2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/1 |
REGOLAMENT (UE) 2018/643 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' April 2018
dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija
(riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie emendat diversi drabi b'mod sostanzjali (4). Peress li jenħtieġ li jsiru iktar emendi, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat għal iktar ċarezza. |
(2) |
Il-ferroviji huma parti importanti fin-networks tat-trasport tal-Unjoni. |
(3) |
L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja u tiżviluppa l-politika ta' trasport komuni, kif ukoll l-elementi ta' trasport ta' dawk il-politiki li jirrigwardaw ir-reġjuni u n-netwerks transEwropej. |
(4) |
L-istatistika dwar is-sikurezza ferrovjarja hija neċessarja wkoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tħejji u timmonitorja l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza tat-trasport. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji tiġbor data dwar l-inċidenti li jaqgħu taħt l-Anness I tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tal-indikaturi komuni tas-sigurtà u l-metodi komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-inċidenti. |
(5) |
L-istatistika fil-livell tal-Unjoni dwar it-trasport bil-ferrovija hija meħtieġa ukoll sabiex twettaq il-kompiti tal-monitoraġġ stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(6) |
Jenħtieġ li l-istatistika fil-livell tal-Unjoni dwar il-mezzi kollha tat-trasport tinġabar skont kunċetti u standards komuni, bl-għan li jkun hemm komparabbiltà prattika sħiħa kemm jista' jkun bejn il-mezzi tat-trasport. |
(7) |
Hu importanti li jiġi evitat ix-xogħol doppju u li jsir l-aħjar użu tal-informazzjoni eżistenti li tkun tista' tintuża għall-finijiet ta' statistika. Għal dak il-għan, u bil-ħsieb li tkun provduta informazzjoni faċilment aċċessibbli u utli għaċ-ċittadini tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati oħra dwar is-sikurezza tat-trasport ferrovjarju u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja, inkluża l-infrastruttura ferrovjarja, jenħtieġ li jiġu stabbiliti, bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u entitajiet rilevanti, inkluż fil-livell internazzjonali, ftehimiet ta' kooperazzjoni adatti dwar l-attivitajiet ta' statistika. |
(8) |
Jenħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż fuq ir-rispondenti meta tiġi prodotta statistika Ewropea. |
(9) |
Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza tagħha miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni semmiet il-fatt li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment iwasslu għas-soppressjoni jew is-simplifikazzjoni tad-data diġà miġbura skont dak ir-Regolament, u li l-għan huwa li jitnaqqas il-perijodu ta' trażmissjoni tad-data għad-data annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. Jenħtieġ li il-Kummissjoni tkompli tipprovdi rapporti f'intervalli regolari dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(10) |
Il-koeżistenza ta' impriżi ferrovjarji pubbliċi u privati li joperaw fis-suq tat-trasport kummerċjali bil-ferrovija teħtieġ speċifikazzjoni espliċita dwar it-tagħrif statistiku li jenħtieġ li jkun ipprovdut mill-impriżi kollha tal-ferroviji u mxerred mill-Eurostat. |
(11) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards statistiċi komuni li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata u li għandhom jiġu implimentati minn kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjionijiet li huma responsabbli mill-produzzjoni tal-istatistika uffiċjali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-għan. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jipprovdi qafas ta' riferiment għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(13) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi ġodda fl-Istati Membri filwaqt li, fl-istess ħin, jinżamm il-ġbir armonizzat tad-data dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni kollha, u bil-ħsieb li tinżamm il-kwalità tajba tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament biex jiġu adattati d-definizzjonijiet tekniċi u biex jiġu stabbiliti definizzjonijiet tekniċi addizzjonali. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(14) |
Jentħieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. |
(15) |
Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati, u l-arranġamenti għat-tixrid ta' dawk ir-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
(16) |
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għan
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni tal-istatistika tat-trasport bil-ferrovija fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jkopri l-ferroviji kollha fl-Unjoni. Kull Stat Membru għandu jirrapporta l-istatistika li għandha x'taqsam mat-trasport bil-ferrovija fit-territorju nazzjonali tiegħu. Fejn impriża tal-ferroviji topera f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati għandhom jeħtieġu li l-impriża tipprovdi d-data b'mod separat għal kull pajjiż li topera fih sabiex tkun tista' tinġabar l-istatistika nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a) |
l-impriżi tal-ferroviji li joperaw fl-intier tagħhom jew fil-biċċa l-kbira ġewwa installazzjonijiet industrijali u f'oħrajn bħalhom, inklużi l-portijiet; |
(b) |
l-impriżi tal-ferroviji li jipprovdu prinċipalment servizzi turistiċi lokali, bħal ferroviji storiċi tal-istim miżmuma tajjeb. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“pajjiż li qed jirrapporta” tfisser l-Istat Membru li jittrasmetti data lill-Eurostat; |
(2) |
“awtoritajiet nazzjonali” tfisser istituti nazzjonali tal-istatistika u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jipproduċu statistika Ewropea; |
(3) |
“ferrovija” tfisser linja ta' komunikazzjoni magħmula minn binarji esklussivament għall-użu ta' vetturi tal-ferrovija; |
(4) |
“vettura tal-ferrovija” tfisser tagħmir mobbli li jopera esklussivament fuq il-binarji, li jimxi bis-saħħa tiegħu stess (vetturi tractive) jew li jinġibed minn vettura oħra (karozzi tal-linja privati, karrijiet tar-railcar, vannijiet u vaguni); |
(5) |
“impriża ferrovjarja” tfisser kwalunkwe impriża pubblika jew privata li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' merkanzija u/jew passiġġieri bil-ferrovija. Impriżi li n-negozju tagħhom huwa biss li jipprovdu servizzi għat-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huma esklużi; |
(6) |
“trasport ta' merkanzija bil-ferrovija” tfisser il-moviment ta' merkanzija permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post ta' tagħbija u l-post tal-ħatt; |
(7) |
“trasport ta' passiġġieri bil-ferrovija” tfisser il-moviment ta' passiġġieri permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post tal-imbark u l-post tal-iżbark. It-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huwa eskluż; |
(8) |
“metro” (magħruf ukoll bħala “subway”, “linja tal-ferrovija metropolitana” jew “underground”) tfisser linja tal-ferrovija tal-elettriku għat-trasport ta' passiġġieri b'kapaċita ta' volum kbir ta' traffiku u karatterizzata permezz ta' drittijiet ta' mogħdija esklussivi, ferroviji b'ħafna vaguni, aċċellerazzjoni b'veloċita għolja u rapida, sinjalar sofistikat kif ukoll l-assenza ta' qsim tal-linja fuq livell wieħed biex tiġi permessa frekwenza għolja ta' ferroviji u tagħbija kbira ta' pjattaforma. Il-metros huma karatterizzati wkoll minn stazzjonijiet viċin xulxin, li normalment ifisser distanza ta' 700 sa 1 200 m bejn l-istazzjonijiet. “Veloċita għolja” tirreferi għall-paragun ma' trammijiet u light rail, u tfisser hawnhekk approssimament 30 sa 40 km/h fuq distanzi iqsar, 40 sa 70 km/h fuq distanzi itwal; |
