|
24.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/756
tat-23 ta' Mejju 2018
li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-notifika ta' bidu”), il-bidu ta' proċediment antisussidji fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina wara lment ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2017 mill-Bord Ewropew tal-Bijodiżil (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' bijodiżil. |
1. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(2) |
Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, f'forma pura jew kif inklużi f'taħlita, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċijiet TARIC 1516209821, 1516209829 u 1516209830), ex 1518 00 91 (kodiċijiet TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (kodiċijiet TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (kodiċijiet TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (kodiċijiet TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (kodiċijiet TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (kodiċijiet TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 99 92 (kodiċijiet TARIC 3824999210, 3824999212 u 3824999220), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (kodiċijiet TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030) u li joriġinaw fl-Arġentina. Dawn il-kodiċijiet NM u TARIC jingħataw għall-informazzjoni biss. |
2. TALBA
|
(3) |
L-ilmentatur l-ewwel talab lill-Kummissjoni tirreġistra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-ilment. Imbagħad fil-21 ta' Frar 2018, l-ilmentatur ippreżenta talba għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Sussegwentement, l-ilmentatur ipprovda kummenti addizzjonali u aġġorna l-informazzjoni, fost l-oħrajn, f'sottomissjonijiet bid-data tas-16 ta' Marzu 2018 u s-27 ta' Marzu 2018, rispettivament. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament bażiku. |
3. RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(4) |
Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' din ir-reġistrazzjoni, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament bażiku jkunu ssodisfati. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni. |
|
(5) |
Skont l-ilmentatur, ir-reġistrazzjoni hija ġġustifikata billi hemm biżżejjed evidenza ta' riskju reali u sinifikanti ta' dannu serju li jiġi kkawżat lill-industrija tal-bijodiżil tal-Unjoni minn importazzjonijiet kbar ħafna ta' bijodiżil sussidjat fi żmien qasir, b'mod partikolari mill-2018 (jiġifieri wara l-perjodu ta' investigazzjoni, “ta' wara l-PI”). L-ilmentatur jallega wkoll li hemm biżżejjed evidenza ta' importazzjonijiet sussidjati ta' bijodiżil mill-Arġentina, ta' ċirkostanzi kritiċi li jirriżultaw minn importazzjonijiet sussidjati bħal dawn u tal-bidu tal-materjalizzazzjoni tad-dannu minħabba importazzjonijiet sussidjati. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talba wkoll fid-dawl tal-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ġbir tad-dazji fuq importazzjonijiet irreġistrati. L-analiżi qieset ukoll il-kummenti mibgħuta minn Camara Argentina de Biocombustibiles (“CARBIO”) fil-21 ta' Marzu 2018 u l-Gvern tal-Arġentina fit-3 ta' April 2018, fejn sostnew, fost l-oħrajn, li t-talba tal-ilmentatur għar-reġistrazzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 16(4) u 24(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(7) |
Kif spjegat fil-premessi (8) sa (16), il-Kummissjoni kkunsidrat is-sottomissjonijiet kollha u kkunsidrat jekk hemmx biżżejjed evidenza li se jkun hemm ċirkostanzi kritiċi fejn huwa kkawżat dannu għall-prodott ikkonċernat li huwa diffiċli li jiġi rrimedjat minħabba importazzjonijiet kbar ħafna, fi żmien relattivament qasir ta' prodott li jkun gawda minn minn sussidji kumpensabbli, u jekk jistax jitqies neċessarju li jiġu vvalutati dazji kumpensatorji b'mod retroattiv fuq dawk l-importazzjonijiet sabiex tiġi evitata r-rikorrenza ta' dannu bħal dan. |
3.1. Ċirkostanzi kritiċi fejn ikun ġie kkawżat dannu, li jkun diffiċilment rimedjabbli, minn importazzjonijiet kbar ħafna, fi żmien relattivament qasir, ta' prodott sussidjat
|
(8) |
Fir-rigward tas-sussidjar, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li tissuġġerixxi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Arġentina qed jiġu sussidjati. Is-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, fi:
