|
13.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/9 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/387
tat-12 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 (2) jimplimenta ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK tipprovdi għal embargo fuq l-armi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana u għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni li huma ngaġġati fi jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jħeddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. |
|
(3) |
Fit-30 ta' Jannar 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2399 (2018) (“UNSCR 2399”), li emendat l-eċċezzjonijiet mill-embargo fuq l-armi kif ukoll il-kriterji tad-deżinjazzjoni għall-iffriżar tal-assi. Il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/391 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK biex timplimenta l-UNSCR 2399. |
|
(4) |
Din il-miżura taqa fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata, b'mod partikolari bl-għan li tkun żgurata tal-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 5(3) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KARANIKOLOV
(1) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/391 tat-12 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (ara l-paġna 46 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).