|
22.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/260
tal-21 ta' Frar 2018
li jtemm l-investigazzjoni rigward iċ-ċirkomvenzjoni possibbli ta' miżuri anti-dumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2013, fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet konsenjati mill-Vjetnam, sew jekk huma ddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam, sew jekk le
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti
|
(1) |
F'Lulju 2005, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom (“pallet trucks tal-idejn”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”). Il-miżuri kienu jikkonsistu f'dazju anti-dumping ad valorem li jvarja bejn 7,6 % u 46,7 % (“il-miżuri oriġinali”). |
|
(2) |
F'Lulju 2008, permezz tar-Regolament (KE) Nru 684/2008 (3), il-Kunsill, wara rieżami interim parzjali ex officio skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, iċċara l-ambitu tal-miżuri u eskluda mill-miżuri anti-dumping oriġinali ċerti prodotti, high lifters, stackers, scissor lifts u weighing trucks, li nstab li kienu distinti minn pallet trucks tal-idejn minħabba l-karatteristiċi u l-funzjonijiet tagħhom u l-użi finali speċifiċi tagħhom. |
|
(3) |
F'Ġunju 2009, permezz tar-Regolament (KE) Nru 499/2009 (4), il-Kunsill, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, estenda d-dazju anti-dumping definittiv applikabbli “għall-kumpaniji l-oħra kollha” impost mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 għal pallet trucks tal-idejn ikkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk ġew iddikjarati li joriġinaw fit-Tajlandja, kif ukoll jekk le. |
|
(4) |
F'Ottubru 2011, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 (5), il-Kunsill, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn li joriġinaw fir-RPĊ. |
|
(5) |
F'April 2013, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013 (6), il-Kunsill, wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, emenda r-Regolament (UE) Nru 1008/2011, u impona rata ta' dazju ta' 70,8 % applikabbli għall-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni ta' pallet trucks tal-idejn li joriġinaw fir-RPĊ. |
|
(6) |
F'Settembru 2014, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 946/2014 (7), il-Kummissjoni Ewropea (“Il-Kummissjoni”), wara rieżami ta' esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, emendat ir-Regolament (UE) Nru 1008/2011, u imponiet rata' ta' dazju individwali ta' 54,1 % fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn minn Ningbo Logitrans Handling Equipment Co. |
|
(7) |
F'Awwissu 2016. permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1346 (8), il-Kummissjoni, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, estendiet id-dazji anti-dumping definittivi fis-seħħ għal importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn kemm kemm immodifikati li jinkorporaw sistema ta' indikazzjoni tal-piż mhux integrata fix-xażi (il-frieket) li joriġinaw fir-RPĊ. |
|
(8) |
F'Novembru 2017, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2206 (9), il-Kummissjoni, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn li joriġinaw fir-RPĊ. |
|
(9) |
Il-miżuri li bħalissa qegħdin fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-RPĊ li jikkonsistu f'dazju ad valorem stabbilit għal 70,8 %. |
1.2. Talba
|
(10) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-RPĊ minn importazzjonijiet konsenjati mill-Vjetnam, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam u kemm jekk le, u li tagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni. |
|
(11) |
It-talba saret fis-6 ta' Ġunju 2017 minn żewġ produtturi tal-Unjoni ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, Toyota Material Handling Manufacturing Sweden AB u PR Industrial S.r.l. (“l-applikanti”). |
|
(12) |
It-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie dwar bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn l-Unjoni, ir-RPĊ u l-Vjetnam li dehret li tinbet minn prassi, proċess jew xogħol li għalih ma kienx hemm kawża dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jiġifieri l-konsenja tal-prodott ikkonċernat permezz tal-Vjetnam fl-Unjoni, wara li jkun għadda mill-operazzjoni ta' assemblaġġ fil-Vjetnam. It-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie li turi li tali operazzjonijiet tal-assemblaġġ jikkostitwixxu ċirkomvenzjoni billi l-partijiet Ċiniżi kienu jikkostitwixxu iktar minn 60 % tal-valur totali tal-prodott magħqud u l-valur miżjud matul l-operazzjoni tal-assemblaġġ kien inqas minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. |
|
(13) |
Barra minn hekk, it-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-prassi msemmija iktar 'il fuq kienet qed timmina l-effetti rimedjali tal-miżuri anti-dumping eżistenti, kemm f'termini tal-kwantitajiet, kif ukoll tal-prezzijiet, u li l-prezzijiet tal-prodott taħt investigazzjoni kienu l-oġġett ta' dumping f'relazzjoni mal-valur normali stabbilit preċedentement għall-prodott ikkonċernat. |
1.3. Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat
|
(14) |
