17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/724

tas-16 ta' Mejju 2018

dwar ċerti miżuri ta' politika kummerċjali li jikkonċernaw ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Marzu 2018, l-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) adottaw miżuri ta' salvagwardja fl-għamla ta' żieda fit-tariffa fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar u tal-aluminju, effettiva mit-23 ta' Marzu 2018 u b'durata illimitata. Fit-22 ta' Marzu, id-data effettiva taż-żieda fit-tariffa fir-rigward tal-Unjoni Ewropea ġiet differita għall-1 ta' Mejju 2018.

(2)

Minkejja li l-Istati Uniti kkaratterizzaw dawn il-miżuri bħala miżuri ta' sigurtà, essenzjalment dawn huma miżuri ta' salvagwardja. Jikkonsistu f'azzjoni korrettiva li tfixkel il-bilanċ tal-konċessjonijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u jirrestrinġu l-importazzjonijiet għall-fini tal-protezzjoni tal-industrija domestika kontra l-kompetizzjoni barranija, f'ġieħ il-prosperità kummerċjali ta' dik l-industrija. L-eċċezzjonijiet tas-sigurtà tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (“il-GATT tal-1994”) la japplikaw u lanqas jiġġustifikaw tali miżuri ta' salvagwardja, u ma għandhom l-ebda rilevanza fuq id-dritt tal-ibbilanċjar mill-ġdid skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO.

(3)

Il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji jipprevedi d-dritt ta' kull Membru esportatur milqut minn miżura ta' salvagwardja li jissospendi l-applikazzjoni ta' konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew ta' obbligi oħra għall-kummerċ tal-Membru tad-WTO li japplika l-miżura ta' salvagwardja, dment li ma tintlaħaq ebda soluzzjoni sodisfaċenti matul il-konsultazzjonijiet u li l-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija ma jkunx kontra dan.

(4)

Il-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni kif previsti fl-Artikoli 8 u 12.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji ma laħqu ebda soluzzjoni sodisfaċenti (2).

(5)

Is-sospensjoni mill-Unjoni ta' konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew ta' obbligi oħra għandha ssir wara li jaslu fi tmiemhom it-30 jum wara n-notifika tagħha lill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija, dment li l-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija ma jkunx kontra dan. Il-Ftehim tad-WTO jippermetti l-eżerċitar tad-dritt tas-sospensjoni (a) immedjatament, dment li l-miżura ta' salvagwardja ma tkunx ittieħdet b'riżultat ta' żieda assoluta fl-importazzjonijiet, jew ma tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jew (b) wara li jiskadi perjodu ta' tliet snin mill-applikazzjoni tal-miżura ta' salvagwardja.

(6)

Il-Kummissjoni teżerċita d-dritt li tissospendi l-applikazzjoni ta' konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew ta' obbligi oħra bl-intenzjoni ta' bbilanċjar mill-ġdid tal-konċessjonijiet jew ta' obbligi oħra fir-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, abbażi tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014. L-azzjoni adattata hija f'għamla ta' miżuri tal-politika kummerċjali li jistgħu jkunu jikkonsistu minn, fost l-oħrajn, is-sospensjoni tal-konċessjonijiet għat-tariffi u l-impożizzjoni ta' dazji doganali ġodda jew miżjuda.

(7)

Hija u tfassal u tagħżel il-miżuri adattati ta' politika kummerċjali, il-Kummissjoni tapplika l-kriterji oġġettivi f'konformità mal-Artikolu 4(2)(c) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014, li jinkludu skont ir-rilevanza, il-proporzjonalità ta' kull miżura, il-potenzjal tagħhom li joffru solliev għall-industriji tal-Unjoni milquta mill-miżuri ta' salvagwardja, u l-għan li l-impatt ekonomiku negattiv fuq l-Unjoni jkun imminimizzat, inkluż fir-rigward tal-materja prima essenzjali.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 654/2014, il-Kummissjoni tat opportunità lill-partijiet ikkonċernati li jesprimu l-fehmiet tagħhom u jippreżentaw informazzjoni li tirrigwarda l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni f'dan ir-rigward (3).

(9)

Il-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti għandhom il-kapaċità li jkollhom impatt ekonomiku negattiv konsiderevoli fuq l-industriji tal-Unjoni kkonċernati. Dawn jillimitaw b'mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tal-Unjoni tal-prodotti kkonċernati tal-azzar u tal-aluminju lejn l-Istati Uniti. L-importazzjonijiet milquta tal-Unjoni tal-prodotti rilevanti tal-azzar u tal-aluminju kienu jammontaw għall-valur ta' minn tal-anqas EUR 6,41 biljun fl-2017 (li minnhom EUR 5,30 biljun kienu f'importazzjonijiet totali ta' azzar u EUR 1,11 biljun f'importazzjonijiet totali tal-aluminju).

(10)

Għaldaqstant, sospensjoni tal-konċessjonijiet tal-kummerċ fuq ċerti prodotti sa livell li jirrifletti u ma jaqbiżx l-ammont li jkun jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dazji tal-Istati Uniti fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-azzar u tal-aluminju mill-Unjoni fl-Istati Uniti tirrappreżenta sospensjoni adattata tal-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tal-kummerċ sostanzjalment ekwivalenti f'konformità mal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji.

(11)

Sussegwentement, permezz ta' att ta' implimentazzjoni separat, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timplimenta s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tal-kummerċ, jekk ikun hemm bżonn jew sa fejn ikun hemm bżonn, permezz tal-applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali fuq ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti importati fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-kamp ta' applikazzjoni, u b'riflessjoni tar-rekwiżiti taż-żmien deskritti fil-premessa (5), skont jekk l-Istati Uniti jeskludux ċerti prodotti jew kumpaniji mill-miżuri ta' salvagwardja.

(12)

Filwaqt li jkunu riflessi r-rekwiżiti taż-żmien deskritti fil-premessa (5), jenħtieġ li japplikaw id-dazji doganali addizzjonali, jekk ikun hemm bżonn jew sa fejn ikun hemm bżonn, f'żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, id-dazji ad valorem ta' rata massima ta' 25 % fuq importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I, jistgħu jiġu applikati immedjatament u sakemm l-Istati Uniti jieqfu japplikaw il-miżuri ta' salvagwardji tagħhom għall-prodotti mill-Unjoni.

(13)

L-ammont totali ta' dazji ad valorem fl-ewwel stadju jirrifletti ż-żieda fit-tariffa tal-Istati Uniti ta' 25 % fuq l-importazzjonijiet ta' “prodotti ċatti tal-karbonju u tal-azzar illigat” u “prodotti twal tal-karbonju u tal-azzar illigat” (4) mill-Unjoni fl-Istati Uniti (valur totali ta' EUR 2,83 biljun f'importazzjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Uniti fl-2017). Dawn huma l-prodotti tal-azzar li dwarhom il-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti ma ttieħdux minħabba żieda assoluta fl-importazzjonijiet.

(14)

Fit-tieni stadju, dazji ad valorem addizzjonali ulterjuri ta' rata massima ta' 10 %, 25 %, 35 % u 50 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II, jistgħu jiġu applikati mit-23 ta' Marzu 2021 jew malli sseħħ l-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO li l-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti huma inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jew malli jkun innotifikat biha, jekk dan iseħħ qabel, sakemm il-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti jieqfu japplikaw.

(15)

L-ammont totali ta' dazji ad valorem fit-tieni stadju jirrifletti ż-żieda fit-tariffa tal-Istati Uniti ta' 10 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-aluminju (5) u ta' 25 % fuq l-importazzjonijiet ta' “prodotti ta' pajpijiet u tubi tal-karbonju u tal-azzar illigat”, “prodotti nofshom maħduma tal-karbonju u l-azzar illigat” u “prodotti tal-azzar inossidabbli” (6) mill-Unjoni fl-Istati Uniti (valur totali ta' EUR 3,58 biljun f'importazzjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Uniti fl-2017 li minnu EUR 2,47 biljun huma importazzjonijiet tal-azzar u EUR 1,11 biljun huma importazzjonijiet tal-aluminju). Dawn huma l-prodotti li jidher li kien hemm żieda assoluta fl-importazzjonijiet tagħhom.