|
|
(9) |
L-evidenza tas-sussidjar tqiegħdet għad-dispożizzjoni fil-verżjoni miftuħa tal-ilment u kompliet tiġi analizzata fil-memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza. |
|
(10) |
Huwa allegat li l-miżuri deskritti fil-premessa (8) jammontaw għal sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern tal-Arġentina jew minn gvernijiet reġjonali oħra (inklużi korpi pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. Il-miżuri huma allegatament limitati għal ċerti impriżi jew industriji jew grupp ta' impriżi u, għaldaqstant, huma speċifiċi u kumpensabbli. |
|
(11) |
Għalhekk, f'dan l-istadju l-evidenza disponibbli tissuġġerixxi li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat qed jibbenefikaw minn sussidji kumpensabbli. |
|
(12) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-aħħar informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur fit-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni, (3) il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-prattiki ta' sussidjar tal-produtturi esportaturi qed jibdew jikkawżaw dannu materjali (u mhux biss theddid ta' dannu materjali) lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(13) |
It-talba għar-reġistrazzjoni, flimkien mal-informazzjoni ppreżentata sussegwentement, tipprovdi biżżejjed evidenza taċ-ċirkostanzi kritiċi, fejn lejn tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“PI”) (l-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017) u l-ewwel kwart (Jannar 2018 – Marzu 2018) tal-perjodu wara l-PI, dannu, li se jkun diffiċli jissewwa, beda jimmaterjalizza. |
|
(14) |
Fil-fatt, dan id-dannu huwa kkawżat minn importazzjonijiet kbar ħafna, li jibbenefikaw minn sussidji kumpensabbli, f'perjodu relattivament qasir. L-evidenza turi żieda kbira ħafna ta' importazzjonijiet f'termini assoluti u f'termini tas-sehem mis-suq fil-perjodu bejn Awwissu 2017 u l-ewwel kwart tal-perjodu wara l-PI. B'mod speċifiku, l-evidenza disponibbli turi li importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Arġentina żdiedu minn 0 tunnellata f'Awwissu 2017 għal 410 600 tunnellata (4) fl-ewwel kwart tal-perjodu wara l-PI, b'żieda korrispondenti fis-sehem mis-suq minn 0 % sa 10 % (5). Evidenza addizzjonali li waslet turi li bejn Settembru 2017 u Frar 2018, l-Arġentina esportat 837 000 tunnellata tal-prodott ikkonċernat, fatt li juri li importazzjonijiet sostanzjali oħra huma mistennija fil-perjodu wara Frar 2018 (6). |
|
(15) |
L-evidenza turi wkoll li ż-żieda kbira ħafna fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Arġentina qed tibda twassal għal effetti negattivi sostanzjali fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni inklużi livelli mnaqqsa ta' prezzijiet. Bejn l-1 ta' Settembru 2017 u l-31 ta' Marzu 2018, il-prezzijiet tal-bijodiżil FAME (esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin) naqsu bi 12,3 % (7). |
|
(16) |
Barra minn hekk, evidenza ppreżentata mill-ilmentatur fit-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni turi li s-sitwazzjoni tas-suq li qed tiddeterjora qed tirriżulta fi tnaqqis ippjanat tal-produzzjoni u/jew rikors għal attività parzjali f'tal-inqas żewġ kumpaniji fl-Unjoni. Dan se jwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni u se jkollu impatt negattiv fuq l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni. |
|
(17) |
Finalment, il-Kummissjoni vvalutat jekk id-dannu materjali li beda jimmaterjalizza wara l-perjodu ta' investigazzjoni huwiex diffiċli li jiġi rimedjat. F'dan ir-rigward, jiġi nnotat li l-prodott ikkonċernat huwa sensittiv ħafna għal bidliet fil-prezz, kif muri mil-livell baxx ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat wara l-impożizzjoni ta' dazji antidumping fl-2013 (8) u ż-żieda sussegwenti fl-importazzjonijiet wara t-tnaqqis tad-dazji antidumping f'Settembru 2017 (9). Hemm riskju li għadd dejjem akbar ta' produtturi tal-Unjoni se jbatu minn tnaqqis fil-bejgħ u fil-livelli ta' produzzjoni jekk l-importazzjonijiet ikomplu fil-livelli ogħla attwali bi prezzijiet allegatament sussidjati mill-Arġentina kif muri sa issa. Huwa ċar li r-riskju se jkollu impatt negattiv fuq l-impjieg u fuq il-prestazzjoni kumplessiva tal-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, id-dħul imnaqqas u t-telf permanenti tas-sehem mis-suq, jikkostitwixxi dannu materjali li huwa diffiċli li jiġi rimedjat. |