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażi u l-idrawlika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, il-pallet trucks tal-idejn għandhom ikunu trakkijiet b'roti li jirfdu l-frieket tal-irfigħ għat-tqandil tal-pallets, iddisinjati biex jiġu mbuttati, jinġibdu u jinstaqu bl-idejn, fuq uċuh lixxi, invellati u ibsin, minn operatur pedonali bl-użu ta' laċċ artikulat. Il-pallet trucks tal-idejn huma ddisinjati biss biex jgħollu tagħbija, billi wieħed jippompja l-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għandhom l-ebda funzjoni jew użu addizzjonali ieħor bħal, pereżempju, (i) biex iġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew biex jgħinu fil-ħżin tat-tagħbija (highlifters); (ii) biex jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (stackers); (iii) biex jerfgħu t-tagħbija għal livell fejn isir ix-xogħol (scissorlifts); jew (iv) biex jerfgħu u biex jiżnu t-tagħbijiet (trakkijiet tal-użin) (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(15) |
Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak iddefinit hawn fuq, iżda konsenjat mill-Vjetnam, kemm jekk dikjarat li joriġina fil-Vjetnam kif ukoll jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat (“prodott investigat”). |
|
(16) |
L-investigazzjoni wriet li l-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, kif iddefiniti iktar 'il fuq, esportati mir-RPĊ għall-Unjoni u dawk ikkonsenjati mill-Vjetnam għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u għandhom l-istess użi, u għaldaqstant għandhom jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
1.4. Il-bidu
|
(17) |
Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li kien hemm biżżejjed evidenza prima facie biex tinbeda investigazzjoni bis-saħħa tal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina u li tagħmel l-importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom ikkonsenjati mill-Vjetnam, kemm jekk huma ddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam, kemm jekk le, soġġetti għar-reġistrazzjoni. |
|
(18) |
L-investigazzjoni nbdiet permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1348 (10) (“ir-Regolament tal-bidu”). |
1.5. Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu rapportar
|
(19) |
Il-perjodu ta' investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-30 ta' Ġunju 2017 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). Ġiet miġbura informazzjoni għall-perjodu ta' investigazzjoni biex tiġi investigata, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ wara l-impożizzjoni tal-miżuri kif ukoll wara ż-żieda tad-dazju anti-dumping definittiv permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2013 u l-eżistenza ta' prassi, proċess jew xogħol li għalih ma kienx hemm kawża dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Inġabret dejta aktar iddettaljata għall-perjodu ta' rapportar mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 (“il-perjodu ta' rapportar”) sabiex jiġi eżaminat jekk l-importazzjonijiet kinux qed jimminaw l-effett ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u/jew kwantitajiet u l-eżistenza ta' dumping. |
1.6. Investigazzjoni
|
(20) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tal-Vjetnam, lill-produtturi esportaturi u l-kummerċjanti f'dawk il-pajjiżi, lill-importaturi fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-industrija tal-Unjoni dwar il-bidu tal-investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ u fil-Vjetnam magħrufa lill-Kummissjoni jew li kienu ppreżentaw ruħhom qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-premessa 15 tar-Regolament tal-bidu. Intbagħtu kwestjonarji wkoll lill-importaturi fl-Unjoni. |
|
(21) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ skont iż-żmien stipulat tar-Regolament tal-bidu. |
|
(22) |
Tliet kumpaniji fil-Vjetnam, li waħda minnhom kienet għadha ma bdietx tipproduċi l-pallet trucks tal-idejn fil-perjodu ta' investigazzjoni, u erba' importaturi mhux relatati ppreżentaw lilhom infushom. |
|
(23) |
Żewġ kumpaniji Vjetnamiżi ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju u talbu eżenzjoni mill-estensjoni possibbli tal-miżuri, f'konformita mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(24) |
Erba' importaturi mhux relatati fl-Unjoni pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. |
|
(25) |
Iż-żjarat ta' verifika saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin fil-Vjetnam:
|
2. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
(26) |
F'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, jinħtieġ li l-elementi li ġejjin jiġu analizzati suċċessivament sabiex tiġi vvalutata ċ-ċirkomvenzjoni possibbli:
|
|
(27) |
Fl-investigazzjoni preżenti, minħabba li l-evidenza prima facie mogħtija mill-applikanti fit-talba wriet li hemm operazzjoni ta' assemblaġġ fil-Vjetnam, il-Kummissjoni analizzat b'mod iktar speċifiku jekk il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku ġewx issodisfati, b'mod partikolari:
|
|
(28) |
L-informazzjoni dwar il-bejgħ ta' esportazzjoni ppreżentata miż-żewġ kumpaniji Vjetnamiżi tista' tiġi rikonċiljata mad-dejta disponibbli fil-bażi ta' dejta Comext (11) dwar l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Vjetnam. Għalhekk tqies li dawn il-kumpaniji kienu l-uniċi esportaturi tal-prodott investigat mill-Vjetnam lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' rapportar. |
2.2. Kundizzjoni tal-Artikolu 13(2)(a): Bidu jew żieda sostanzjali ta' operazzjonijiet
|
(29) |
Għaż-żewġ kumpaniji, il-volum ta' bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni żdied b'mod kostanti mill-2013, meta d-dazju anti-dumping definittiv ġie miżjud għal 70,8 % permezz tar-Regolament (UE) Nru 372/2013, sal-perjodu ta' rapportar. Il-volum ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni taż-żewġ kumpaniji żdied b'aktar minn tliet darbiet tul dan il-perjodu. Qabel l-2013, il-volum esportat minn dawn il-kumpaniji lejn is-suq tal-Unjoni kien negliġibbli jew ineżistenti. B'mod parallel, l-esportazzjonijiet Ċiniżi għas-suq tal-Unjoni tal-prodott investigat waqgħu sinifikantement b'65 %. Għalhekk ġie konkluż li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn l-Unjoni u r-RPĊ minn naħa, u bejn l-Unjoni u l-Vjetnam min-naħa l-oħra, u li għalhekk il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament bażiku kienet issodisfata. |
