20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/252

tad-19 ta' Frar 2018

dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ tas-suq għas-settur tal-pollam fi Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 220(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017, Franza kkonfermat bosta tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u bagħtet notifiki dwar dawn it-tifqigħat. B'kollox, ġew ikkonfermati 486 tifqigħa fi Franza. L-ispeċijiet milquta huma l-papri, il-wiżż, id-dundjani, il-farawni u s-summien kif ukoll flieles, tiġieġ, sriedaq, ħosien, tiġieġ imsemmen, tiġieġ ta' età żgħira u tiġieġ li jbid tal-ispeċi Gallus domesticus.

(2)

Minnufih u b'mod effiċjenti, Franza ħadet il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji kollha meħtieġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2).

(3)

B'mod partikolari, Franza ħadet miżuri ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' prevenzjoni filwaqt li stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza (“iż-żoni regolati”) skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3), (UE) 2017/417 (4), (UE) 2017/554 (5), (UE) 2017/696 (6), (UE) 2017/780 (7) u (UE) 2017/1139 (8). Biex tikkontrolla u tipprevjeni t-tixrid tal-marda, Franza imponiet żewġ settijiet ta' miżuri, l-ewwel fil-forma ta' restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-għasafar, projbizzjoni milli jitqiegħdu fihom tjur u l-estensjoni tal-perjodi ta' mistrieħ f'azjendi tal-pollam fiż-żoni regolati stabbiliti wara tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotop H5; u t-tieni fil-forma tal-implimentazzjoni ta' estensjoni ulterjuri, fl-istabbilimenti tal-papri u tal-wiżż li jinsabu fiż-żoni regolati fil-31 ta' Marzu 2017, tal-perjodi ta' mistrieħ u ta' projbizzjoni milli jitqiegħdu fihom tjur sat-28 ta' Mejju 2017.

(4)

Permezz tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri, Franza rnexxielha trażżan u twaqqaf għalkollox it-tixrid tal-marda. Il-miżuri tal-Unjoni u dawk nazzjonali rigward is-saħħa tal-annimali, kif ukoll il-miżuri veterinarji, ġew applikati sad-29 ta' Settembru 2017 fl-azjendi kollha rilevanti.

(5)

Franza infurmat lill-Kummissjoni li l-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji meħtieġa, li kienu ġew applikati biex irażżnu u jeradikaw it-tixrid tal-marda, affettwaw għadd kbir ħafna ta' operaturi u li dawk l-operaturi ġarrbu telf ta' introjtu li ma kienx eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(6)

Fit-12 ta' April, fit-3 ta' Awwissu u fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet talbiet formali minn Franza għall-finanzjament parzjali ta' ċerti miżuri eċċezzjonali skont l-Artikolu 220(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(7)

B'riżultat tal-miżuri tas-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji li ġew applikati, il-perjodi ta' mistrieħ sanitarju ġew estiżi, l-introduzzjoni tat-tjur ġiet ipprojbita u ġew ristretti fl-azjendi l-movimenti tat-tipi kollha ta' tjur fiż-żoni regolati stabbiliti wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5. Dan kien jikkonċerna l-ispeċijiet li ġejjin: il-papri, il-wiżż, id-dundjani, il-farawni u s-summien, kif ukoll flieles, tiġieġ, sriedaq, ħosien, tiġieġ imsemmen, tiġieġ ta' età żgħira u tiġieġ li jbid tal-ispeċi Gallus domesticus. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-pollam f'dawn l-azjendi. Għalhekk jixraq li jingħata kumpens għal dan it-telf.

(8)

B'riżultat tal-miżuri tas-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji li ġew applikati, it-tqegħid tal-papri u tal-wiżż fl-azjendi kollha fiż-żoni regolati ġie pprojbit sat-28 ta' Mejju 2017. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-laħam tal-pollam f'dawn l-azjendi tal-papri u tal-wiżż. Għalhekk jixraq li jingħata kumpens għal dan it-telf.

(9)

Skont l-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-finanzjament parzjali mill-Unjoni jrid ikun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba minn Franza għall-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq. Jenħtieġ li l-kwantitajiet massimi eliġibbli għal finanzjament fir-rigward ta' kull miżura eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq jiġu ffissati mill-Kummissjoni wara li tkun fliet it-talba li tkun irċeviet mingħand Franza.

