21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 158/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/888

tal-21 ta' Ġunju 2018

li jemenda għall-287 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-18 ta' Ġunju 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ entrati fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li huwa jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“—

Myrna Ajijul Mabanza (magħrufa wkoll bħala (a) Myrna Adijul Mabanza, (b) Myrna Ajilul Mabanza). Data tat-twelid: 11.7.1991. Indirizz: (a) Basilan Province, il-Filippini, (b) Zamboanga City, il-filippini (indirizz preċedenti), (c) Jeddah, l-Arabja Sawdija (indirizz preċedenti), d) Daina, l-Arabja Sawdija (indirizz preċedenti). Nazzjonalità: Filippina. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) Nru tal-identifikazzjoni tal-votanti 73320881AG1191MAM20000, (b) Numru tal-identifikazzjoni tal-istudenti 200801087, (c) Ieħor ID 140000900032. Informazzjoni oħra: sess: mara. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 18.6.2018.”

“—

Abdulpatta Escalon Abubakar (magħruf ukoll bħala (a) Abdulpatta Abubakar Escalon, (b) Abdul Patta Escalon Abubakar, (c) Abdul Patta Abu Bakar. Data tat-twelid: (a) 3.3.1965, (b) 1.1.1965, (c) 11.1.1965. Post tat-twelid: Tuburan, Basilan, il-Filippini. Indirizz: (a) il-Filippini, (b) Jeddah, l-Arabja Sawdija (indirizz preċedenti), (c) Daina, l-Arabja Sawdija (indirizz preċedenti). Nazzjonalità: Filippina. Nru tal-Passaport: (a) Passaport Filippin Nru EC6530802 (jiskadi 19.1.2021), (b) Passaport Filippin Nru EB2778599. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) Arabja Sawdija 2135314355, (b) Arabja Sawdija 202112421. Informazzjoni oħra: sess: raġel. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 18.6.2018.”