27.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/286
tas-26 ta' Frar 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
(2) |
L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jelenka l-bastimenti li għandhom jiġu maqbuda, jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun speċifika dan. Huwa jelenka wkoll il-bastimenti li għalihom l-aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni huwa pprojbit, jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun speċifika dan. |
(3) |
Fis-26 ta' Frar 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/293 (2) li tibdel l-istruttura tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (3), liema anness jelenka l-bastimenti li ġew iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
(2) Ara l-paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
ANNESS
L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS XIV
Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1) u l-miżuri applikabbli kif speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet
A. |
Bastimenti soġġetti għal qbid |
B. |
Bastimenti pprojbiti milli jidħlu fil-portijiet
|