|
(5)
|
L-Anness VII (il-Parti NCO) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt NCO.GEN.102 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
l-intestatura tinbidel b'dan li ġej:
“NCO.GEN.102
Touring motor gliders u glajders bil-mutur”;
|
|
(ii)
|
il-punt (d) jitħassar;
|
|
|
(b)
|
fil-punt NCO.GEN.103, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(a)
|
jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit operazzjonali, ħlief għall-glajders;”;
|
|
|
(c)
|
il-punt NCO.GEN.105 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a)(4), il-punti (iii) u (iv) jinbidlu b'dan li ġej:
|
“(iii)
|
l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, diment li tkun permessa l-operazzjoni b'tagħmir mhux operattiv bil-lista ta' tagħmir minimu (MEL) jew b'dokument ekwivalenti, jekk ikun applikabbli, kif previst fil-punti NCO.IDE.A.105, NCO.IDE.H.105 jew NCO.IDE.S.105;
|
|
(iv)
|
il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma tali li t-titjira tista' tiġi eżegwita fil-limiti msemmijin fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (f), il-punt (1) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(1)
|
iżomm iċ-ċintorin tas-sikurezza tiegћu meta jkun f'postu; u”;
|
|
|
|
(d)
|
il-punt NCO.GEN.106 jitħassar;
|
|
(e)
|
fil-punt NCO.GEN.135, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Minkejja l-punt (a), għal titjiriet fuq glajders, esklużi t-touring motor gliders (TMGs), id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(2) sa (a)(8) u l-punti (a)(11), (a)(12) u (a)(13) jistgħu jinġarru fuq il-vettura li tiġbor kollox lura.”;
|
|
|
(f)
|
il-punt NCO.OP.121 jitħassar;
|
|
(g)
|
il-punt NCO.OP.127 jitħassar;
|
|
(h)
|
il-punt NCO.OP.150 jinbidel b'dan li ġej:
“NCO.OP.150 Ġarr tal-passiġġieri
Qabel u matul it-taxiing, it-tlugħ u l-inżul u kull meta jitqies neċessarju, fl-interess tas-sikurezza l-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li kull passiġġier abbord ikun bilqiegћda f'sit jew f'post u jkun maqful sew b'ċinturin tas-sikurezza jew b'tagħmir ta' restrizzjoni;”;
|
|
(i)
|
il-punt NCO.OP.156 jinbidel b'dan li ġej:
“NCO.OP.156 Tipjip abbord — glajders
Għall-ebda persuna ma hu permess it-tipjip abbord glajder.”;
|
|
(j)
|
il-punt NCO.OP.176 jitħassar;
|
|
(k)
|
il-punt NCO.OP.185 jinbidel b'dan li ġej:
“NCO.OP.185 Ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira
F'intervalli regolari l-bdot fil-kmand għandu jikkontrolla li l-ammont ta' fjuwil li jista' jintuża li jkun għad fadal għal waqt it-titjira, ma jkunx anqas mill-fjuwil meħtieġ biex jipproċedi lejn ajrudorm jew lejn sit tal-operat funzjonali li jista' jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali u li r-riżerva tal-fjuwil ippjanata tkun skont kif meħtieġ fil-punti NCO.OP.125 jew NCO.OP.126.”;
|
|
(l)
|
il-punt NCO.OP.215 jitħassar;
|
|
(m)
|
fil-punt NCO.POL.100, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(a)
|
Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi ma' kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fl-AFM jew f'dokument ekwivalenti.”;
|
|
|
(n)
|
il-punt NCO.POL.105 jinbidel b'dan li ġej:
“NCO.POL.105 Użin
|
(a)
|
L-operatur għandu jiżgura li l-massa u ċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru ikunu ġew stabbiliti permezz ta' użin reali qabel ma dan jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-bdot fil-kmand. L-inġenju tal-ajru għandu jerġa' jintiżen jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b'mod preċiż.
|
|
(b)
|
L-użin għandu jsir:
|
(1)
|
mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata, fil-każ tal-ajruplani u tal-ħelikopters; kif ukoll
|
|
(2)
|
għall-glajders, mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew f'konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.”;
|
|
|
|
(o)
|
is-Subparti D, it-Taqsima 4 titħassar;
|
|
(p)
|
fil-punt NCO.SPEC.115, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Fl-interess tas-sikurezza, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-lista ta' kontroll.”;
|
|
|
(q)
|
f'NCO.SPEC.120, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Fl-interess tas-sikurezza, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand, l-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-lista ta' kontroll.”;
|
|
|