21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/886

tal-20 ta' Ġunju 2018

dwar ċerti miżuri ta' politika kummerċjali rigward ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/724

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/724 (2) ta mandat lill-Kummissjoni biex, mhux aktar tard mit-18 ta' Mejju 2018, tagħti avviż bil-miktub lill-Kunsill tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (World Trade Organization, “WTO”) għall-Kummerċ fil-Merkanzija, li fin-nuqqas ta' diżapprovazzjoni mill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija, l-Unjoni tissospendi l-applikazzjoni għall-kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) ta' konċessjonijiet ta' dazji tal-importazzjoni skont il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, b'tali mod li tippermetti l-applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti.

(2)

Fit-18 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni tat l-avviż imsemmi hawn fuq u l-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija ma weriex id-diżapprovazzjoni tiegħu fi żmien 30 jum. Għaldaqstant, l-Unjoni ssospendiet, fid-WTO, l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet ta' dazji tal-importazzjoni għall-kummerċ mal-Istati Uniti skont il-GATT tal-1994 fir-rigward ta' dawn il-prodotti.

(3)

Fit-8 ta' Marzu 2018, l-Istati Uniti adottaw miżuri ta' salvagwardja fil-forma ta' żieda fit-tariffa fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar u tal-aluminju, effettiva mit-23 ta' Marzu 2018 u b'durata illimitata. Wara żewġ differimenti tad-data effettiva taż-żieda fit-tariffa fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, iż-żieda fit-tariffa saret effettiva fir-rigward tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Ġunju 2018 b'durata illimitata.

(4)

Konsegwentement, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/724, jenħtieġ li l-Kummissjoni timponi dazji doganali addizzjonali fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II, kif stabbilit fil-premessi (6) u (12) sa (15) ta' dak ir-Regolament, u skont il-modalitajiet stabbiliti fil-premessi (7) u (16) sa (19) ta' dak ir-Regolament, u skont ir-rekwiżiti taż-żmien kif stabbilit fil-premessa (5) ta' dak ir-Regolament, fis-sens li:

(a)

Jenħtieġ li d-dazji ad valorem addizzjonali ta' rata ta' 10 % u 25 % fuq importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I jiġu applikati mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sakemm l-Istati Uniti jieqfu japplikaw il-miżuri ta' salvagwardji tagħhom għall-prodotti mill-Unjoni.

(b)

Jenħtieġ li d-dazji ad valorem addizzjonali ta' rata ta' 10 %, 25 %, 35 % u 50 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II jiġu applikati mill-1 ta' Ġunju 2021 jew malli sseħħ l-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO li l-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti huma inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jew malli jkun innotifikat biha, jekk dan iseħħ qabel, sakemm l-Istati Uniti jieqfu japplikaw il-miżuri ta' salvagwardja tagħhom għall-Unjoni.

(5)

Minħabba żball klerikali, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/724 jiġi emendat. L-iżball klerikali jikkonċerna d-dazju addizzjonali massimu għal NM 9504 40 00 fl-Anness I, li jenħtieġ li jkun 10 % minflok 25 %. Jenħtieġ li l-premessa (12), l-Artikolu 2(a) u l-Anness I ta' dak ir-Regolament jiġu emendati skont dan. Il-prodotti u l-livell ta' dazji addizzjonali elenkati fl-Anness I u fl-Anness II huma identiċi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/724, kif emendat, u f'dan ir-Regolament.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għall-kwistjoni tal-konsistenza tal-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO.

(7)

Il-Kummissjoni tista' temenda dan ir-Regolament, jekk tqis li dan huwa xieraq, biex tagħmel tajjeb għal kull modifika jew emenda għall-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti, inkluż permezz ta' esklużjoni tal-prodotti jew tal-kumpaniji.

