|
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/401
tal-14 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-runways
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (2) jistipula d-definizzjonijiet tat-terminu “runway ta' strument” għall-finijiet ta' dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament għandhom jirriflettu l-aħħar żviluppi u l-aqwa prattiki fil-qasam tal-ajrudromi u jqisu l-istandards internazzjonali applikabbli. |
|
(2) |
L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), fl-ittra tagħha lill-Istat AN 41.2.24–13/20, adottat l-Emenda 11-B tal-Anness 14, il-Volum 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, li ilha applikabbli fl-Istati Kontraenti tal-ICAO mit-13 ta' Novembru 2014. Il-bidliet li hemm fiha jissimplifikaw il-klassifikazzjoni eżistenti tal-avviċinament tar-runway u jiddeskrivu b'mod aktar preċiż id-diversi tipi ta' operazzjonijiet ta' avviċinament u ta' nżul. |
|
(3) |
Dawk il-bidliet fl-Anness 14 tal-Konvenzjoni ta' Chicago għandhom ikunu riflessi fir-Regolament (UE) Nru 139/2014, b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-operazzjonijiet ta' avviċinament bi gwida vertikali tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) u r-rekwiżiti tar-runway f'rabta mal-operazzjonijiet ta' avviċinament. Addizzjonalment, l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' avviċinament bi gwida vertikali tal-PBN minn għadd sinifikanti ta' ajrudromi, mingħajr il-ħtieġa li tiġi mtejba l-infrastruttura tar-runway tagħhom, jenħtieġ li tkun iffaċilitata. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) Nru 139/2014 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 03/2016 maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikolu 17(2)(b) u l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (22) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħlu l-punti (47a) u (47b) li ġejjin:
|