bil-mutur tal-kapitolu 87 (2)

0 %

31.12.2022

ex 8529 90 92

39

Moduli LCD:

b'kejl dijagonali tal-iskrin ta' 14,5 cm jew iktar iżda ta' mhux iktar minn 25,5 cm,

b'dijodu li jemetti d-dawl (LED) ta' sfond,

bi pjanċa taċ-ċirkwiti stampata b'EPROM (ROM Kanċellabbli u Programmabbli), b'kontrollur mikro, b'kontrollur tal-ħin, b'LIN (Local Interconnect Network)bus jew b'modulu tad-driver APIX2 (Automative Pixel Link) u komponenti attivi u passivi oħra,

konnettur ta' bejn 6 u 8 labar għall-provvista tal-enerġija u konnettur ta' bejn 2 u 4 labar għal-LVDS (Low-voltage differential signalling)/sinjali LIN jew interfaċċa APIX2 jew interfaċċja LVDS/LIN għas-sinjali u għall-provvista tal-enerġija

f'qafas jew mingħajr qafas,

għall-inkorporazzjoni permanenti jew muntaġġ permanenti fil-vetturi bil-mutur elenkati fil-Kapitolu 87 (2)

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8529 90 92

55

Moduli ta' dijodu organiku li jemetti d-dawl (OLED) li jikkonsistu minn:

ċellula TFT waħda jew aktar tal-ħġieġ jew tal-plastik, li fihom materjal organiku,

b'faċilitajiet touch-screen ikkumbinati jew mingħajrhom, u

bi pjanċa waħda ta' ċirkwiti stampati jew aktar esklussivament għall-kontroll elettroniku tal-indirizzar tal-pixel,

li jintużaw fil-manifattura ta' settijiet tat-televixin u ta' monitors, jew biex jintużaw fil-manifattura tal-vetturi tal-Kapitolu 87 (2)

0 %

p/st

31.12.2019

ex 8537 10 91

55

Unità elettronika għall-kontroll tas-sistema ta' parkeġġ awtomatiku bil-kapaċità li tevalwa l-affarijiet li hemm madwar il-karrozza u tikkontrolla l-parkeġġ awtomatiku:

ta' vultaġġ ta' 5 V jew aktar iżda mhux aktar minn 16 V,

b'memorja programmabbli,

b'mill-inqas konnettur wieħed,

f'qafas tal-plastik,

b'ħowlder tal-metall jew mingħajru,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti elenkati fil-Kapitolu 87 (2)

0 %

31.12.2022

ex 8537 10 91

65

Unità elettronika tal-kontroll għal prestazzjoni ottima tal-magna:

b'memorja programmabbli,

b'vultaġġ ta' 8 V jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 16 V,

b'mill-inqas konnettur kompost wieħed,

f'qafas tal-metall

b'ħowlders tal-metall jew mingħajru,

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bil-mutur (2)

0 %

31.12.2022

ex 8537 10 98

85

Unità elettronika tal-kontroll tal-airbags:

b'temperatura tat-tħaddim ta' – 45 °C jew iktar iżda mhux iktar minn 90 °C,

b'vultaġġ ta' 8 V jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 16 V,

b'żewġ konnetturi,

f'qafas tal-metall,

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bil-mutur (2)

0 %

31.12.2022

ex 8540 91 00

20

Sors ta' elettroni termioniċi (punt ta' emissjoni) tal-essaborid tal-lantanu (CAS RN 12008-21-8) jew tal-essaborid taċ-ċerju (CAS RN 12008-02-5), f'qafas tal-metall b'konnetturi elettriċi li jkollhom:

tarka tal-grafit tal-karbonju mmuntata f'sistema tat-tip mini-Vogel

blokki tal-karbonju pirolitiku separati li jintużaw għat-tisħin, u

temperatura tal-katodu li tkun inqas minn 1 800 K b'kurrent tal-filament ta' 1,26 A

0 %

31.12.2022

ex 8708 40 20

50

Unità tat-trażmissjoni li fiha 3 xaftijiet oħra u toffri swiċċ li jiddawwar għall-pożizzjoni tal-gerliver, magħmula minn:

qafas tal-aluminju fondut,

ger differenzjali,

2 muturi elettriċi u gerijiet,

bid-dimenzjonijiet li ġejjin:

b'wisa' ta' 300 mm jew aktar, iżda ta' mhux aktar minn 350 mm,

għoli ta' 420 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 500 mm,

b'tul ta' 500 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 600 mm,

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87 (2)

0 %

31.12.2022

ex 8708 40 50

40

ex 8708 50 20

50

Kuxxinett bi flanġ doppju tat-tielet ġenerazzjoni, għall-vetturi bil-mutur:

b'kuxxinett bir-rombli b'ringiela doppja,

b'ċirku (ġeneratur) tal-impulsi jew mingħajru,

b'senser tas-sistema tal-brejkijiet antilokk (ABS) jew mingħajru,

b'viti mmuntati jew mingħajrhom,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti fil-kapitolu 87 (2)

0 %

31.12.2022

ex 8708 50 55

20

ex 8708 50 91

10

ex 8708 50 99

40

ex 8708 99 10

35

Ħowlder tar-radjatur ta' quddiem jew tal-intercooler b'kuxxini tal-lastku jew mingħajrhom, għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti elenkati fil–Kapitolu 87 (2)

0 %

p/st

31.12.2021

ex 8708 99 97

35

ex 8714 99 10

20

Manubriji tal-biċikletti:

Bis-sieq integrata jew mingħajrha,

magħmulin minn fibri tal-karbonju u raża sintetika,

għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (2)

0 %

31.12.2022

ex 8714 99 10

89

ex 9013 80 90

30

Mera mikro semikonduttura elettronika f'qafas adattat għall-istampar awtomatiku tal-bords kondutturi, magħmula prinċipalment minn:

mera mikroelettromekkanika waħda jew aktar (MEMS) immanifatturata skont it-teknoloġija semikonduttura, b'mutur magħmul bi strutturi tridimensjonali fuq il-materjal tas-semikonduttur,

flimkien ma' ċirkwit integrat monolitiku b'applikazzjoni speċifika wieħed jew aktar (ASIC),

tat-tip li jintuża biex jiġi inkorporat fil-prodotti tal-Kapitoli 84-90 u tal-Kapitolu 95

0 %

p/st

31.12.2019


(2)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f'konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”