|
26.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/281
tas-26 ta' Frar 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686. |
|
(2) |
Minħabba t-theddida kontinwa ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Dan li ġej jiżdied fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:
“A. Persuni
|
1. |
Fabien CLAIN (magħruf ukoll bħala Omar); data tat-twelid: 30 ta' Jannar 1978; post tat-twelid: Toulouse (Franza); Nazzjonalità: Franċiża; Numru tal-passaport 06AP104665 maħruġ fis-16.1.2006 (skadut); numru tal-karta tal-identità nazzjonali: 150161100206 maħruġa fit-8.1.2015 (valida sas-7.1.2030).” |