(10)

Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kumpens żejjed, jenħtieġ li l-ammont tal-finanzjament parzjali b'rata fissa jkun ibbażat fuq studji tekniċi u ekonomiċi jew fuq dokumenti kontabilistiċi u jenħtieġ li jiġu ffissati f'livell xieraq għal kull annimal u għal kull prodott skont il-kategoriji ta' annimali prodotti f'termini ta' speċijiet u wkoll f'termini tal-metodu ta' produzzjoni, jiġifieri l-produzzjoni standard, il-produzzjoni fil-beraħ, il-produzzjoni ċċertifikata skont l-iskema nazzjonali, il-produzzjoni ċċertifikata skont l-iskema Label Rouge, il-produzzjoni koperta b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP), u fl-aħħar nett, f'termini tat-tul tal-katina tal-provvista — jiġifieri ċiklu twil għall-produtturi tal-pollam li jipproduċu annimali ħajjin biss, u katina ta' provvista qasira għal produtturi tal-pollam li jipproduċu annimali ħajjin u li jittrasformawhom fi prodotti pproċessati.

(11)

Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' finanzjament doppju, jenħtieġ li t-telf imġarrab ma jkunx ġie kkumpensat b'għajnuna mill-Istat jew b'assigurazzjoni, u jenħtieġ li l-finanzjament parzjali mill-Unjoni skont dan ir-Regolament ikun limitat għal annimali u għal prodotti eliġibbli, li għalihom ma tkun ġiet riċevuta l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.

(12)

Jenħtieġ li l-livell u t-tul ta' żmien tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq previsti f'dan ir-Regolament ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi appoġġat is-suq. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq japplikaw biss għall-produzzjoni tal-pollam fl-azjendi li jinsabu fiż-żoni regolati u għat-tul ta' żmien fis-seħħ tal-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Franċiża u tal-Unjoni rigward l-486 tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja li ġew ikkonfermati bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017, u rigward iż-żoni regolati fil-31 ta' Marzu 2017.

(13)

Biex tkun żgurata l-flessibbiltà f'każ li l-għadd ta' annimali li ma jkunux ġew prodotti u li huma eliġibbli għall-kumpens ikun differenti mill-għadd massimu stabbilit f'dan ir-Regolament li huwa bbażat fuq stimi, il-kumpens jista' jiġi aġġustat fi ħdan ċerti limiti, sakemm l-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata parzjalment mill-Unjoni jiġi rispettat.

(14)

Għall-fini ta' ġestjoni baġitarja tajba ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq, jenħtieġ li dawk il-pagamenti li jsiru minn Franza lill-benefiċjarji sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2018 biss ikunu eliġibbli għal finanzjament parzjali mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (10) ma jkunx applikabbli.

(15)

Sabiex l-eliġibbiltà u l-korrettezza tal-pagamenti jiġu żgurati, jenħtieġ li l-awtoritajiet Franċiżi jwettqu kontrolli ex ante.

(16)

Sabiex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-kontroll finanzjarju tagħha, jenħtieġ li Franza tgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-pagamenti.

(17)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni immedjata minn Franza tal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(18)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba minn Franza biex tappoġġa s-suq tal-pollam li ntlaqat serjament mill-486 tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 li nstabu u li ġew innotifikati minn Franza bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

In-nefqa mġarrba minn Franza għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni:

(a)

sakemm iddum l-applikazzjoni tal-miżuri tas-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji msemmija fl-atti tal-leġiżlazzjoni Franċiża u tal-Unjoni elenkati fl-Anness; kif ukoll

(b)

għal dawk l-azjendi tal-pollam li jkunu ġew soġġetti għall-miżuri tas-saħħa tal-annimali u għall-miżuri veterinarji u li jinsabu fiż-żoni msemmija fl-atti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik Franċiża elenkati fl-Anness (“iż-żoni regolati”); kif ukoll

(c)

jekk tkun tħallset minn Franza lill-benefiċjarji sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2018. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ma għandux japplika; kif ukoll

(d)

jekk l-annimal jew il-prodott, għall-perjodu msemmi fil-paragrafu a), ma jkunx ibbenefika minn xi kumpens permezz tal-għajnuna mill-Istat jew minn assigurazzjoni, u li għalih ma jkun ingħata l-ebda kontribut finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.