(9) |
“tram (streetcar)” tfisser vettura tat-triq tal-passiġġieri disinjata biex joqogħdu aktar minn disa' persuni (inkluż is-sewwieq), li hija konnessa ma' kondutturi tal-elettriku jew taħdem permezz ta' magna tad-diesel u li timxi fuq il-binarji; |
(10) |
“light rail” tfisser ferrovija għat-trasport ta' passiġġieri li ħafna drabi tuża karozzi li jimxu fuq il-binarji li jaħdmu bl-elettriku li joperaw weħidhom jew f'ferroviji qosra fuq linji b'żewġ binarji fissi. Ġeneralment ikun hemm distanza ta' inqas minn 1 200 m bejn l-istazzjonijiet/waqfiet. Meta mqabbel ma' metros, il-light rail huwa mibni b'mod aktar ħafif, huwa disinjat għal volumi ta' traffiku iżgħar u normalment jivvjaġġa b'inqas veloċità. Huwa xi kultant diffiċli li ssir distinzjoni preċiża bejn light rail u trammijiet; it-trammijiet ġeneralment mhumiex mifruda mit-traffiku tat-triq, filwaqt li light rail jista' jiġi mifrud minn sistemi oħra; |
(11) |
“trasport nazzjonali” tfisser trasport bil-ferrovija bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija/imbark u post ta' ħatt/żbark) lokalizzat fil-pajjiż li qed jirrapporta. Jista' jinvolvi transitu f'pajjiż ieħor; |
(12) |
“trasport internazzjonali” tfisser trasport bil-ferrovija bejn post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) fil-pajjiż li qed jirrapporta u post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) f'pajjiż ieħor; |
(13) |
“transitu” tfisser trasport bil-ferrovija li jgħaddi mill-pajjiż li qed jirrapporta bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija/imbark u post ta' ħatt/żbark) li jinstabu barra mill-pajjiż li qed jirrapporta. Operazzjonijiet ta' trasport li jinvolvu tagħbija/imbark jew ħatt/żbark ta' merkanzija/passiġġieri fil-fruntiera tal-pajjiż li qed jirrapporta minn/fuq mod ieħor ta' trasport mhumiex meqjusa bħala transitu; |
(14) |
“passiġġier tal-ferrovija” tfisser kull persuna, minbarra membri tal-ekwipaġġ tal-ferrovija, li jagħmel vjaġġ bil-ferrovija. Għal statistika ta' inċidenti, passiġġieri li jipprovaw jimbarkaw/jiżbarkaw fuq/minn fuq ferrovija li qed timxi huma inklużi; |
(15) |
“numru ta' passiġġieri” tfisser l-għadd ta' vjaġġi minn passiġġieri tal-ferrovija, fejn kull vjaġġ huwa definit bħala l-moviment minn post ta' imbark sal-post tal-iżbark, bi trasferimenti jew mingħajr trasferimenti minn vettura waħda tal-ferrovija għal fuq oħra. Jekk passiġġieri jużaw is-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, meta jkun possibbli ma jiġux magħduda aktar minn darba; |
(16) |
“passiġġier-kilometru” tfisser l-unità ta' miżuri li tirrappreżenta t-trasport ta' passiġġier wieħed permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta; |
(17) |
“piż” tfisser il-kwantità ta' merkanzija espressa f'tunnellati (1 000 kilogramma). Il-piż li jrid jitqies jinkludi, b'żieda mal-piż tal-merkanzija trasportata, il-piż tal-materjal użat għall-ipakkjar u t-toqol tare ta' kontenituri, swap bodies, sodod ċatti tal-injam (pallets) kif ukoll vetturi tat-triq trasportati bil-ferrovija matul il-kors ta' operati ta' trasport kombinati. Jekk il-merkanzija hija trasportata permezz tas-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, meta jkun possibbli t-toqol ta' merkanzija ma tiġix magħduda aktar minn darba; |
(18) |
“tunnellata metrika-kilometru” tfisser l-unità ta' miżura ta' trasport ta' merkanzija li tirrappreżenta t-trasport ta' tunnellata metrika waħda (1 000 kilogramma) ta' merkanzija permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta; |
(19) |
“tren” tfisser vettura waħda jew aktar tal-ferrovija li jinġibdu minn lokomottiva jew railcar waħda jew aktar li tivvjaġġa waħedha, li topera skont numru prestabbilit jew indikat speċifikament minn punt inizjali fiss sa punt terminali fiss. Lokomottiva żgħira, jiġifieri lokomottiva li tivvjaġġa waħedha, mhijiex meqjusa tren; |
