9.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/349
tat-8 ta' Marzu 2018
li jemenda għall-282 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid tliet entrati fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
(2) |
L-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”: “Al-Kawthar Money Exchange (psewdonimu: (a) Al Kawthar Co.; (b) Al Kawthar Company; (c) Al-Kawthar Hawala). Indirizz: Al-Qaim, il-Provinċja ta' Al Anbar, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Negozju tal-kambju ta' flus u li minn nofs l-2016 hu ta' sjieda ta' Umar Mahmud Irhayyim al-Kubaysi. Stabbilit fis-sena 2000 bin-numru tal-Liċenzja 202, maħruġa fis-17.5.2000, u minn dakinhar ġiet irtirata. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): is-6.3.2018.” |