Artikolu 3

1.   Il-livell massimu tal-finanzjament parzjali mill-Unjoni għandu jkun ta' EUR 32 500 000, kif ġej:

(a)

Għat-telf fil-produzzjoni tal-wiżż u tal-papri fiż-żoni regolati, għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:

(i)

Għal produtturi b'katina ta' provvista qasira:

Papri ppastardjati (mulard) fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,24 għal kull annimal għal massimu ta' 420 877 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10, imsemmna:

EUR 1,13 għal kull annimal għal massimu ta' 469 483 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10, lesti:

EUR 4,41 għal kull annimal għal massimu ta' 596 122 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10, karkassi sħaħ:

EUR 2,20 għal kull annimal għal massimu ta' 624 494 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10, imqattgħin f'biċċiet:

EUR 4,275 għal kull annimal għal massimu ta' 434 960 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10, ipproċessati:

EUR 19,055 għal kull annimal għal massimu ta' 152 038 annimal;

Wiżż fil-bidu tat-trobbija kopert bil-kodiċi NM 0105 99 20:

EUR 2,455 għal kull annimal għal massimu ta' 5 625 annimal;

Wiżż kopert bil-kodiċi NM 0105 99 20, karkassi sħaħ:

EUR 10,595 għal kull annimal għal massimu ta' 9 832 annimal;

Wiżż kopert bil-kodiċi NM 0105 99 20, ipproċessat:

EUR 23,33 għal kull annimal għal massimu ta' 3 004 annimal;

Papri koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10, għax-xiwi:

EUR 5,16 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

Wiżż kopert bil-kodiċi NM 0105 99 20, għax-xiwi:

EUR 11,505 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

(ii)

Għal produtturi b'katina ta' provvista twila:

Papri ppastardjati (mulard) standard fil-bidu tat-trobbija, b'IĠP u tal-Label Rouge koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,24 għal kull annimal għal massimu ta' 7 681 851 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) imsemmna u standard, koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,515 għal kull annimal għal massimu ta' 456 754 annimal;

Papri b'IĠP ippastardjati (mulard) imsemmna koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,68 għal kull annimal għal massimu ta' 6 464 618-il annimal;

Papri ppastardjati (mulard) tal-Label Rouge imsemmna koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,81 għal kull annimal għal massimu ta' 724 618-il annimal;

Papri standard ippastardjati (mulard) lesti koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 1,48 għal kull annimal għal massimu ta' 776 279 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) b'IĠP u lesti koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 1,645 għal kull annimal għal massimu ta' 5 929 395 annimal;

Papri ppastardjati (mulard) lesti tal-Label Rouge koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 2,63 għal kull annimal għal massimu ta' 633 228 annimal;

Papri Cairina moschata koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,48 għal kull annimal għal massimu ta' 104 958 annimal;

Papri Cairina moschata ċċertifikati koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,585 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

Papri Cairina moschata tal-Label Rouge koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 0,625 għal kull annimal għal massimu ta' 215-il annimal;

Kuluverti koperti bil-kodiċi NM 0105 99 10:

EUR 1,1325 għal kull annimal għal massimu ta' 2 000 annimal;

Wiżż imsemmen kopert bil-kodiċi NM 0105 99 20:

EUR 2,855 għal kull annimal għal massimu ta' 26 572 annimal;

Wiżż lest kopert bil-kodiċi NM 0105 99 20:

EUR 5,54 għal kull annimal għal massimu ta' 19 082 annimal;

(b)

Għat-telf fil-produzzjoni tal-pollam għajr il-papri u l-wiżż li jinsabu fiż-żoni regolati, għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal u għal kull jum:

(i)

Għal produtturi b'katina ta' provvista qasira:

Tiġieġ kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00, karkassi sħaħ:

EUR 0,02459 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 178 319-il annimal;

Tiġieġ kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00, imqatta' f'biċċiet:

EUR 0,03776 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 2 097 annimal;

Tiġieġ kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00, ipproċessat:

EUR 0,086 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 705 annimali;

Farawni bil-kodiċi NM 0105 99 50, karkassi sħaħ:

EUR 0,021335 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 4 181 annimal;

Farawni koperti bil-kodiċi NM 0105 99 50, imqattgħin f'biċċiet:

EUR 0,032765 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Dundjani koperti bil-kodiċi NM 0105 99 30, karkassi sħaħ:

EUR 0,045895 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Dundjani koperti bil-kodiċi NM 0105 99 30, imqattgħin f'biċċiet:

EUR 0,070485 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Ħosien koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00, karkassi sħaħ:

EUR 0,038595 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Poulards koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00, karkassi sħaħ:

EUR 0,045085 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

(ii)

Għal produtturi b'katina ta' provvista twila:

Tiġieġ u sriedaq standard koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,00191 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 2 235 243 annimal;

Tiġieġ tal-Label Rouge jew imrobbi fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,004165 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 5 904 353 annimal;

