|
23.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/109 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/247
tal-15 ta' Frar 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi 2,4,5-trimetiltijażol, 2-isobutiltijażol, 5-(2-idrossietil)-4-metiltijażol, 2-aċetiltijażol, 2-etil-4-metiltijażol, 5,6-diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina u kloridrat tat-tijamina bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanzi 2,4,5-trimetiltijażol, 2-isobutiltijażol, 5-(2-idrossietil)-4-metiltijażol, 2-aċetiltijażol, 2-etil-4-metiltijażol, 5,6-diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina u kloridrat tat-tijamina (“sustanzi kkonċernati”) ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien bid-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' annimali. Sussegwentement, dawk il-prodotti ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi kkonċernati bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' annimali, skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu. L-applikant talab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' April 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li peress li s-sustanzi kkonċernati jintużaw fl-ikel biex jagħtu t-togħma, u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm iktar provi tal-effikaċja tagħhom. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-għalf. L-applikant irtira l-applikazzjoni għall-użu tas-sustanzi kkonċernati fl-ilma tax-xorb. |
|
(5) |
L-Awtorità nnutat ukoll li għas-sustanzi kkonċernati, ġew rikonoxxuti xi perikli għall-ġilda, mill-kuntatt mal-għajnejn u mill-esponiment respiratorju. Il-biċċa l-kbira tas-sustanzi huma kklassifikati bħala irritanti għas-sistema respiratorja. Għaldaqstant, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li huma meħtieġa rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta' dawk is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
L-applikant ippropona livelli ta' użu għas-sustanzi kkonċernati lill-Awtorità. Wara li kkunsidrat dik il-proposta, l-Awtorità kienet tal-fehma li ċerti livelli ta' użu huma sikuri (“livelli kkunsidrati mill-Awtorità”). Għall-fini tal-kontrolli uffiċjali tul il-katina tal-ikel, jenħtieġ li jiġu previsti ċerti rekwiżiti tat-tikkettar. B'mod partikolari, meta l-livelli ta' użu jaqbżu l-livelli kkunsidrati mill-Awtorità, huwa xieraq li jkun meħtieġ li t-tikketta ta' taħlitiet lesti minn qabel u t-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkun fihom is-sustanzi kkonċernati, jinkludu ċertu tagħrif inkluż referenza għal-livelli kkunsidrati mill-Awtorità. |
|
(8) |
Il-fatt li l-użu tas-sustanza kkonċernata fl-ilma tax-xorb mhuwiex awtorizzat ma jipprekludix l-użu tagħha fl-għalf kompost li jiġi mitmugħ mal-ilma. |
|
(9) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawk is-sustanzi, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta' Settembru 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Marzu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-sustanzi, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma” kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta' Marzu 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Marzu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-sustanzi, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma” kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta' Marzu 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Marzu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2016;14(4):4441.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma |
|||||||||||||||||||||
|
2b15019 |
— |
2,4,5-Trimetiltijażol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2,4,5-Trimetiltijażol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 97 % Formula kimika: C6H9NS Numru CAS: 13623-11-5 Numru FLAVIS: 15.019 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 2,4,5-trimetiltijażol fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
|
15.3.2028 |
||||||||||||
|
2b15013 |
— |
2-Isobutiltijażol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Isobutiltijażol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Isobutiltijażol Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 96 % Formula kimika: C7H11NS Numru CAS: 18640-74-9 Numru FLAVIS: 15.013 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 2-isobutiltijażol fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
|
15.3.2028 |
||||||||||||
|
2b15014 |
— |
5-(2-Idrossietil)-4-metiltijażol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 5-(2-Idrossietil)-4-metiltijażol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 5-(2-Idrossietil)-4-metiltijażol Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 96 % Formula kimika: C6H9ONS Numru CAS: 137-00-8 Numru FLAVIS: 15.014 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 5-(2-idrossietil)-4-metiltijażol fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
|
15.3.2028 |
||||||||||||
|
2b15020 |
— |
2-Aċetiltijażol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Aċetiltijażol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Aċetiltijażol Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 97 % Formula kimika: C5H5ONS Numru CAS: 24295-03-2 Numru FLAVIS: 15.020 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 2-aċetiltijażol fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
|
15.3.2028 |
||||||||||||
|
2b15033 |
— |
2-Etil-4-metiltijażol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Etil-4-metiltijażol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Etil-4-metiltijażol Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 97 % Formula kimika: C6H9NS Numru CAS:15679-12-6 Numru FLAVIS: 15.033 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 2-etil-4-metiltijażol fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
|
15.3.2028 |
||||||||||||
|
2b15113 |
— |
5,6-Diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina |
Kompożizzjoni tal-addittiv 5,6-Diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 5,6-Diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 87 % Formula kimika: C15H31NS2 Numru CAS: 74595-94-1 Numru FLAVIS: 15.113 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 5,6-diidro-2,4,6,tris(2-metilpropil)4H-1,3,5-ditijażina fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
|
15.3.2028 |
||||||||||||
|
2b16027 |
— |
Kloridrat tat-tijamina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kloridrat tat-tijamina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Kloridrat tat-tijamina Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 98 % Formula kimika: C12H17ClN4OS · HCl Numru CAS: 67-03-8 Numru FLAVIS: 16.027 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-kloridrat tat-tijamina fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja (HPLC) Farmakopea Ewropea (Ph. Eur. 6.0, metodu 01/2008:0303) |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
|
15.3.2028 |
||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports