1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/791

tal-31 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet ippreżentati mill-Finlandja, mill-Greċja, mill-Irlanda, mill-Italja, minn Malta, mill-Portugall, mis-Slovakkja, mis-Slovenja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2) ċerti Stati Membri u ċerti żoni fi Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' ċerti organiżmi ta' ħsara. F'ċerti każijiet ingħata rikonoxximent għal perjodu ta' żmien limitat biex l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' jipprovdi l-informazzjoni sħiħa meħtieġa biex juri li l-organiżmi ta' ħsara inkwistjoni ma jeżistux fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata, jew biex itemm bl-isforzi sabiex l-organiżmu inkwistjoni jinqered. Minn dak iż-żmien, kien hemm żviluppi sinifikanti fl-istatus tas-saħħa tal-pjanti ta' ċerti żoni protetti f'xi Stati Membri.

(2)

It-territorju tal-Finlandja ġie rikonoxxut bħala żona protetta permanenti fir-rigward tal-Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej). Il-Finlandja talbet ir-revoka tal-istatus ta' żona protetta tagħha minħabba livell insuffiċjenti ta' benefiċċju ekonomiku kontinwu u għas-saħħa tal-pjanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Finlandja ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Bemisia tabaci Genn (popolazzjonijiet Ewropej).

(3)

Sat-30 ta' April 2018 it-territorju tal-Azores fil-Portugall ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Globodera pallida (Stone) Behrens, tal-Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens u tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier). Minn aktar informazzjoni pprovduta mill-Portugall, jidher li t-territorju tal-Azores għadu ħieles minn dawk l-organiżmi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Azores jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward ta' dawk l-organiżmi ta' ħsara mingħajr ebda limitu ta' żmien.

(4)

L-Irlanda u r-Renju Unit talbu li t-territorji tal-Irlanda u tal-Irlanda ta' Fuq, rispettivament, jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetta fir-rigward tal-Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u tal-Liriomyza trifolii (Burgess). Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar mill-2011 'il quddiem, l-Irlanda u mill-2012 fl-Irlanda ta' Fuq fir-Renju Unit, l-Irlanda u r-Renju Unit ippreżentaw evidenza li l-organiżmi ta' ħsara kkonċernati ma jokkorrux fit-territorji rispettivi, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli biex dawk l-organiżmi jistabbilixxu ruħhom hemmhekk. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat ulterjorment minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq fir-Renju Unit jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Liriomyza huidobrensis u tal-Liriomyza trifolii sat-30 ta' April 2020.

(5)

It-territorji tal-Irlanda, ta' Malta u tar-Renju Unit ġew rikonoxxuti sat-30 ta' April 2018 bħala żona protetta fir-rigward tal-Paysandisia archon (Burmeister). Minn aktar informazzjoni pprovduta mill-Irlanda, minn Malta u mir-Renju Unit, jidher li t-territorji tagħhom għadhom ħielsa minn dak l-organiżmu. Għalhekk, jenħtieġ li l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Paysandisia archon mingħajr ebda limitu ta' żmien.

(6)

It-territorji tal-Irlanda u tar-Renju Unit ġew rikonoxxuti sat-30 ta' April 2018 bħala żona protetta fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier). Minn aktar informazzjoni pprovduta mill-Irlanda u r-Renju Unit, jidher li t-territorji tagħhom għadhom ħielsa minn dak l-organiżmu. Għalhekk, jenħtieġ li l-Irlanda u r-Renju Unit jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus mingħajr ebda limitu ta' żmien.

(7)

It-territorji tar-Renju Unit ġie rikonoxxut sat-30 ta' April 2018 bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller u tal-“Candidatus Phytoplasma ulmi”. Minn aktar informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit, jidher li t-territorji tiegħu għadu ħieles minn dawk l-organiżmi ta' ħsara. Għalhekk, jenħtieġ li r-Renju Unit jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller u tal-“Candidatus Phytoplasma ulmi” mingħajr ebda limitu ta' żmien.

(8)

It-territorju tar-Renju Unit, bl-eċċezzjoni ta' ċerti żoni tal-awtoritajiet lokali, ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L. sat-30 ta' April 2018. Ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni li turi li t-Thaumetopoea processionea L. issa hija stabbilita fiż-żoni tal-awtorità lokali ta' Barking u Dagenham; Basildon; Basingstoke u Dene; Bexley; Bracknell Forest; Brentwood; Broxbourne; Castle Point; Chelmsford; Chiltem; Crawley; Dacorum; Dartford; East Hertfordshire; Enfield; Epping tal-Foresti; Gravesham; Greenwich; Harlow; Hart; Havering; Hertsmere; Horsham; Littlesford; Medway; Mid Sussex; Mole Valley; Newham; North Hertfordshire; Redbridge; Reigate u Banstead; Rushmoor; Sevenoaks; South Bedfordshire; South Bucks; St Albans; Surrey Heath; Tandridge; Three Rivers; Thurrock; Tonbridge u Malling; Waltham Forest; Watford; Waverley; Welwyn Hatfield; Windsor u Maidenhead, Wokingham u Wycombe. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni ma jibqgħux jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tar-Renju Unit u jiżdiedu mal-lista ta l-awtorità lokali fiż-żoni esklużi miż-żona protetta. Dik l-informazzjoni turi wkoll li l-kumplament tat-territorju tar-Renju Unit, li ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L. jidher li għadu ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat ulterjorment minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Renju Unit, bl-eċċezzjoni ta' ċerti żoni tal-awtoritajiet lokali, ikompli jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L. sat-30 ta' April 2020 biss.

(9)

Ċerti partijiet tat-territorju ta' Sqallija fl-Italja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta permanenti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. L-Italja ppreżentat informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hija stabbilita fil-muniċipalitajiet ta' Cesarò (Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (Provinċja ta' Catania) u Centuripe, Regalbuto u Troina (Provinċja ta' Enna) fi Sqalllija. Għalhekk jenħtieġ li l-muniċipalitajiet ta' Cesarò (Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, (Provinċja ta' Catania) u Centuripe u Regalbuto u Troina (Provinċja ta' Enna) ma jibqgħux jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tal-Italja fi Sqallija fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(10)

Barra minn hekk, ċerti partijiet tat-territorju tal-Italja ġew rikonoxxuti bħala żona protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta' April 2018. L-Italja ippreżentat informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hija stabbilita fil-provinċji ta' Parma u Piacenza, li huma l-uniċi partijiet li fadal tal-Emilia-Romagna li huma rikonoxxuti bħal żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. Għalhekk, jenħtieġ li l-Emilia Romagna ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Italja. Dik l-informazzjoni turi wkoll li l-kumplament tat-territorju tal-Italja li ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta' April 2018 jidher li għadu ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ jenħtieġ li jiġi mmonitorjat ulterjorment minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li t-territorju tal-Italja li ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta' April 2018, bl-eċċezzjoni ta' ċerti provinċji, inklużi dawk ta' Parma u Piacenza f'Emilia-Romagna, jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta' April 2020.

(11)

It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq, bl-eċċezzjoni ta' ċerti artijiet muniċipali, ġie rikonoxxut bħala parti miż-żona protetta tar-Renju Unit fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. Ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hija stabbilita wkoll f'partijiet tal-Irlanda ta' Fuq u talab għar-revoka tal-istatus ta' żona protetta għat-territorju kollu tal-Irlanda ta' Fuq. Għalhekk, jenħtieġ li l-Irlanda ta' Fuq ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tar-Renju Unit fir-rigward ta' Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(12)

It-territorji tal-Irlanda, tal-Litwanja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, bl-eċċezzjoni ta' ċerti żoni, ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta' April 2018. Minn aktar informazzjoni pprovduta mill-Irlanda, mil-Litwanja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja jidher li t-tifqigħat sporadiċi u iżolati ta' dak l-organiżmu ta' ħsara f'xi partijiet taż-żona protetta nqerdu jew qed jinqerdu u li l-kumplament tat-territorji tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' ċerti żoni, għadu ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara. Dik l-informazzjoni turi wkoll li s'issa l-ebda qerda tat-tifqigħa ma damet aktar minn sentejn. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ jenħtieġ li jiġi mmonitorjat ulterjorment minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li t-territorji tal-Irlanda, tal-Litwanja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, bl-eċċezzjoni ta' ċerti żoni, jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sat-30 ta' April 2020.

(13)

It-territorju tar-Renju Unit ġie rikonoxxut sat-30 ta' April 2018 bħala żona protetta fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. Minn aktar informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit, jidher li t-tifqigħat sporadiċi u iżolati ta' dak l-organiżmu ta' ħsara f'xi partijiet taż-żona protetta nqerdu jew qed jinqerdu u li l-kumplament tat-territorji tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' ċerti żoni, għadu ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara. Dik l-informazzjoni turi wkoll li s'issa l-ebda qerda tat-tifqigħa ma damet aktar minn sentejn. Madankollu, jeħtieġ li l-isforzi għall-qerda jisskotaw u li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ jenħtieġ li jiġi mmonitorjat ulterjorment minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-rikonoxximent tar-Renju Unit bħala żona protetta fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. jiġi estiż sal-30 ta' April 2020.

(14)

L-Irlanda ġiet rikonoxxuta sat-30 ta' April 2018 bħala żona protetta fir-rigward taċ-Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr. Minn aktar informazzjoni pprovduta mill-Irlanda, jidher li t-territorju tagħha għadu ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara. Għalhekk, jenħtieġ li l-Irlanda tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta' dawk l-organiżmi ta' ħsara mingħajr ebda limitu ta' żmien.