(16)

Il-miżuri ta' politika kummerċjali u l-prodotti kkonċernati ntgħażlu f'konformità mal-kriterji tal-Artikolu 4(2)(c) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014.

(17)

Billi ma jaqbżux il-valur tal-importazzjonijiet tal-Unjoni milquta mill-miżuri ta' salvagwardja kif deskritt fil-premessi (9) u (10), il-miżuri ta' politika kummerċjali huma proporzjonati mal-effett tal-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti u mhumiex eċċessivi. Apparti hekk, wieħed josserva li hija biss frazzjoni tal-valur totali disponibbli li inizjalment se tkun eżerċitata, kif deskritt fil-premessi (12) u (13).

(18)

Il-miżuri ta' politika kummerċjali għandhom ikunu ta' ftit solliev għall-industriji tal-azzar u tal-aluminju tal-Unjoni milquta mill-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti.

(19)

Jenħtieġ li l-miżuri ta' politika kummerċjali japplikaw għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti li l-Unjoni mhijiex sostanzjalment dipendenti fuqhom għall-provvista tagħha. Il-miżuri ta' politika kummerċjali jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward tas-setturi tal-azzar u tal-azzar u l-aluminju. Dan l-approċċ jevita kemm jista' jkun impatt negattiv fuq l-atturi diversi fis-suq tal-Unjoni, inklużi l-konsumaturi.

(20)

Prodotti li qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ dan ir-Regolament kienet inħarġitilhom liċenzja ta' importazzjoni b'eżenzjoni mid-dazju jew bi tnaqqis minnu, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dawn id-dazji doganali addizzjonali.

(21)

Prodotti li dwarhom l-importaturi jistgħu jippruvaw li ġew esportati mill-Istati Uniti lejn il-Unjoni qabel id-data ta' applikazzjoni tad-dazji doganali addizzjonali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għad-dazji doganali addizzjonali.

(22)

Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għall-kwistjoni tal-konsistenza tal-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO.

(23)

Fid-dawl tal-limiti ta' żmien applikabbli tad-WTO u tan-natura preliminari ta' dan l-att, ikun jixraq li dan ikun jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(24)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, imwaqqaf permezz tar-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni għandha, immedjatament u f'kull każ, mhux aktar tard mit-18 ta' Mejju 2018, tagħti avviż bil-miktub lill-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija, li fin-nuqqas ta' diżapprovazzjoni mill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija, l-Unjoni tissospendi, mill-20 ta' Ġunju 2018, l-applikazzjoni għall-kummerċ tal-Istati Uniti ta' konċessjonijiet ta' dazji tal-importazzjoni skont il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II, b'tali mod li tippermetti l-applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti.

Artikolu 2

L-applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali fuq dawn il-prodotti, permezz ta' att ta' implimentazzjoni sussegwenti tal-Kummissjoni, għandha sseħħ fil-limiti tal-parametri li ġejjin, u tqis kull esklużjoni sussegwenti ta' ċerti prodotti jew kumpaniji mill-miżuri ta' salvagwardja min-naħa tal-Istati Uniti:

(a)

Fl-ewwel stadju, dazju ad valorem addizzjonali ta' rata massima ta' 25 % jista' jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I mill-20 ta' Ġunju 2018.

(b)

Fit-tieni stadju, dazju ad valorem addizzjonali ulterjuri ta' rata massima ta' 10 %, 25 %, 35 % jew 50 % jista' jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II:

mit-23 ta' Marzu 2021; jew

mill-ħames jum wara d-data tal-adozzjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, jew in-notifika lilu, ta' deċiżjoni li l-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti huma inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jekk din id-data tiġi qabel. Fl-eventwalità li jseħħ dan tal-aħħar, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż li jindika d-data li fiha tiġi adottata jew innotifikata t-tali deċiżjoni.