(20) |
“tren-kilometru” tfisser l-unità ta' miżura li tirrappreżenta l-moviment ta' tren fuq kilometru wieħed. Id-distanza wżata hija d-distanza li tkun attwalment imxiet, jekk disponibbli, inkella d-distanza tan-network stabbilita bejn l-oriġini u d-destinazzjoni għandha tintuża. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta; |
(21) |
“tagħbija sħiħa tal-ferrovija” tfisser kull kunsinja li tikkomprendi tagħbija ta' vagun waħda jew aktar trasportati fl-istess ħin minn l-istess mittent fl-istess stazzjon u tintbagħat mingħajr l-ebda bidla fil-komposizzjoni tat-tren lill-indirizz tal-istess destinatarju fl-istess stazzjon tad-destinazzjoni; |
(22) |
“tagħbija sħiħa tal-vagun” tfisser kull kunsinja ta' merkanzija għal liema l-użu esklussiv ta' vagun huwa meħtieġ, kemm jekk il-kapaċita totali ta' tagħbija hija utilizzata jew le; |
(23) |
“UEG (Unità Ekwivalenti ta' Għoxrin-pied)” tfisser unità standard ibbażata fuq kontenitur ISO twil 20 pied (6,10 m), użata bħala miżura tal-istatistika tal-fluss tat-traffiku jew kapaċitajiet. Kontenitur wieħed standard 40' ISO Serje 1 huwa ugwali għal żewġ UEG. Swap bodies ta' inqas minn 20 pied huma ekwivalenti għal 0,75 UEG, bejn 20 pied u 40 pied għal 1,5 UEG u aktar minn 40 pied għal 2,25 UEG. |
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10 li jemendaw dan l-Artikolu sabiex tadatta d-definizzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punti (8), (9), (10), (21), (22) u (23) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tipprevedi definizzjonijiet tekniċi addizzjonali, meta jkun meħtieġ biex jitqiesu żviluppi ġodda li jirrikjedu d-definizzjoni ta' ċertu livell ta' dettall tekniku sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-istatistika.
Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta' analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Artikolu 4
Il-ġbir ta' data
1. L-istatistika li trid tinġabar hija stabbilita fl-Annessi ma' dan ir-Regolament. Għandha tkopri t-tipi ta' data li ġejjin:
(a) |
l-istatistika annwali dwar it-trasport tal-merkanzija – rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness I); |
(b) |
l-istatistika annwali dwar it-trasport tal-passiġġieri – rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness II); |
(ċ) |
l-istatistika ta' kull kwart ta' sena dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri (l-Anness III); |
(d) |
l-istatistika reġjonali dwar it-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri (l-Anness IV); |
(e) |
l-istatistika dwar il-flussi tat-traffiku fuq in-network tal-ferroviji (l-Anness V). |
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw taħt l-Annessi I u II data dwar impriżi li għandhom:
(a) |
volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' mill-anqas 200 000 000 tunnellata metrika-kilometru jew mill-anqas 500 000 tunnellata; |
(b) |
volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' mill-anqas 100 000 000 passiġġier-km. |
Ir-rapportar taħt l-Annessi I u II għandu jkun fakultattiv fir-rigward ta' impriżi li jaqgħu taħt il-livelli limitu msemmija fil-punti (a) u (b).
3. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw taħt l-Anness VIII id-data kollha għall-impriżi li jaqgħu taħt il-limit msemmija fil-paragrafu 2 jekk dik id-data ma tiġix irrapportata taħt l-Annessi I u II, kif speċifikat fl-Anness VIII.
4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata f'konformità mal-Anness VI. Il-merkanzija perikoluża għandha tiġi kklassifikata wkoll f'konformità mal-Anness VII.
Artikolu 5
L-għejun tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjoni pubblika jew privata sabiex tieħu sehem fil-ġbir tad-data meħtieġa f'konformità ma' dan ir-Regolament.