(8)

L-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/724 jipprevedi li l-prodotti elenkati fl-Annessi ta' dak ir-Regolament, li qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ dan ir-Regolament kienet inħarġitilhom liċenzja ta' importazzjoni b'eżenzjoni mid-dazju jew bi tnaqqis minnu, m'għandhomx ikunu soġġetti għal dazji doganali addizzjonali. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-prodotti elenkati fl-Annessi ta' dak ir-Regolament li dwarhom l-importaturi jistgħu jippruvaw li ġew esportati mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni qabel id-data li fiha jkun ġie applikat dazju addizzjonali fir-rigward ta' dak il-prodott m'għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, imwaqqaf permezz tar-Regolament (UE) 2015/1843 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tapplika dazji doganali addizzjonali dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”).

Artikolu 2

L-applikazzjoni tad-dazji doganali addizzjonali fuq dawn il-prodotti għandha tkun kif ġej:

(a)

Fl-ewwel stadju, dazju ad valorem addizzjonali ta' rata ta' 10 % u 25 % għandu jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I, kif speċifikat fih, mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(b)

Fit-tieni stadju, dazju ad valorem addizzjonali ulterjuri ta' rata ta' 10 %, 25 %, 35 % u 50 % għandu jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II kif speċifikat fih:

mill-1 ta' Ġunju 2021: jew

mill-ħames jum wara d-data tal-adozzjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, jew in-notifika lilu, ta' deċiżjoni li l-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti huma inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jekk din id-data tkun qabel. Fl-eventwalità li jseħħ dan tal-aħħar, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż li jindika d-data li fiha tiġi adottata jew innotifikata t-tali deċiżjoni.

Artikolu 3

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/724 hu emendat kif ġej:

(1)

Il-premessa (12) hija sostitwita b'dan li ġej:

“Filwaqt li jkunu riflessi r-rekwiżiti taż-żmien deskritti fil-premessa (5), jenħtieġ li japplikaw id-dazji doganali addizzjonali, jekk ikun hemm bżonn jew sa fejn ikun hemm bżonn, f'żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, id-dazji ad valorem ta' rata massima ta' 10 % u 25 % fuq importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I, jistgħu jiġu applikati immedjatament u sakemm l-Istati Uniti jieqfu japplikaw il-miżuri ta' salvagwardji tagħhom għall-prodotti mill-Unjoni.”.

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fl-ewwel stadju, dazju ad valorem addizzjonali ta' rata massima ta' 10 % u 25 % għandu jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I mill-20 ta' Ġunju 2018”.

(3)

Fl-Anness I, id-dazju addizzjonali għal NM 9504 40 00 huwa emendat kif ġej:

“25 %” huwa sostitwit b'“10 %”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50).

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/724 tas-16 ta' Mejju 2018 dwar ċerti miżuri ta' politika kummerċjali li jikkonċernaw ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 122, 17.5.2018, p. 14).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (kodifikazzjoni) (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).


ANNESS I

Prodotti soġġetti għal dazji addizzjonali fl-ewwel stadju

NM 2018 (1)

