18.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/89


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/733

tas-17 ta' Mejju 2018

li jemenda għall-284 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fid-9 ta' Mejju 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda erba' entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Id-dejta ta' identifikazzjoni tal-entrati segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

(a)

“Ruben Pestano Lavilla, Jr (alias (a) Reuben Lavilla, (b) Sheik Omar, (c) Mile D Lavilla, (d) Reymund Lavilla, (e) Ramo Lavilla, (f) Mike de Lavilla, (g) Abdullah Muddaris, (h) Ali Omar, (i) Omar Lavilla, (j) Omar Labella, (k) So, (l) Eso, (m) Junjun). Titolu: Sheik. Indirizz: 10th Avenue, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Data tat-twelid: 4.10.1972. Post tat-twelid: Sitio Banga Maiti, Barangay Tranghawan, Lambunao, Iloilo, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: (a) MM611523 (Passaport Filipin, 2004); (b) EE947317 (Passaport Filipin 2000-2001); (c) P421967 (numru tal-passaport Filippin (1995- 1997). Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat ma' Khadafi Abubakar Janjalani u mal-International Islamic Relief Organisation, il-Filippini, uffiċji tal-friegħi; (b) Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 4.6.2008.”

tinbidel b'dan li ġej:

“Ruben Pestano Lavilla, Jr (alias (a) Reuben Lavilla, (b) Sheik Omar, (c) Mile D Lavilla, (d) Reymund Lavilla, (e) Ramo Lavilla, (f) Mike de Lavilla, (g) Abdullah Muddaris, (h) Ali Omar, (i) Omar Lavilla, (j) Omar Labella, (k) So, (l) Eso, (m) Junjun). Titolu: Sheik. Indirizz: 10th Avenue, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Data tat-twelid: 4.10.1972. Post tat-twelid: Sitio Banga Maiti, Barangay Tranghawan, Lambunao, Iloilo, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: (a) MM611523 (Passaport Filipin, 2004); (b) EE947317 (Passaport Filipin 2000-2001); (c) P421967 (numru tal-passaport Filippin (1995- 1997). Informazzjoni oħra: Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.”

(b)

“Ibrahim Hassan Tali Al-Asiri (magħruf ukoll bħala (a) Ibrahim Hassan Tali Asiri, (b) Ibrahim Hasan Talea Aseeri, (c) Ibrahim Hassan al-Asiri, (d) Ibrahim Hasan Tali Asiri, (e) Ibrahim Hassan Tali Assiri, (f) Ibrahim Hasan Tali'A 'Asiri, (g) Ibrahim Hasan Tali al-'Asiri, (h) Ibrahim al-'Asiri, (i) Ibrahim Hassan Al Asiri, (j) Abu Saleh, (k) Abosslah, (l) Abu-Salaah). Indirizz: Jemen. Data tat-twelid: (a) 19.4.1982, (b) 18.4.1982, (c) 24.6.1402 (Kalendarju Hijri). Post tat-twelid: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-passaport: F654645 (Numru tal-passaport tal-Arabja Sawdija, maħruġ fit-30.4.2005, skada fis-7.3.2010, data tal-ħruġ fil-Kalendarju Hijri 24/06/1426, data tal-iskadenza fil-Kalendarju Hijri 21/03/1431). In-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1028745097 (Numru ta' identifikazzjoni ċivili Sawdi). Informazzjoni oħra: (a) Element operattiv u manifattur prinċipali ta' bombi ta' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija; (b) Hu maħsub li jinsab moħbi fil-Jemen f'Marzu 2011; (c) Imfittex mill-Arabja Sawdija; (d) Assoċjat ukoll ma' Nasir 'abd-al-Karim 'Abdullah Al-Wahishi, Qasim Yahya Mahdi al-Rimi u Anwar Nasser Abdulla Al-Aulaqi. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.3.2011.”

tinbidel b'dan li ġej:

“Ibrahim Hassan Tali Al-Asiri (magħruf ukoll bħala (a) Ibrahim Hassan Tali Asiri, (b) Ibrahim Hasan Talea Aseeri, (c) Ibrahim Hassan al-Asiri, (d) Ibrahim Hasan Tali Asiri, (e) Ibrahim Hassan Tali Assiri, (f) Ibrahim Hasan Tali'A 'Asiri, (g) Ibrahim Hasan Tali al-'Asiri, (h) Ibrahim al-'Asiri, (i) Ibrahim Hassan Al Asiri, (j) Abu Saleh, (k) Abosslah, (l) Abu-Salaah). Indirizz: Jemen. Data tat-twelid: (a) 19.4.1982, (b) 18.4.1982, (c) 24.6.1402 (Kalendarju Hijri). Post tat-twelid: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-passaport: F654645 (Numru tal-passaport tal-Arabja Sawdija, maħruġ fit-30.4.2005, skada fis-7.3.2010, data tal-ħruġ fil-Kalendarju Hijri 24/06/1426, data tal-iskadenza fil-Kalendarju Hijri 21/03/1431). In-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1028745097 (Numru ta' identifikazzjoni ċivili Sawdi). Informazzjoni oħra: Hu maħsub li jinsab moħbi fil-Jemen f'Marzu 2011; Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.3.2011.”

(2)

Id-dejta ta' identifikazzjoni għall-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” qiegħda tiġi emendata kif ġej:

(a)

“Al-Haramain Islamic Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: 64 Poturmahala, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Informazzjoni oħra: L-impjegati u l-assoċjati jinkludu Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.3.2002.”

tinbidel b'dan li ġej:

“Al-Haramain Islamic Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: 64 Poturmahala, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 13.3.2002.”

(b)

“Il-Moviment Rajah Solaiman (alias (a) Rajah Solaiman Islamic Movement, (b) Rajah Solaiman Revolutionary Movement). Indirizz: (a) Barangay Mal-Ong, Anda, il-Provinċja ta' Pangasinan, il-Filippini; (b) Sitio Dueg, Barangay Maasin, San Clemente, il-Provinċja ta' Tarlac, il-Filippini; (c) Nru 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Informazzjoni oħra: (a) Mwaqqaf u mexxi minn Hilarion Del Rosario Santos III; (b) Assoċjat mal-Grupp Abu Sayyaf u Jemaah Islamiyah, International Islamic Relief Organisation, il-Filippini, uffiċċji tal-friegħi u Khadafi Abubakar Janjalani. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 4.6.2008.”

tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Moviment Rajah Solaiman (alias (a) Rajah Solaiman Islamic Movement, (b) Rajah Solaiman Revolutionary Movement). Indirizz: (a) Barangay Mal-Ong, Anda, il-Provinċja ta' Pangasinan, il-Filippini; (b) Sitio Dueg, Barangay Maasin, San Clemente, il-Provinċja ta' Tarlac, il-Filippini; (c) Nru 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Informazzjoni oħra: Imwaqqaf u mmexxi minn Hilarion Del Rosario Santos III. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.”