2. Id-data meħtieġa tista' tinkiseb bl-użu ta' kwalunkwe kumbinazzjoni tal-għejun li ġejjin:
(a) |
l-istħarriġiet obbigatorji; |
(b) |
data amministrattiva, li tinkludi d-data miġbura mill-awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari l-polza tat-tagħbija tal-merkanzija ferrovjarja jekk tkun disponibbli; |
(c) |
il-proċeduri ta' stimi msejsa fuq statistika; |
(d) |
id-data pprovduta mill-organizzazzjonijiet professjonali fl-industrija tal-ferroviji; |
(e) |
studji ad hoc. |
3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkoordinaw l-għejun tad-data użati u sabiex jiżguraw il-kwalità tal-istatistika mibgħuta lill-Eurostat.
Artikolu 6
It-trasmissjoni tal-istatistika lill-Eurostat
1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu l-istatistika msemmija fl-Artikolu 4 lill-Eurostat.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti biex tintbagħat l-istatistika msemmija fl-Artikolu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 7
Disseminazzjoni
1. L-istatistika bbażata fuq id-data speċifikata fl-Annessi I sa V u VIII għandha tiġi disseminata mill-Kummissjoni (Eurostat).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti għad-disseminazzjoni tar-riżultati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 8
Il-kwalità tal-istatistika
1. Sabiex tgħin lill-Istati Membri jżommu l-livell ta' kwalità fl-istatistika fl-isfera tal-kontroll tat-trasport bil-ferrovija, il-Eurostat għandha tiżviluppa u tippubblika rakkommandazzjonijiet metodoloġiċi. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom iqisu l-aħjar prattiki tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-impriżi tal-ferroviji u tal-organizzazzjonijiet professjonali tal-industrija tal-ferroviji.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data mibgħuta.
3. Il-kwalità tad-data statistika għandha tiġi vvalutata mill-Eurostat. Għal dak il-għan, fuq talba mill-Eurostat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu tagħrif dwar il-metodi użati fil-produzzjoni tal-istatistika.
4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità li għandhom jiġu applikati għad-data li għandha tintbagħat huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti dettaljati, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti ta' kwalità standard. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 9
Rapporti dwar l-implimentazzjoni
Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar żviluppi futuri.
F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni rilevanti provduta mill-Istati Membri li tirrigwarda l-kwalità tad-data mibgħuta, il-metodi li jintużaw għall-ġbir tad-data u informazzjoni dwar il-potenzjal għal titjib u dwar il-ħtiġijiet tal-utenti.
B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu:
(a) |
jivvaluta l-benefiċċji għall-Unjoni, għall-Istati Membri u għall-fornituri u l-utenti tat-tagħrif statistiku, tal-istatistika prodotta, relattivament għall-ispejjeż tagħhom; |
(b) |
jivvaluta l-kwalità tad-data mibgħuta, il-metodi użati għall-ġbir tad-data u l-kwalità tal-istatistika prodotta. |
Artikolu 10
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat taħt l-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
Artikolu 11
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta' April 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
L. PAVLOVA
(1) Opinjoni tas-6 ta' Diċembru 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2018.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
(4) Ara l-Anness IX.