Artikolu 3

Is-sospensjoni prevista fl-Artikolu 1 tista' tiġi eżerċitata sakemm, u sa fejn, l-Istati Uniti japplikaw jew japplikaw mill-ġdid il-miżuri ta' salvagwardja tagħhom b'mod li jkollu effett fuq il-prodotti mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data li fiha l-Istati Uniti jkunu waqfu japplikaw il-miżuri ta' salvagwardja tagħhom.

Artikolu 4

1.   Il-prodotti elenkati fl-Annessi, li qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, kienet inħarġitilhom liċenzja ta' importazzjoni b'eżenzjoni mid-dazju jew bi tnaqqis minnu, għandhom ikunu soġġetti għal dawn id-dazji doganali addizzjonali.

2.   Il-prodotti elenkati fl-Annessi li dwarhom l-importaturi jistgħu jippruvaw li ġew esportati mill-Istati Uniti lejn il-Unjoni qabel id-data li fiha jkun ġie applikat dazju addizzjonali fir-rigward ta' dak il-prodott ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50.

(2)  Fis-16 ta' April 2018 intalbu konsultazzjonijiet mill-Unjoni. Ma ntlaħaqx ftehim u l-perjodu ta' 30 jum għall-konsultazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji ġie fi tmiemu.

(3)  http://trade.ec.europa.eu/consultations/index.cfm?consul_id=253

(4)  Il-prodotti li rrefera għalihom ir-Rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-11 ta' Jannar 2018 (https://www.commerce.gov/sites/commerce.gov/files/the_effect_of_imports_of_steel_on_the_national_security_-_with_redactions_-_20180111.pdf)

(5)  Prodotti li rrefera għalihom ir-Rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tas-17 ta' Jannar 2018 (https://www.commerce.gov/sites/commerce.gov/files/the_effect_of_imports_of_aluminum_on_the_national_security_-_with_redactions_-_20180117.pdf)

(6)  Ibid in-nota 4 f'qiegħ il-paġna.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (kodifikazzjoni) (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).


ANNESS I

Prodotti li jistgħu jkunu soġġetti għal dazji addizzjonali mill-20 ta' Ġunju 2018

NM 2018 (1)

