7.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/837
tal-31 ta' Mejju 2018
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott li huwa kompost mill-ingredjenti li ġejjin (% skont il-piż): |
2106 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 . Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 30 bħala mediċina hija eskluża minħabba li mhumiex indikati mardiet, problemi tas-saħħa jew is-sintomi tagħhom li għalihom għandu jintuża l-prodott. Għalhekk, il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30, l-ewwel paragrafu, punt (a). Il-klassifikazzjoni bħala bevanda taħt il-Kapitolu 22 hija eskluża peress li l-prodott mhux direttament tajjeb għax-xorb (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-Kapitolu 22, Ġenerali, it-tieni paragrafu, it-tieni sentenza). Il-prodott fih sustanza li tagħti l-ħlewwa, diversi vitamini u teżisti kwantità għolja ta' gliċerina. Għalhekk, għandu kompożizzjoni aktar kumplessa minn xiropp taz-zokkor sempliċi kopert mis-subtitli minn 2106 90 30 sa 2106 90 59 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2106 , il-punt (12)). L-użu partikolari intiż tiegħu huwa indikat ukoll mill-pakkett u t-tikketta tiegħu bħala suppliment tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut. Huwa ċar li mill-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-prodott, u b'mod partikolari l-kompożizzjoni tiegħu, kif ukoll mill-forma tal-preżentazzjoni tiegħu, li l-prodott huwa maħsub għal użu speċifiku biex jappoġġja s-sistema immunitarja aktar milli għal użu aktar ġenerali, li huwa l-każ tax-xiroppi taz-zokkor. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 2106 90 98 bħala preparazzjoni oħra tal-ikel. |
|
|
41,6, |
||
|
18,1, |
||
|
15,1, |
||
|
13,9, |
||
|
4,1, |
||
|
3,0, |
||
|
1,8, |
||
|
1,1, |
||
|
|||
Il-prodott huwa likwidu mingħajr alkoħol, aromatizzat, u kkulurit li jintuża bħala suppliment tal-ikel wara li jiġi dilwit. Mhuwiex direttament tajjeb għax-xorb. Il-prodott huwa ppreżentat biex jintuża bħala appoġġ għas-sistema immunitarja u biex jagħti enerġija lill-ġisem tal-bniedem. Id-doża ta' kuljum tal-prodott hija ta' żewġ millilitri, u għandha tiġi dilwita qabel ma tiġi kkunsmata. Id-doża ta' kuljum ta' dan it-tip tinkludi 40 mg ta' vitamina C, 1 mg ta' vitamina B6, 200 μg ta' aċidu foliku u 2 μg ta' vitamina B12. Il-prodott huwa ppreżentat fi flixkun tal-plastik ta' 60 ml b'apparat għat-taqtir għall-bejgħ bl-imnut. |