3.2. Preklużjoni ta' rikorrenza tad-dannu
|
(18) |
Minħabba d-data stabbilita fil-premessi (14) u (15) u l-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-premessa (17), il-Kummissjoni qieset li kien hemm bżonn li tħejji l-impożizzjoni retroattiva potenzjali tal-miżuri billi timponi reġistrazzjoni sabiex tipprekludi r-rikorrenza ta' dannu bħal dan. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet tas-suq ta' wara l-PI pjuttost jikkonfermaw li, fl-ewwel kwart tal-2018, is-sitwazzjoni tal-industrija domestika diġà kienet qed tiddeterjora minħabba żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet sussidjati. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-industrija domestika ssofri dannu materjali fi tmiem l-investigazzjoni attwali, il-ġbir tad-dazji kumpensatorji fuq importazzjonijiet reġistrati jista' jitqies xieraq biex jipprekludi r-rikorrenza ta' tali dannu. |
4. PROĊEDURA
|
(19) |
Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn jinħtieġ li jinstemgħu. |
5. REĠISTRAZZJONI
|
(20) |
Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jinħtieġ li jkunu soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiżguraw li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji kompensatorji, dawk id-dazji jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jintlaħqu, jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. |
|
(21) |
Kull responsabbiltà għall-ġejjieni tiġi mis-sejbiet tal-investigazzjoni. |
|
(22) |
F'dan l-istadju tal-investigazzjoni għadu mhuwiex possibbli li jiġi stmat b'mod preċiż l-ammont ta' sussidjar. L-allegazzjoni fl-ilment li jitlob it-tnedija ta' investigazzjoni antisussidji rreferiet għall-Istati Uniti tal-Amerika li jimponu dazji definitivi kontra importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil mill-Arġentina li jvarjaw minn 71,45 % sa 72,28 % fid-9 ta' Novembru 2017. Fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-investigazzjoni, il-livell preliminari ta' eliminazzjoni tad-dannu huwa ta' 29,5 %. Bl-informazzjoni disponibbli f'dan l-istadju, l-ammont ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stabbilit fil-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, jiġifieri 29,5 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat. |
6. PROĊESSAR TA' DATA PERSONALI
|
(23) |
Kull data personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtoritajiet doganali huma hawnhekk ordnati, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 2016/1037, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta'esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta'oriġini mhux mill-fossili, f'forma pura jew kif inklużi f'taħlita, li attwalment jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċijiet TARIC 1516209821, 1516209829 u 30) 1516 20 98, ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (kodiċi TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (kodiċijiet TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (kodiċijiet TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (kodiċijiet TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (kodiċijiet TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 99 92 (kodiċijiet TARIC 3824999210, 3824999212 u 3824999220), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (kodiċijiet TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030), u li joriġinaw fl-Arġentina.
2. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, jipprovdu evidenza ta' sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 21 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) ĠU C 34, 31.1.2018, p. 37.
(3) Il-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun huma membri tal-ilmentatur, il-Bord Ewropew tal-Bijodiżil.
Sors: il-bażi tad-data Surveillance 2.
(5) Il-konsum tal-UE huwa bbażat fuq data li tinsab fl-ilment.
Sors: Bażi tad-data tal-istatistika dwar l-esportazzjoni mill-Arġentina [https://comex.indec.gov.ar/search/exports/2018/M/38260000/C].
Sors: https://www.neste.com/en/corporate-info/investors/market-data/biodiesel-prices-sme-fame.
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2.
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1578 tat-18 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, ĠU L 239, 19.9.2017, p. 9.
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.