2.3. Kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2)(b): kriterji tas-60 % u l-25 %
|
(30) |
F'konformità mal-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, biex tiġi stabbilita l-eżistenza taċ-ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni kellha tivverifika li l-partijiet użati fl-operazzjoni ta' assemblaġġ mill-pajjiżi soġġetti għall-miżuri kienu jikkostitwixxu 60 % jew aktar tal-valur totali tal-partijiet tal-prodott assemblat u li l-valur miżjud għall-partijiet li ddaħħlu ma kienx akbar minn 25 % tal-kost tal-manifattura. |
(i) L-ewwel kriterju: 60 % tal-valur totali tal-partijiet li jikkostitwixxu l-prodott assemblat
|
(31) |
Għaż-żewġ kumpaniji li kkooperaw instab li l-partijiet mill-pajjiż soġġett għall-miżuri ma kinux jikkostitwixxu 60 % jew aktar tal-valur totali tal-partijiet tal-prodotti assemblati. |
|
(32) |
Għaldaqstant, l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ li saru mill-kumpaniji Vjetnamiżi li kkooperaw ma jistgħux jitqiesu bħala ċirkomvenzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(ii) It-tieni kriterju: 25 % tal-valur miżjud mal-partijiet miġjuba
|
(33) |
Minħabba li l-investigazzjoni wriet li l-kriterju ta' 60 % ma ntlaħaqx u li l-operazzjoni ta' assemblaġġ ma tistax titqies bħala ċirkomvenzjoni skont it-tifsira tal-artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, ma tqiesx meħtieġ li dan il-kriterju jiġi eżaminat. |
2.4. Kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2)(c): imminar tal-effetti ta' rimedju b'riżultat tad-dazju u evidenza ta' dumping
|
(34) |
Minħabba li l-investigazzjoni wriet li l-kriterju ta' 60 % ma ntlaħaqx u li l-operazzjoni ta' assemblaġġ ma tistax titqies bħala ċirkomvenzjoni skont it-tifsira tal-artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, ma tqiesx meħtieġ li dawn l-aspetti jiġu eżaminati. |
|
(35) |
Minħabba li ż-żewġ kumpaniji investigati jirrappreżentaw 100 % tal-importazzjonijiet Vjetnamiżi matul il-perjodu ta' rapportar, ma setax jiġi stabbilit li l-miżuri fis-seħħ fir-rigward taċ-Ċina kienu qed jiġu ċirkomvenuti mill-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Vjetnam. |
3. TMIEM L-INVESTIGAZZJONI
|
(36) |
Fid-dawl tas-sejbiet imsemmija fil-premessi minn (30) sa (32), jenħtieġ li l-investigazzjoni preżenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni tintemm. Jinħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom ikkonsenjati mill-Vjetnam, kemm jekk huma ddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam, kemm jekk le, introdotti permezz tar-Regolament tal-bidu, jiġu skontinwati, u r-Regolament jitħassar. |
|
(37) |
Il-partijiet interessati kienu informati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li ttemm l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma kinux ta' natura li jibdlu l-konklużjonijiet ta' hawn fuq, |
|
(38) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-investigazzjoni mibdija bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1348 sabiex tiddetermina jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażi u l-idrawlika, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 u kkonsenjati mill-Vjetnam, kemm jekk huma ddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u kemm jekk le (kodiċijiet TARIC 8427900013 u 8431200013) humiex jiċċirkomvjenu l-miżuri imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2013, hija b'dan mitmuma.
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali ma għandhomx ikomplu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1348.
Artikolu 3
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1348 qiegħed b'dan jitħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/2008 tas- 17 ta' Lulju 2008 li jiċċara l-ambitu tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal- pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 151, 16.6.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 tal-10 ta' Ottubru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, 13.10.2011, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013 tat-22 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 112, 24.4.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara analiżi tal-“esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 7).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1346 tat-8 ta' Awwissu 2016 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, dwar l-importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn kemm kemm immodifikati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 214, 9.8.2016, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2206 tad-29 ta' Novembru 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 30.11.2017, p. 12).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1348 tad-19 ta' Lulju 2017 li jagħti bidu għal investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli ta' miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 372/2013 dwar l-importazzjonijiet ta' pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam u sew jekk le, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 188, 20.7.2017, p. 1).
(11) Comext hija bażi tad-dejta ta' statistiċi ta' kummerċ barrani amministrata mill-Eurostat.