|
4.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/816
tal-1 ta' Ġunju 2018
li jemenda għall-285 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-29 ta' Mejju 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija emendata kif ġej:
“Djamel Lounici (magħruf ukoll bħala Jamal Lounici). Indirizz: l-Alġerija. Data tat-twelid: 1.2.1962. Post tat-twelid: l-Alġier, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Abdelkader u isem l-omm huwa Johra Birouh; (b) Reġa' lura lejn l-Alġerija minn Franza, fejn ilu jirresjedi minn Settembru 2008; Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.1.2004.” tinbidel b'dan li ġej:
“Djamel Lounici (magħruf ukoll bħala Jamal Lounici). Indirizz: l-Alġerija. Data tat-twelid: 1.2.1962. Post tat-twelid: l-Alġier, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Informazzjoni oħra: (a) Isem missieru huwa Abdelkader u isem ommu huwa Djohra Birouch; (b) Reġa' lura minn Franza għall-Alġerija, fejn ilu jirresjedi minn Settembru 2008. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.1.2004.”