|
14.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/700
tat-8 ta' Mejju 2018
li jemenda l-lista ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta' prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikoalri l-Artikolu 12(4)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali. B'mod partikolari, l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament jistipula li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss jekk joriġinaw minn stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li jidhru fuq il-listi mfassla u aġġornati f'konformità ma' dak l-Artikolu. Dawk il-listi jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (2). |
|
(2) |
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jitlob li l-istabbilimenti ta' pajjiżi terzi jitpoġġew fuq dawn il-listi biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jiggarantixxu li dawn l-istabbilimenti jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat iżommu dawn il-listi bl-istabbilimenti aġġornati u jgħadduhom, kif xieraq, lill-Kummissjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 12(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jitlob li l-Kummissjoni tieħu l-azzjoni neċessarja li twassal għall-emendi fil-listi bl-istabbilimenti, kull meta tqis li dawn l-emendi jkunu neċessarji fid-dawl ta' informazzjoni rilevanti, bħal rapporti ta' spezzjoni tal-Unjoni jew notifika mill-Istati Membri permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Minn Marzu 2017, permezz tar-RASFF, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni b'għadd sinifikanti ta' każijiet serji u ripetuti ta' nuqqas ta' konformità minħabba l-preżenza tas-Salmonella fil-laħam tal-pollam u fil-preparazzjonijiet tal-laħam tal-pollam li joriġinaw minn diversi stabbilimenti fil-Brażil. L-awtoritajiet kompetenti Brażiljani ġew infurmati b'dawn il-każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni u ntalbu jieħdu l-azzjonijiet korrettivi neċessarji. |
|
(5) |
L-informazzjoni li waslet mill-awtoritajiet kompetenti Brażiljani u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mal-fruntieri tal-Unjoni ma wrewx li ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi rekwiżiti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati. Għaldaqstant, m'hemmx biżżejjed garanziji li sal-lum, dawk l-istabbilimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni u għalhekk il-prodotti tagħhom jistgħu ikunu ta' riskju għas-saħħa pubblika. Huwa għalhekk neċessarju li jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-pollam fl-Unjoni. |
|
(6) |
F'Marzu 2018, skont l-informazzjoni li pprovdew l-awtoritajiet kompetenti Brażiljani, instabu każijiet ta' frodi fil-Brażil dwar iċ-ċertifikazzjoni fil-laboratorju għal-laħam u għall-prodotti tal-laħam esportati lejn l-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-investigazzjonijiet u l-azzjoni reċenti tal-ġudikatura fil-Brażil li għaddejjin bħalissa jindikaw li m'hemmx garanziji biżżejjed li l-istabbilimenti tal-kumpaniji BRF S.A. u SHB S.A., li huma awtorizzati biex jesportaw il-laħam u l-prodotti tal-laħam lejn l-Unjoni, jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-prodotti tagħhom jaf ikunu ta' riskju għas-saħħa pubblika u huwa xieraq li jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta' laħam u prodotti tal-laħam lejn l-Unjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-listi ta' stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta' prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni għandhom jiġu emendati kif indikat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(2) https://ec.europa.eu/food/safety/international_affairs/trade/non-eu-countries_en
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