Tiġieġ organiku kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,00505 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 295 130 annimal;

Farawni standard koperti bil-kodiċi NM 0105 99 50:

EUR 0,002325 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 25 166 annimal;

Farawni tal-Label Rouge u mrobbija fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 0105 99 50:

EUR 0,003655 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 484 740 annimal;

Dundjani standard koperti bil-kodiċi NM 0105 99 30:

EUR 0,005195 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 66 237 annimal;

Dundjani tal-Label Rouge u mrobbija fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 0105 99 30:

EUR 0,00654 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Summien standard kopert bil-kodiċi NM 0106 39 80:

EUR 0,000605 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 2 407 761 annimal;

Summien tal-Label Rouge u mrobbija fil-beraħ koperti bil-kodiċi NM 0106 39 80:

EUR 0,00107 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 922 861 annimal;

Ħosien koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,009475 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Poulards koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,006575 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

(iii)

Għall-produtturi tal-flieles fil-bidu tat-trobbija:

Tiġieġ fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,013135 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 135 489 annimal;

Farawni fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 0105 99 50:

EUR 0,00812 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 5 004 annimali;

Dundjani fil-bidu tat-trobbija koperti bil-kodiċi NM 0105 99 30:

EUR 0,01261 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

(iv)

Għal produtturi tat-tiġieġ li jbid:

Tiġieġ ta' età żgħira standard għall-bajd kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,00182 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 127 001 annimali;

Tiġieġ ta' età żgħira standard għall-bajd miżmuma f'barn koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,002545 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 25 460 annimal;

Tiġieġ ta' età żgħira organiku għall-bajd kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,00197 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Tiġieġ għall-bajd miżmum fil-gaġeġ kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,004275 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 118 675 annimal;

Tiġieġ għall-bajd miżmum f'barn koperti bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,00575 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Tiġieġ għall-bajd imrobbi fil-beraħ kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,00867 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 33 273 annimal;

Tiġieġ għall-bajd, tal-Label Rouge, kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,009585 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 215-il annimal;

Tiġieġ għall-bajd, organiku, kopert bil-kodiċi NM 0105 94 00:

EUR 0,01306 għal kull annimal u għal kull jum għal massimu ta' 46 887 annimal.

2.   F'każ li l-għadd ta' annimali li ma jkunux ġew prodotti u li huma eliġibbli għall-kumpens jaqbeż l-għadd massimu ta' annimali għal kull oġġett u stabbilit fil-paragrafu 1, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tista' tiġi aġġustata għal kull oġġett u tisboq l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' għadd massimu ta' annimali għal kull oġġett, sakemm it-total tal-aġġustamenti jibqa' taħt l-10 % tal-livell massimu tan-nefqa ffinanzjata parzjalment mill-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 4

Franza għandha twettaq kontrolli amministrattivi u fiżiċi skont l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

B'mod partikolari, Franza għandha tivverifika:

(a)

l-eliġibbiltà tal-applikant li jkun ressaq it-talba għal appoġġ;

(b)

għal kull applikant eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u l-valur tat-telf reali ta' produzzjoni;

(c)

li l-ebda applikant eliġibbli ma jkun irċieva finanzjament minn sorsi oħra bħala kumpens għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2.

Għall-applikanti eliġibbli li jkunu sarulhom il-kontrolli amministrattivi, l-għajnuna finanzjarja tkun tista' tingħata mingħajr ma wieħed jistenna li jsiru l-kontrolli kollha, b'mod partikolari dawk fuq l-applikanti li jintgħażlu għal kontrolli fuq il-post.

F'każijiet meta l-eliġibbiltà ta' applikant ma tkunx ġiet ikkonfermata, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata u għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet.

Artikolu 5

Franza għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1139 tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 59).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


ANNESS

Żoni u perjodi regolati kif jissemmew fl-Artikolu 2

Il-partijiet ta' Franza u l-perjodi stabbiliti skont id-Direttiva 2005/94/KE u speċifikati:

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1139 tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 59).

Fid-Digriet tal-31 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi arranġamenti addizzjonali għall-prevenzjoni, is-sorveljanza u l-ġlieda kontra l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti partijiet tat-territorju (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-2.4.2017, test 24 minn 71).

Fid-Digrieti Prefettorali li jiddikjaraw infezzjoni wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja kkonfermati bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017.

Fid-Digrieti Prefettorali li jirtiraw dikjarazzjonijiet ta' infezzjoni wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja kkonfermati bejn l-1 ta' Diċembru 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017.