16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/223

tal-15 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2), tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ din id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tkun meħtieġa.

(3)

Fil-15 ta' Frar 2018, il-Kunsill iddeċieda li jaġġorna l-entrata għal persuna waħda fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK li jelenka l-persuni u l-entitajiet li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. Din il-persuna ddeżinjata ġiet identifikata mill-Kunsill bħala l-eks President taż-Żimbabwe, responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

(4)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Politika Barranija Strumenti


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

L-entrata tal-persuna fiżika li ġejja taħt l-intestatura “I. Persuni”:

Isem (u kull psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

“(1)

Mugabe, Robert Gabriel

President, imwieled fil-21.2.1924; Passaport AD001095

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.”

tinbidel b'dan li ġej:

Isem (u kull psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

“(1)

Mugabe, Robert Gabriel

imwieled fil-21.2.1924; Passaport AD001095

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.”