(15)

It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq fir-Renju Unit ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Gremmeniella abietina (Lag.) Morelet. Ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni li turi li l-Gremmeniella abietina (Lag.) Morelet issa hija stabbilita fl-Irlanda ta' Fuq. Għalhekk, jenħtieġ li l-Irlanda ta' Fuq ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Gremmeniella abietina (Lag.) Morelet.

(16)

It-territorju tal-Greċja, bl-eċċezzjoni ta' ċerti Unitajiet Reġjonali, ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus tristeza taċ-ċitru (varjanti Ewropej). Il-Greċja ppreżentat informazzjoni li turi li l-vajrus tristeza taċ-ċitru (varjanti Ewropej) issa huwa stabbilit ukoll fl-Unitajiet Reġjonali ta' Arta u Lakonia. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unitajiet Reġjonali ta' Arta u Lakonia ma jibqgħux jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-vajrus tristeza taċ-ċitru (varjanti Ewropej).

(17)

L-Iżvezja ġiet rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus li jdebbel u jtebba' t-tadam (Tomato spotted wilt virus). L-Iżvezja talbet ir-revoka tal-istatus tagħha ta' żona protetta minħabba livell insuffiċjenti ta' benefiċċju ekonomiku kontinwu. Għalhekk, jenħtieġ li l-Iżvezja ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus li jdebbel u jtebba' t-tadam (Tomato spotted wilt virus).

(18)

Għal raġunijeit ta' ċarezza, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 690/2008 jiġi sostitwit kollu kemm hu.

(19)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 690/2008 jiġi emendat skont dan.

(20)

Billi ċerti żoni ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 sat-30 ta' April 2018, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Mejju 2018 sabiex tkun żgurata l-kontinwità legali u sabiex jiġi evitat ix-xkiel fil-kummerċ.

(21)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 690/2008 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 690/2008 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

Żoni fil-komunità rikonoxxuti bħala “żoni protetti”, fir-rigward tal-organiżmu/i ta' ħsara elenkat(i) ħdejn isimhom

Organiżmi ta' ħsara

Żoni protetti: it-territorju ta'

(a)   

Insetti, dud żgħir u nematodi, fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom

1.

Anthonomus grandis (Boh.)

il-Greċja, Spanja (Andalusija, Katalonja, Extremadura, Murcia, Valenzja)

2.

Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej)

L-Irlanda, il-Portugall (Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho u Trás-os-Montes), l-Iżvezja, ir-Renju Unit

3.

Cephalcia lariciphila (Klug.)

L-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey)

3.1.

Daktulosphaira vitifoliae (Fitch)

Ċipru

4.

Dendroctonus micans Kugelan

L-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey)

4.1.

Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu

L-Irlanda, ir-Renju Unit

5.

Gilpinia hercyniae (Hartig)

L-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey)

6.

Globodera pallida (Stone) Behrens

Il-Latvja, il-Portugall (l-Azores), is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja

6.1.

Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens

Il-Portugall (l-Azores)

7.

Gonipterus scutellatus Gyll.

Il-Greċja, il-Portugall (l-Azores)

8.

Ips amitinus Eichhof

L-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit

9.

Ips cembrae Heer

L-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq u Isle of Man)

10.

Ips duplicatus Sahlberg

L-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit

11.

Ips sexdentatus Bőrner

L-Irlanda, Ċipru, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq u Isle of Man)

12.

Ips typographus Heer

L-Irlanda, ir-Renju Unit

13.

Leptinotarsa decemlineata Say

L-Irlanda, Spanja (Ibiza u Menorca), Ċipru, Malta, il-Portugall (l-Azores u Madeira), il-Finlandja (id-distretti ta' Åland, Häme, Kymi, Pirkanmaa, Satakunta, Turku, Uusimaa), l-Iżvezja (il-kontej ta' Blekinge, Gotland, Halland, Kalmar u Skåne), ir-Renju Unit

14.

Liriomyza bryoniae (Kaltenbach)

L-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq)

14.01.

Liriomyza huidobrensis (Blanchard)

L-Irlanda (sat-30 ta' April 2020), ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) (sat-30 ta' April 2020)

14.02

Liriomyza trifolii (Burgess)

L-Irlanda (sat-30 ta' April 2020), ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) (sat-30 ta' April 2020)

14.1.

Paysandisia archon (Burmeister)

L-Irlanda, Malta, ir-Renju Unit

14.2.

Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)

L-Irlanda, il-Portugall (l-Azores), ir-Renju Unit

15.

Sternochetus mangiferae Fabricius

Spanja (Granada u Málaga), il-Portugall (Alentejo, Algarve u Madeira)

15.1.

Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller

Ir-Renju Unit

16.

Thaumetopoea processionea L.

L-Irlanda, ir-Renju Unit (esklużi ż-żoni tal-awtorità lokali ta' Barking u Dagenham; Barnet; Basildon; Basingstoke and Dene; Bexley; Bracknell Forest; Brent; Brentwood; Bromley; Broxbourne; Camden; Castle Point; Chelmsford; Chiltem; City of London; City of Westminster; Crawley; Croydon; Dacorum; Dartford; Ealing; East Hertfordshire; Elmbridge District; Enfield; Epping Forest; Epsom and Ewell District; Gravesham; Greenwich; Guildford; Hackney; Hammersmith & Fulham; Haringey; Harlow; Harrow; Hart; Havering; Hertsmere; Hillingdon; Horsham; Hounslow; Islington; Kensington & Chelsea; Kingston upon Thames; Lambeth; Lewisham; Littlesford; Medway; Merton; Mid Sussex; Mole Valley; Newham; North Hertfordshire; Reading; Redbridge; Reigate and Banstead; Richmond Upon Thames; Runnymede District; Rushmoor; Sevenoaks; Slough; South Bedfordshire; South Bucks; South Oxfordshire; Southwark; Spelthorne District; St Albans; Sutton; Surrey Heath; Tandridge; Three Rivers; Thurrock; Tonbridge and Malling; Tower Hamlets; Waltham Forest; Wandsworth; Watford; Waverley; Welwyn Hatfield; West Berkshire; Windsor and Maidenhead; Woking, Wokingham u Wycombe) (sat-30 ta' April 2020)

(b)   

Batterji

01.

Candidatus Phytoplasma ulmi’

Ir-Renju Unit

1.

Curtobacterium flaccumfaciens pv. flaccumfaciens (Hedges) Col.

Il-Greċja, Spanja

2.

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

L-Estonja, Spanja (ħlief il-komunitajiet awtonomi ta' Andalusija, Aragón, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, il-komunità awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-provinċja ta' Lleida (il-Komunità awtonoma tal-Katalonja); u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia u Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante (Comunidad Valenciana)), Franza (Korsika), l-Italja (Abruzzo, Basilicata, Calabria, Campania, Lazio, Liguria, Marche, Molise, Piemonte (għajr il-komuni ta' Busca, Centallo u Tarantasca fil-provinċja ta' Cuneo), Sardinja, Sqallija (esklużi l-komuni ta' Cesarò (il-provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (il-provinċja ta' Catania) u Centuripe u Regalbuto, Troina (il-provinċja ta' Enna)), Toscana, Umbria, Valle d'Aosta), il-Latvja, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit (Isle of Man; iċ-Channel Islands),

u, sat-30 ta' April 2020, l-Irlanda (bl-eċċezzjoni ta' Galway city), l-Italja (Apúlia, Lombardia (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Milano, Mantua, Sondrio u Varese), Veneto (bl-eċċezzjoni tal-provinċji ta' Rovigo u Venezja, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), il-Litwanja (bl-eċċezzjoni tal-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-rejun ta' Kaunas)), is-Slovenja (bl-eċċezzjoni tar-regjuni Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u l-komuni ta' Lendava u Renče-Vogrsko (fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 H4)), is-Slovakkja (bl-eċċezzjoni tal-kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov))

3.

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

Ir-Renju Unit (sat-30 ta' April 2020)

(c)   

Faqqiegħ

01.

Ceratocystis platani (J.M.Walter) Engelbr. & T.C.Harr.

L-Irlanda, ir-Renju Unit

02.

Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr.

Ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Iżvezja, ir-Renju Unit

1.

Glomerella gossypii Edgerton

Il-Greċja

2.

Gremmeniella abietina (Lag.) Morelet.

L-Irlanda

3.

Hypoxylon mammatum (Wahlenberg) J. Miller

L-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq)

(d)   

Vajrusis u organiżmi li jixbhu l-vajrus

1.

Il-vajrus beet necrotic yellow vein

L-Irlanda, Franza (il-Bretanja), il-Portugall (l-Azores), il-Finlandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq)

3.

Il-vajrus tas-Citrus tristeza (European strains)

Il-Greċja (ħlief l-Unitajiet Reġjonali ta' Argolida, Arta, Chania u Lakonia), Malta, il-Portugall (ħlief Algarve, Madeira u l-kontea ta' Odemira f'Alentejo)

4.

Il-Grapevine flavescence dorée MLO

Ir-Repubblika Ċeka, Franza (Alsace, Champagne-Ardenne, Picardie (département de l'Aisne), Ile de France (il-komuni ta' Citry, Nanteuil-sur-Marne u Saâcy-sur- Marne) u Lorraine), l-Italja (Apúlia, Sardinja u Basilicata)