|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/603
tat-12 ta' April 2018
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid xi suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Kuxxin tal-plastik li jintefaħ (magħruf bħala “kuxxin għas-siġġijiet bir-roti”), b'qisien ta' madwar 40 × 40 cm, magħmul minn żewġ kompartimenti rettangolari konnessi flimkien internament, mimlijin bl-arja. Kull kompartiment fih borża tal-plastik mimlija bl-arja, miksija b'saff irqiq ta' silikonu. Il-kuxxin jista' jiġi aġġustat skont kemm jintefħu bl-arja ż-żewġ kompartimenti, b'mod li meta l-utent ipoġġi fuq il-kuxxin, il-pożizzjoni tal-boroż tal-plastik f'kull kompartiment tersaq skont kemm ikun hemm arja. Il-kuxxin ikollu għata ta' materjal tessili li ma jiżloqx li jkollha żewġ strixxi tat-tip tal-“velkro” mal-qiegħ. Dan l-oġġett huwa maħsub biex lill-utent ma jiżviluppawlux feriti minħabba l-pressjoni fuq il-ġilda. Itaffi l-effett fuq l-għadam tal-warrani tal-utent u b'hekk dan iħossu aktar komdu. Ara l-istampi (*1) |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Il-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt it-titlu 9404 (oġġetti ta' friex u tagħmir (furnishing) simili) hija eskluża għaliex il-kuxxini pnewmatiċi huma esklużi minn dan it-titlu skont it-tifsira tan-nota 1(a) tal-Kapitolu 94, u b'hekk, il-kuxxini tal-plastik pnewmatiċi huma kklassifikati taħt it-titlu 3926 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) l-aħħar paragrafu (b) għat-titlu 9404 ). Il-klassifikazzjoni fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 8714 20 00 taħt partijiet u aċċessorji għal vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabbiltà, hija eskluża wkoll għaliex l-oġġett mhuwiex identifikabbli bħala addattat biss jew b'mod prinċipali għall-użu fil-vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabbiltà fit-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVII. Meta jitqiesu l-karatteristiki oġġettivi tiegħu, l-oġġett jista' jintuża fuq għadd kbir ta' sits u siġġijiet, kif ukoll fuq is-sits tas-siġġijiet bir-roti. Pereżempju, l-oġġett mhuwiex magħmul biex jintuża biss fuq sit speċifiku, għaliex ma għandu l-ebda mezz speċifiku li jitwaħħal bih li jidentifikah li jintuża fuq sit speċifiku. L-għata li ma tiżloqx u l-istrixxi tat-tip tal-“velkro” jistgħu jitwaħħlu ma' ħafna tipi ta' sits differenti. Għalhekk ma hemm xejn li jidentifika l-oġġett bħala li hu magħmul biex jintuża ma' xi tip speċifiku ta' sit (ara wkoll l-NSSA, l-ewwel paragrafu (i) għat-titlu 8714 ). Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 8714 20 00 bħala partijiet u aċċessorji għal vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabbiltà hija eskluża għaliex l-oġġett mhuwiex indispensabbli għat-tħaddim tas-siġġu bir-roti u lanqas ma jaddatta s-siġġu bir-roti għal xi funzjoni partikolari, jew iżid il-funzjonijiet tiegħu jew jippermetti li s-siġġu bir-roti jkollu xi funzjoni oħra b'rabta mal-funzjoni ewlenija tiegħu, li hi li jippermetti lil persuna b'diżabbiltà tmur minn banda għall-oħra (ara s-sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Ġunju 2011, Unomedical, C-152/10, ECLI:EU:C:2011:402, il-paragrafi 29, 30 u 36). Siġġu tar-roti jaħdem bl-istess mod bil-kuxxin u mingħajru. Il-funzjoni tal-kuxxin hija biss biex l-utent iħossu iżjed komdu u jkun jista' joqgħod fit-tul fuq is-siġġu bir-roti. Minkejja li l-oġġett huwa magħmul minn komponenti diversi (il-kuxxin huwa tal-plastik u l-għata tiegħu hija ta' materjal tessili), l-oġġett irid jiġi kklassifikat daqslikieku kien kuxxin tal-plastik, għaliex huwa l-kuxxin li jagħti l-karattru essenzjali lill-oġġett fit-tifsira tar-regola ġenerali 3(b). Il-komponent tessili huwa biss għata li tipproteġi l-komponent essenzjali u jżommu f'postu. Għalhekk, l-oġġett irid jiġi kklassifikat skont il-materjal li hu magħmul minnu taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 bħala “oġġetti oħrajn tal-plastik”. |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.