6.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/329
tal-5 ta' Marzu 2018
li jaħtar Ċentru ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għat-Trattament Xieraq tal-Annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għamlet sejħa pubblika għall-għażla u l-ħatra ta' Ċentru ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li jenħtieġ li jappoġġja l-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri marbuta mal-applikazzjoni tar-regoli li jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-trattament xieraq tal-annimali msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-kumitat għall-valutazzjoni u l-għażla nnominat għal dik is-sejħa, ikkonkluda li l-konsorzju mmexxi minn Wageningen Livestock Research u li hu magħmul ukoll mill-Università ta' Aarhus u minn Friedrich-Loeffler-Institut, jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jista' jkun responsabbli għall-kompiti stipulati fl-Artikolu 96 ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Għaldaqstant, dan il-konsorzju jenħtieġ li jinħatar bħala Ċentru ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għat-Trattament Xieraq tal-Annimali responsabbli għall-kompiti ta' appoġġ sakemm ikunu inklużi fil-programmi annwali jew multiannwali taċ-ċentru ta' referenza. Jenħtieġ li l-programmi jiġu stabbiliti f'konformità mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(4) |
Jenħtieġ li l-ħatra tiġi rieżaminata kull ħames snin, mill-ewwel jum ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun applikabbli mid-29 ta' April 2018 skont id-data tal-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 167(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-konsorzju li ġej għandu jinħatar bħala Ċentru ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għat-Trattament Xieraq tal-Annimali responsabbli għall-attivitajiet orizzontali ta' appoġġ tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tar-rekwiżiti għat-trattament xieraq tal-annimali:
Isem |
: |
Konsorzju mmexxi minn Wageningen Livestock Research u li hu magħmul ukoll mill-Università ta' Aarhus u minn Friedrich-Loeffler-Institut |
|||
Indirizz |
: |
|
Il-ħatra għandha tiġi rieżaminata kull ħames snin mill-ewwel jum ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-29 ta' April 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).