Dazju addizzjonali

0710 40 00

25 %

0711 90 30

25 %

0713 33 90

25 %

1005 90 00

25 %

1006 30 21

25 %

1006 30 23

25 %

1006 30 25

25 %

1006 30 27

25 %

1006 30 42

25 %

1006 30 44

25 %

1006 30 46

25 %

1006 30 48

25 %

1006 30 61

25 %

1006 30 63

25 %

1006 30 65

25 %

1006 30 67

25 %

1006 30 92

25 %

1006 30 94

25 %

1006 30 96

25 %

1006 30 98

25 %

1006 40 00

25 %

1904 10 30

25 %

1904 90 10

25 %

2001 90 30

25 %

2004 90 10

25 %

2005 80 00

25 %

2008 11 10

25 %

2009 12 00

25 %

2009 19 11

25 %

2009 19 19

25 %

2009 19 91

25 %

2009 19 98

25 %

2009 81 11

25 %

2009 81 19

25 %

2009 81 31

25 %

2009 81 59

25 %

2009 81 95

25 %

2009 81 99

25 %

2208 30 11

25 %

2208 30 19

25 %

2208 30 82

25 %

2208 30 88

25 %

2402 10 00

25 %

2402 20 10

25 %

2402 20 90

25 %

2402 90 00

25 %

2403 11 00

25 %

2403 19 10

25 %

2403 19 90

25 %

2403 91 00

25 %

2403 99 10

25 %

2403 99 90

25 %

3304 20 00

25 %

3304 30 00

25 %

3304 91 00

25 %

6109 10 00

25 %

6109 90 20

25 %

6109 90 90

25 %

6203 42 31

25 %

6203 42 90

25 %

6203 43 11

25 %

6204 62 31

25 %

6204 62 90

25 %

6302 31 00

25 %

6403 59 95

25 %

7210 12 20

25 %

7210 12 80

25 %

7219 12 10

25 %

7219 12 90

25 %

7219 13 10

25 %

7219 13 90

25 %

7219 32 10

25 %

7219 32 90

25 %

7219 33 10

25 %

7219 33 90

25 %

7219 34 10

25 %

7219 34 90

25 %

7219 35 90

25 %

7222 20 11

25 %

7222 20 21

25 %

7222 20 29

25 %

7222 20 31

25 %

7222 20 81

25 %

7222 20 89

25 %

7222 40 10

25 %

7222 40 50

25 %

7222 40 90

25 %

7223 00 11

25 %

7223 00 19

25 %

7223 00 91

25 %

7226 92 00

25 %

7228 30 20

25 %

7228 30 41

25 %

7228 30 49

25 %

7228 30 61

25 %

7228 30 69

25 %

7228 30 70

25 %

7228 30 89

25 %

7228 50 20

25 %

7228 50 40

25 %

7228 50 69

25 %

7228 50 80

25 %

7229 90 20

25 %

7229 90 50

25 %

7229 90 90

25 %

7301 20 00

25 %

7304 31 20

25 %

7304 31 80

25 %

7304 41 00

25 %

7306 30 11

25 %

7306 30 19

25 %

7306 30 41

25 %

7306 30 49

25 %

7306 30 72

25 %

7306 30 77

25 %

7306 30 80

25 %

7306 40 20

25 %

7306 40 80

25 %

7307 11 10

25 %

7307 11 90

25 %

7307 19 10

25 %

7307 19 90

25 %

7308 30 00

25 %

7308 40 00

25 %

7308 90 51

25 %

7308 90 59

25 %

7308 90 98

25 %

7309 00 10

25 %

7309 00 51

25 %

7309 00 59

25 %

7310 29 10

25 %

7310 29 90

25 %

7311 00 13

25 %

7311 00 19

25 %

7311 00 99

25 %

7314 14 00

25 %

7314 19 00

25 %

7314 49 00

25 %

7315 11 10

25 %

7315 11 90

25 %

7315 12 00

25 %

7315 19 00

25 %

7315 89 00

25 %

7315 90 00

25 %

7318 14 10

25 %

7318 14 91

25 %

7318 14 99

25 %

7318 16 40

25 %

7318 16 60

25 %

7318 16 92

25 %

7318 16 99

25 %

7321 11 10

25 %

7321 11 90

25 %

7322 90 00

25 %

7323 93 00

25 %

7323 99 00

25 %

7324 10 00

25 %

7325 10 00

25 %

7325 99 10

25 %

7325 99 90

25 %

7326 90 30

25 %

7326 90 40

25 %

7326 90 50

25 %

7326 90 60

25 %

7326 90 92

25 %

7326 90 96

25 %

7606 11 10

25 %

7606 11 91

25 %

7606 12 20

25 %

7606 12 92

25 %

7606 12 93

25 %

8711 40 00

25 %

8711 50 00

25 %

8903 91 10

25 %

8903 91 90

25 %

8903 92 10

25 %

8903 92 91

25 %

8903 92 99

25 %

8903 99 10

25 %

8903 99 91

25 %

8903 99 99

25 %

9504 40 00

25 %


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).


ANNESS II

Prodotti li jistgħu jkunu soġġetti għal dazji addizzjonali ulterjuri mit-23 ta' Marzu 2021 jew malli tkun iddeterminata inkonsistenza tal-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti mad-WTO

NM 2018 (1)

