|
28.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/504
tas-7 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta' operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta' Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 (2) jistipula l-istruttura u l-kontenut tal-messaġġi li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u tal-imħażen tat-taxxa fir-reġistri nazzjonali u fir-Reġistru Ċentrali. Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-dejta użata f'dawk il-messaġġi, jenħtieġ li t-Tabelli 1, 2 u 4 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 jiġu emendati. |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (3), fil-każ ta' movimenti ta' prodotti ta' enerġija taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju tas-sisa bil-baħar jew permezz ta' kanali tal-ilma interni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur jistgħu jawtorizzaw lill-konsenjatur biex fil-ħin tal-konsenja jħalli barra d-dettalji tad-destinatarju fl-abbozz ta' dokument amministrattiv elettroniku msemmi fl-Artikolu 21(2) ta' dik id-Direttiva. F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 612/2013, magazzinier awtorizzat biss jista' jħalli barra d-dettalji tal-konsenjatarju. Għalhekk, jenħtieġ ukoll li speditur irreġistrat ikun jista' jħalli l-unità tad-destinazzjoni vojta fl-abbozz ta' dokument amministrattiv elettroniku fil-każ ta' movimenti ta' prodotti ta' enerġija taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju tas-sisa bil-baħar jew permezz ta' kanali tal-ilma interni sabiex ikun hemm allinjament mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/118/KE. |
|
(3) |
L-ispjega fil-kolonna F tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 għandha tipprovdi identifikazzjoni aktar ċara tal-element ta' dejta “Uffiċċju Rikjedenti” sabiex ikun hemm allinjament mad-definizzjoni fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Sabiex id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni għal verżjoni ġdida tas-sistema kompjuterizzata stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed ħin biex jippreparaw għall-bidliet li joħloq dan ir-Regolament, huwa għandu japplika mill-15 ta' Frar 2018. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 612/2013 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-15 ta' Frar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 tal-25 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta' operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 9).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' prodotti soġġetti għas-sisa (ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Tabelli 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej: “Tabella 1 Talba Komuni (imsemmija fl-Artikolu 4(5), l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2))
Tabella 2 Operazzjonijiet fuq ir-reġistru tal-operaturi ekonomiċi (imsemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(2) u (3) u fl-Artikolu 6(3))
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
It-Tabella 4 tinbidel b'dan li ġej: “Tabella 4 Statistika SEED (imsemmija fl-Artikolu 7(2))
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||