ANNESS
(1)
Fil-lista ta' stabbilimenti awtorizzati li jimportaw laħam tal-ungulati domestiċi mill-Brażil (taqsima I), titneħħa l-entrata li ġejja:|
Numru tal-approvazzjoni |
Isem |
Belt |
Reġjun |
Attivitajiet |
Rimarka |
|
928 |
BRF S. A. |
Ponta Grossa |
Paraná |
CS |
2 |
(2)
Fil-lista ta' stabbilimenti awtorizzati li jimportaw laħam minn pollam u lagomorfi mill-Brażil (taqsima II), jitneħħew l-entrati li ġejjin:|
Numru tal-approvazzjoni |
Isem |
Belt |
Reġjun |
Attivitajiet |
Rimarka |
|
1 |
BRF S. A. |
Concordia |
Santa Catarina |
CP, CS, SH |
A |
|
18 |
BRF S. A. |
Dourados |
Mato Grosso do Sul |
CP, SH |
A |
|
103 |
BRF S. A. |
Serafina Correa |
Rio Grande do Sul |
CP, CS, SH |
A |
|
104 |
BRF S. A. |
Chapeco |
Santa Catarina |
CP, CS, SH |
A |
|
466 |
BRF S. A. |
Capinzal |
Santa Catarina |
CP, CS, SH |
A |
|
928 |
BRF S. A. |
Ponta Grossa |
Paraná |
CS |
2 |
|
1001 |
BRF S. A. |
Rio Verde |
Goias |
CP, CS, SH |
A |
|
2014 |
BRF S. A. |
Marau |
Rio Grande do Sul |
CP, CS, SH |
A |
|
2518 |
SHB Comercio e Industria de Alimentos S. A. |
Francisco Beltrao |
Paraná |
CP, CS, SH |
A |
|
4567 |
SHB Comercio e Industria de Alimentos S. A. |
Nova Mutum |
Mato Grosso |
CP, CS, SH |
A |
(3)
Fil-lista ta' stabbilimenti awtorizzati li jimportaw kapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u laħam separat mekkanikament mill-Brażil (taqsima V), jitneħħew l-entrati li ġejjin:|
Numru tal-approvazzjoni |
Isem |
Belt |
Reġjun |
Attivitajiet |
Rimarka |
|
1 |
BRF S. A. |
Concordia |
Santa Catarina |
MP |
48, A |
|
18 |
BRF S. A. |
Dourados |
Mato Grosso do Sul |
MP |
48, A |
|
103 |
BRF S. A. |
Serafina Correa |
Rio Grande do Sul |
MP |
48, A |
|
104 |
BRF S. A. |
Chapeco |
Santa Catarina |
MP |
48, A |
|
292 |
BRF S. A. |
Varzea Grande |
Mato Grosso |
MP |
48, A, B |
|
466 |
BRF S. A. |
Capinzal |
Santa Catarina |
MP |
48, A |
|
516 |
Copacol-Cooperativa Agroindustrial Consolata |
Cafelandia |
Paraná |
MP |
48, A |
|
797 |
Cooperativa Agroindustrial - Copagril |
Marechal Cándido Rondon |
Paraná |
MP |
48, A |
|
1001 |
BRF S. A. |
Rio Verde |
Goias |
MP |
48, A |
|
2014 |
BRF S. A. |
Marau |
Rio Grande do Sul |
MP |
48, A |
|
2518 |
SHB Comercio e Industria de Alimentos S. A. |
Francisco Beltrao |
Paraná |
MP |
48, A |
|
2758 |
Zanchetta Alimentos Ltda |
Boituva |
São Paulo |
MP |
48, A |
|
3404 |
Sao Salvador Alimentos S/A |
Itaberai |
Goias |
MP |
48, A |
|
3409 |
Bello Alimentos Ltda |
Itaquirai |
Mato Grosso do Sul |
MP |
A |
|
3887 |
Coopavel - Cooperativa Agroindustrial |
Cascavel |
Paraná |
MP |
48, A |
|
4232 |
Avenorte Avicola Cianorte Ltda |
Cianorte |
Paraná |
MP |
A |
|
4444 |
LAR Cooperativa Agroindustrial |
Matelandia |
Paraná |
MP |
48, A |
|
4567 |
SHB Comercio e Industria de Alimentos S. A. |
Nova Mutum |
Mato Grosso |
MP |
48, A |
(4)
Fil-lista ta' stabbilimenti awtorizzati li jimportaw prodotti tal-laħam mill-Brażil (taqsima VI), jitneħħew l-entrati li ġejjin:|
Numru tal-approvazzjoni |
Isem |
Belt |
Reġjun |
Attivitajiet |
Rimarka |
|
104 |
BRF S. A. |
Chapeco |
Santa Catarina |
PP |
22, A |
|
292 |
BRF S. A. |
Varzea Grande |
Mato Grosso |
PP |
22, A, B |
|
466 |
BRF S. A. |
Capinzal |
Santa Catarina |
PP |
22, A |
|
716 |
BRF S. A. |
Toledo |
Paraná |
PP |
22, A |
|
1001 |
BRF S. A. |
Rio Verde |
Goias |
PP |
22, A |
|
2014 |
BRF S. A. |
Marau |
Rio Grande do Sul |
PP |
22, A |
Didaskalija tal-attivitajiet:
|
CP |
Impjant tat-tqattigħ |
|
CS |
Imħażen tal-Friża |
|
MP |
Impjant għall-preparazzjoni tal-laħam |
|
PP |
Impjant tal-ipproċessar |
|
CP, SH |
Biċċerija |
Didaskalija bir-rimarki:
|
2. |
Laħam ippakkjat biss. |
|
48. |
Kapuljat mil-laħam tal-pollam u laħam tal-pollam separat mekkanikament huma esklużi. |
|
A |
Pollam |
|
B |
Bovinae |