|
16.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/405
tal-21 ta' Novembru 2017
li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 456(1)(j) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni tal-lingwa Olandiża tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fiha żball fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 429a(3) imdaħħal bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 (2) li jikkonsisti f'referenza żbaljata li minħabba fiha jitnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-operaturi. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(2) |
Il-verżjoni tal-lingwa Ċeka tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fiha żball fl-Artikolu 429b(4) imdaħħal bir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/62 li minħabba fih il-kundizzjoni li tirregola l-użu ta' metodu ssimplifikat tal-kollateral finanzjarju tinftiehem bis-sens oppost għal dak tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-verżjoni tal-lingwa Litwana tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fiha żball fl-Artikolu 429b(4) imdaħħal bir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/62 fir-rigward tad-determinazzjoni taż-żieda. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/62, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-18 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).