Dazju addizzjonali

2008 93 11

25 %

2008 93 19

25 %

2008 93 29

25 %

2008 93 91

25 %

2008 93 93

25 %

2008 93 99

25 %

2208 30 11

25 %

2208 30 19

25 %

2208 30 82

25 %

2208 30 88

25 %

3301 12 10

10 %

3301 13 10

10 %

3301 90 10

10 %

3301 90 30

10 %

3301 90 90

10 %

3302 90 10

10 %

3302 90 90

10 %

3304 10 00

10 %

3305 30 00

10 %

4818 20 10

25 %

4818 20 91

35 %

4818 20 99

25 %

4818 30 00

25 %

4818 50 00

35 %

4818 90 10

25 %

4818 90 90

35 %

5606 00 91

10 %

5606 00 99

10 %

5907 00 00

10 %

5911 10 00

10 %

5911 20 00

10 %

5911 31 11

10 %

5911 31 19

10 %

5911 31 90

10 %

5911 32 11

10 %

5911 32 19

10 %

5911 32 90

10 %

6203 42 11

50 %

6203 42 33

50 %

6203 42 35

50 %

6203 42 51

50 %

6203 42 59

50 %

6203 43 19

50 %

6203 43 31

50 %

6203 43 39

50 %

6203 43 90

50 %

6204 62 11

50 %

6204 62 33

50 %

6204 62 39

50 %

6204 62 51

50 %

6204 62 59

50 %

6205 30 00

50 %

6301 30 10

50 %

6301 30 90

50 %

6402 19 00

25 %

6402 99 10

50 %

6402 99 31

25 %

6402 99 39

25 %

6402 99 50

25 %

6402 99 91

25 %

6402 99 93

25 %

6402 99 96

25 %

6402 99 98

25 %

6403 59 05

25 %

6403 59 11

25 %

6403 59 31

25 %

6403 59 35

25 %

6403 59 39

25 %

6403 59 50

25 %

6403 59 91

25 %

6403 59 99

25 %

6601 10 00

50 %

6911 10 00

50 %

6911 90 00

50 %

6912 00 21

50 %

6912 00 23

50 %

6912 00 25

50 %

6912 00 29

50 %

6912 00 81

50 %

6912 00 83

50 %

6912 00 85

50 %

6912 00 89

50 %

6913 10 00

50 %

6913 90 10

50 %

6913 90 93

50 %

6913 90 98

50 %

6914 10 00

50 %

6914 90 00

50 %

7005 21 25

25 %

7005 21 30

25 %

7005 21 80

25 %

7007 19 10

10 %

7007 19 20

10 %

7007 19 80

10 %

7007 21 20

10 %

7007 21 80

10 %

7007 29 00

10 %

7009 10 00

25 %

7009 91 00

10 %

7013 28 10

10 %

7013 28 90

10 %

7102 31 00

10 %

7113 11 00

25 %

7113 19 00

25 %

7113 20 00

25 %

7228 50 61

25 %

7326 90 98

10 %

7604 29 90

25 %

7606 11 93

25 %

7606 11 99

25 %

8422 11 00

50 %

8450 11 11

50 %

8450 11 19

50 %

8450 11 90

50 %

8450 12 00

50 %

8450 19 00

50 %

8506 10 11

10 %

8506 10 18

10 %

8506 10 91

10 %

8506 10 98

10 %

8506 90 00

10 %

8543 70 01

50 %

8543 70 02

50 %

8543 70 03

50 %

8543 70 04

50 %

8543 70 05

50 %

8543 70 06

50 %

8543 70 07

50 %

8543 70 08

50 %

8543 70 09

50 %

8543 70 10

50 %

8543 70 30

50 %

8543 70 50

50 %

8543 70 60

50 %

8543 70 90

25 %

8704 21 10

10 %

8704 21 31

10 %

8704 21 39

10 %

8704 21 91

10 %

8704 21 99

10 %

8711 40 00

25 %

8711 50 00

25 %

8901 90 10

50 %

8901 90 90

50 %

8902 00 10

50 %

8902 00 90

50 %

8903 10 10

10 %

8903 10 90

10 %

8903 92 91

25 %

8903 92 99

25 %

9401 61 00

50 %

9401 69 00

50 %

9401 71 00

50 %

9401 79 00

50 %

9401 80 00

50 %

9404 90 10

25 %

9404 90 90

25 %

9405 99 00

25 %


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).