Dazju addizzjonali

0710 40 00

25 %

0711 90 30

25 %

0713 33 90

25 %

1005 90 00

25 %

1006 30 21

25 %

1006 30 23

25 %

1006 30 25

25 %

1006 30 27

25 %

1006 30 42

25 %

1006 30 44

25 %

1006 30 46

25 %

1006 30 48

25 %

1006 30 61

25 %

1006 30 63

25 %

1006 30 65

25 %

1006 30 67

25 %

1006 30 92

25 %

1006 30 94

25 %

1006 30 96

25 %

1006 30 98

25 %

1006 40 00

25 %

1904 10 30

25 %

1904 90 10

25 %

2001 90 30

25 %

2004 90 10

25 %

2005 80 00

25 %

2008 11 10

25 %

2009 12 00

25 %

2009 19 11

25 %

2009 19 19

25 %

2009 19 91

25 %

2009 19 98

25 %

2009 81 11

25 %

2009 81 19

25 %

2009 81 31

25 %

2009 81 59

25 %

2009 81 95

25 %

2009 81 99

25 %

2208 30 11

25 %

2208 30 19

25 %

2208 30 82

25 %

2208 30 88

25 %

2402 10 00

25 %

2402 20 10

25 %

2402 20 90

25 %

2402 90 00

25 %

2403 11 00

25 %

2403 19 10

25 %

2403 19 90

25 %

2403 91 00

25 %

2403 99 10

25 %

2403 99 90

25 %

3304 20 00

25 %

3304 30 00

25 %

3304 91 00

25 %

6109 10 00

25 %

6109 90 20

25 %

6109 90 90

25 %

6203 42 31

25 %

6203 42 90

25 %

6203 43 11

25 %

6204 62 31

25 %

6204 62 90

25 %

6302 31 00

25 %

6403 59 95

25 %

7210 12 20

25 %

7210 12 80

25 %

7219 12 10

25 %

7219 12 90

25 %

7219 13 10

25 %

7219 13 90

25 %

7219 32 10

25 %

7219 32 90

25 %

7219 33 10

25 %

7219 33 90

25 %

7219 34 10

25 %

7219 34 90

25 %

7219 35 90

25 %

7222 20 11

25 %

7222 20 21

25 %

7222 20 29

25 %

7222 20 31

25 %

7222 20 81

25 %

7222 20 89

25 %

7222 40 10

25 %

7222 40 50

25 %

7222 40 90

25 %

7223 00 11

25 %

7223 00 19

25 %

7223 00 91

25 %

7226 92 00

25 %

7228 30 20

25 %

7228 30 41

25 %

7228 30 49

25 %

7228 30 61

25 %

7228 30 69

25 %

7228 30 70

25 %

7228 30 89

25 %

7228 50 20

25 %

7228 50 40

25 %

7228 50 69

25 %

7228 50 80

25 %

7229 90 20

25 %

7229 90 50

25 %

7229 90 90

25 %

7301 20 00

25 %

7304 31 20

25 %

7304 31 80

25 %

7304 41 00

25 %

7306 30 11

25 %

7306 30 19

25 %

7306 30 41

25 %

7306 30 49

25 %

7306 30 72

25 %

7306 30 77

25 %

7306 30 80

25 %

7306 40 20

25 %

7306 40 80

25 %

7307 11 10

25 %

7307 11 90

25 %

7307 19 10

25 %

7307 19 90

25 %

7308 30 00

25 %

7308 40 00

25 %

7308 90 51

25 %

7308 90 59

25 %

7308 90 98

25 %

7309 00 10

25 %

7309 00 51

25 %

7309 00 59

25 %

7310 29 10

25 %

7310 29 90

25 %

7311 00 13

25 %

7311 00 19

25 %

7311 00 99

25 %

7314 14 00

25 %

7314 19 00

25 %

7314 49 00

25 %

7315 11 10

25 %

7315 11 90

25 %

7315 12 00

25 %

7315 19 00

25 %

7315 89 00

25 %

7315 90 00

25 %

7318 14 10

25 %

7318 14 91

25 %

7318 14 99

25 %

7318 16 40

25 %

7318 16 60

25 %

7318 16 92

25 %

7318 16 99

25 %

7321 11 10

25 %

7321 11 90

25 %

7322 90 00

25 %

7323 93 00

25 %

7323 99 00

25 %

7324 10 00

25 %

7325 10 00

25 %

7325 99 10

25 %

7325 99 90

25 %

7326 90 30

25 %

7326 90 40

25 %

7326 90 50

25 %

7326 90 60

25 %

7326 90 92

25 %

7326 90 96

25 %

7606 11 10

25 %

7606 11 91

25 %

7606 12 20

25 %

7606 12 92

25 %

7606 12 93

25 %

8711 40 00

25 %

8711 50 00

25 %

8903 91 10

25 %

8903 91 90

25 %

8903 92 10

25 %

8903 92 91

25 %

8903 92 99

25 %

8903 99 10

25 %

8903 99 91

25 %

8903 99 99

25 %

9504 40 00

10 %


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).