(5) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(6) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(8) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS I
L-ISTATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA — RAPPURTAĠĠ DETTALJAT |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Il-merkanzija trasportata espressa fi:
Il-movimenti tat-trenijiet tal-merkanzija espressi fi:
L-għadd tal-unitajiet tat-trasport intermodali li nġarru espressi fi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Sena |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-frekwenza |
Kull sena |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi statistika għal kull tabella |
It-Tabella I1: il-merkanzija trasportata, skont it-tip tat-trasport It-Tabella I2: il-merkanzija trasportata, skont it-tip tal-oġġetti (l-Anness VI) It-Tabella I3: il-merkanzija trasportata (għat-traffiku internazzjonali u tat-transitu) skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt It-Tabella I4: il-merkanzija trasportata, skont il-kategorija tal-merkanzija perikoluża (l-Anness VII) It-Tabella I5: il-merkanzija trasportata, skont it-tip tal-kunsinna (fakoltativ) It-Tabella I6: il-merkanzija trasportata f'unitajiet tat-trasport intermodali, skont it-tip tat-trasport u t-tip tal-unità tat-trasport It-Tabella I7: l-għadd ta' unitajiet imgħobbija tat-trasport intermodali li nġarru, skont it-tip tat-trasport u t-tip tal-unitajiet tat-trasport It-Tabella I8: l-għadd tal-unitajiet battala tat-trasport intermodali li nġarru, skont it-tip tat-trasport u t-tip tal-unità tat-trasport It-Tabella I9: il-moviment tat-trenijiet tal-merkanzija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' referenza |
||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza għat-Tabelli I1, I2 u I3 |
2003 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza għat-Tabelli I4, I5, I6, I7, I8 u I9 |
2004 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Noti |
|
ANNESS II
L-ISTATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI — RAPPURTAR DETTALJAT |
|||||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Passiġġieri ttrasportati espressi fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri espressi fi:
|
||||||||
Perijodu ta' referenza |
Sena |
||||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||||
Il-lista ta' tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
Tabella II1: il-passiġġieri trasportati, skont it-tip tat-trasport Tabella II2: il-passiġġieri internazzjonali trasportati, skont il-pajjiż tal-imbark u l-pajjiż tal-iżbark Tabella II3: movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri |
||||||||
L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data |
Tmien xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta' referenza |
||||||||
L-ewwel perijodu ta' referenza |
2016 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS III
L-ISTATISTIKA TA' KULL KWART TA' SENA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U TAL-PASSIĠĠIERI |
|||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Il-merkanzija trasportata espressa fi:
Il-passiġġieri trasportati fi:
|
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Kwart tas-sena |
||||||||
Il-frekwenza |
Kull kwart tas-sena |
||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
It-Tabella III1: il-merkanzija trasportata It-Tabella III 2: il-passiġġieri trasportati |
||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
Tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza |
L-ewwel kwart tas-sena 2004 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS IV
L-ISTATISTIKA REĠJONALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U L-PASSIĠĠIERI |
|||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Il-merkanzija trasportata espressa fi:
Il-passiġġieri trasportati espressi fi:
|
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Sena |
||||||||
Il-frekwenza |
Kull ħames snin |
||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
It-Tabella IV1: it-trasport nazzjonali tal-merkanzija skont ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (NUTS 2) It-Tabella IV2: it-trasport internazzjonali tal-merkanzija skont ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (NUTS 2) It-Tabella IV3: it-trasport nazzjonali tal-passiġġieri skont ir-reġjun tal-imbark u r-reġjun tal-iżbark (NUTS 2) It-Tabella IV4: it-trasport tal-passiġġieri internazzjonali skont ir-reġjun tal-imbark u r-reġjun tal-isżbark (NUTS 2) |
||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza |
2005 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS V
L-ISTATISTIKA DWAR IL-FLUSSI TAT-TRAFFIKU FUQ IN-NETWORK TAL-FERROVIJI |
|||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
It-trasport tal-merkanzija
It-trasport tal-passiġġieri:
Oħrajn (it-trenijiet li joffru servizz, eċċ.) (fakoltattiv):
|
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Sena |
||||||||
Il-frekwenza |
Kull ħames snin |
||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