ANNESS II

Prodotti soġġetti għal dazji addizzjonali ulterjuri fit-tieni stadju

NM 2018 (1)

Dazju addizzjonali

2008 93 11

25 %

2008 93 19

25 %

2008 93 29

25 %

2008 93 91

25 %

2008 93 93

25 %

2008 93 99

25 %

2208 30 11

25 %

2208 30 19

25 %

2208 30 82

25 %

2208 30 88

25 %

3301 12 10

10 %

3301 13 10

10 %

3301 90 10

10 %

3301 90 30

10 %

3301 90 90

10 %

3302 90 10

10 %

3302 90 90

10 %

3304 10 00

10 %

3305 30 00

10 %

4818 20 10

25 %

4818 20 91

35 %

4818 20 99

25 %

4818 30 00

25 %

4818 50 00

35 %

4818 90 10

25 %

4818 90 90

35 %

5606 00 91

10 %

5606 00 99

10 %

5907 00 00

10 %

5911 10 00

10 %

5911 20 00

10 %

5911 31 11

10 %

5911 31 19

10 %

5911 31 90

10 %

5911 32 11

10 %

5911 32 19

10 %

5911 32 90

10 %

6203 42 11

50 %

6203 42 33

50 %

6203 42 35

50 %

6203 42 51

50 %

6203 42 59

50 %

6203 43 19

50 %

6203 43 31

50 %

6203 43 39

50 %

6203 43 90

50 %

6204 62 11

50 %

6204 62 33

50 %

6204 62 39

50 %

6204 62 51

50 %

6204 62 59

50 %

6205 30 00

50 %

6301 30 10

50 %

6301 30 90

50 %

6402 19 00

25 %

6402 99 10

50 %

6402 99 31

25 %

6402 99 39

25 %

6402 99 50

25 %

6402 99 91

25 %

6402 99 93

25 %

6402 99 96

25 %

6402 99 98

25 %

6403 59 05

25 %

6403 59 11

25 %

6403 59 31

25 %

6403 59 35

25 %

6403 59 39

25 %

6403 59 50

25 %

6403 59 91

25 %

6403 59 99

25 %

6601 10 00

50 %

6911 10 00

50 %

6911 90 00

50 %

6912 00 21

50 %

6912 00 23

50 %

6912 00 25

50 %

6912 00 29

50 %

6912 00 81

50 %

6912 00 83

50 %

6912 00 85

50 %

6912 00 89

50 %

6913 10 00

50 %

6913 90 10

50 %

6913 90 93

50 %

6913 90 98

50 %

6914 10 00

50 %

6914 90 00

50 %

7005 21 25

25 %

7005 21 30

25 %

7005 21 80

25 %

7007 19 10

10 %

7007 19 20

10 %

7007 19 80

10 %

7007 21 20

10 %

7007 21 80

10 %

7007 29 00

10 %

7009 10 00

25 %

7009 91 00

10 %

7013 28 10

10 %

7013 28 90

10 %

7102 31 00

10 %

7113 11 00

25 %

7113 19 00

25 %

7113 20 00

25 %

7228 50 61

25 %

7326 90 98

10 %

7604 29 90

25 %

7606 11 93

25 %

7606 11 99

25 %

8422 11 00

50 %

8450 11 11

50 %

8450 11 19

50 %

8450 11 90

50 %

8450 12 00

50 %

8450 19 00

50 %

8506 10 11

10 %

8506 10 18

10 %

8506 10 91

10 %

8506 10 98

10 %

8506 90 00

10 %

8543 70 01

50 %

8543 70 02

50 %

8543 70 03

50 %

8543 70 04

50 %

8543 70 05

50 %

8543 70 06

50 %

8543 70 07

50 %

8543 70 08

50 %

8543 70 09

50 %

8543 70 10

50 %

8543 70 30

50 %

8543 70 50

50 %

8543 70 60

50 %

8543 70 90

25 %

8704 21 10

10 %

8704 21 31

10 %

8704 21 39

10 %

8704 21 91

10 %

8704 21 99

10 %

8711 40 00

25 %

8711 50 00

25 %

8901 90 10

50 %

8901 90 90

50 %

8902 00 10

50 %

8902 00 90

50 %

8903 10 10

10 %

8903 10 90

10 %

8903 92 91

25 %

8903 92 99

25 %

9401 61 00

50 %

9401 69 00

50 %

9401 71 00

50 %

9401 79 00

50 %

9401 80 00

50 %

9404 90 10

25 %

9404 90 90

25 %

9405 99 00

25 %


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).