It-Tabella V1: it-trasport tal-merkanzija, skont is-segment tan-network It-Tabella V2: it-trasport tal-passiġġieri, skont is-segment tan-network It-Tabella V3: oħrajn (it-trenijiet li joffru servizz, eċċ.), skont is-segment tan-network (mhux obbligatorju) |
||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment |
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
2005 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS VI
NST 2007
Diviżjoni |
Deskrizzjoni |
01 |
Prodotti tal-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd |
02 |
Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali |
03 |
Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju |
04 |
Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk |
05 |
Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda |
06 |
Injam u prodotti tal-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal tal-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat |
07 |
Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
08 |
Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari |
09 |
Prodotti oħra minerali li m'humiex metalliċi |
10 |
Metalli bażiċi; prodotti fabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir |
11 |
Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju tal-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta' preċiżjoni u ottiċi; arloġġi |
12 |
Tagħmir tat-trasport |
13 |
Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c. |
14 |
Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta' skart |
15 |
Posta, pakketti postali |
16 |
Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija |
17 |
Oġġetti trasportati waqt il-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c. |
18 |
Merkanzija raggruppata: taħlita ta' tipi ta' merkanzija li huma ttrasportati flimkien |
19 |
Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16 |
20 |
Merkanzija oħra n.e.c. |
ANNESS VII
IL-KLASSIFIKA TAL-MERKANZIJA PERIKOLUŻA
1. |
L-isplussivi |
2. |
Il-gassijiet, ikkompressati, likwefatti jew maħlula taħt il-pressa |
3. |
Il-likwidi fjammabbli |
4.1. |
Is-solidi fjammabbli |
4.2. |
Is-sustanzi li jistgħu jaqbdu b'mod spontanju |
4.3. |
Is-sustanzi li jtajru gassijiet fjammabbli mal-kuntatt mal-ilma |
5.1. |
Is-sustanzi tal-ossidazzjoni |
5.2. |
Il-perossidi organiċi |
6.1. |
Is-sustanzi tossiċi |
6.2. |
Is-sustanzi suġġetti li jikkaġunaw infezzjonijiet |
7. |
Il-materjal radjoattiv |
8. |
Il-materjali korrużivi |
9. |
Sustanzi mixellanji oħra perikolużi |
Nota:
Dawn il-kategoriji huma dawk iddefiniti fir-regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija, is-soltu magħrufa bħala r-RID, kif adottati taħt id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
(1) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS VIII
Tabella VIII.1
LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA |
|||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Merkanzija trasportata espressa fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-merkanzija espressi fi:
|
||||||
Perijodu ta' referenza |
Sena |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data |
Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||
L-ewwel perijodu ta' referenza |
2017 |
||||||
Noti |
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' anqas minn 200 miljun tunnellata metrika-kilometru u anqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrapportawx taħt l-Anness I (rappurtar dettaljat). |
Tabella VIII.2
LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI |
|||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Passiġġieri trasportati espressi fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri espressi fi:
|
||||||
Perijodu ta' referenza |
Sena |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data |
Tmien xhur mit-tmiem tal-perijodu ta' referenza |
||||||
L-ewwel perijodu ta' referenza |
2017 |
||||||
Noti |
Biss għall-impriżi li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' anqas minn 100 miljun passiġġier-kilometru u li ma jirrapportawx taħt l-Anness II (rappurtar dettaljat). |
ANNESS IX
IR-REGOLAMENT IMĦASSAR B'LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 |
L-Artiklu 3 biss |
Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Il-punt 4.4 tal-Anness biss |
Regolament (UE) 2016/2032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
ANNESS X
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 91/2003 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikolu 4(1), parti introduttorja |
Artikolu 4(1), parti introduttorja |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 4(1)(e) |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 4(1)(f) |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 4(1)(g) |
Artikolu 4(1)(e) |
Artikolu 4(2), (3) u (4) |
Artikolu 4(2), (3) u (4) |
Artikolu 4(5) |
— |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1a) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 8(5) |
Artikoli 9, 10 u 11 |
Artikoli 9, 10 u 11 |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Anness A |
Anness I |
Anness C |
Anness II |
Anness E |
Anness III |
Anness F |
Anness IV |
Anness G |
Anness V |
Anness J |
Anness VI |
Anness K |
Anness VII |
Anness L |
Anness VIII |
— |
Anness IX |
— |
Anness X |