16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/221

tal-15 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-referenza tal-Unjoni Ewropea għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (1), u partikolarment l-Artikolu 23a(m) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, mas-saħħa u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-kompiti, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE magħżula huma elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament, inkluż dak li hu responsabbli għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-laboratorju ta' referenza tal-UE għat-TSEs u l-kompiti speċifiċi tiegħu.

(3)

L-għażla tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għat-TSEs, li bħalissa jinsab fir-Renju Unit, se tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2018 b'konsegwenza tan-notifika li għamel ir-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

Jinħtieġ li jkun hemm laboratorju ta' referenza tal-UE għat-TSEs sabiex jiġu żgurati l-kwalità għolja u l-affidabbiltà tal-metodi dijanjostiċi għat-TSEs kif ukoll l-applikazzjoni uniformi tagħhom madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, fid-29 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jintgħażel laboratorju ta' referenza tal-UE għat-TSEs. Wara li titlesta l-proċedura tal-għażla, il-konsorzju magħżul — jiġifieri dak magħmul mill-Istituto Zooprofilatticoo Sperimentale del Piemonte Liguria e della Valle d'Aosta (IZSPLVA) u mill-Istituto Superiore di Sanità (ISS) — li se jitmexxa mill-ewwel istituzzjoni msemmija, għandu jinħatar bħala l-laboratorju ta' referenza tal-UE għat-TSEs.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 999/2001 u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 jiġu emendati skont dan.

(6)

Sabiex ma jkunx hemm tfixkil tal-attivitajiet tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għat-TSEs u sabiex il-laboratorju ta' referenza tal-UE l-ġdid ikollu biżżejjed ħin biex isir operattiv bis-sħiħ, jixraq li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu B tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-laboratorju ta' referenza tal-UE għat-TSEs huwa konsorzju magħmul mill-Istituto Zooprofilattico Sperimentale del Piemonte Liguria e della Valle d'Aosta (IZSPLVA) u mill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), immexxi minn IZSPLVA:

 

Istituto Zooprofilattico Sperimentale del Piemonte, Liguria e Valle d'Aosta (IZSPLVA)

Via Bologna 148

10154 Torino

L-Italja

 

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

Viale Regina Elena 299

00161 Roma

L-Italja”.

Artikolu 2

Fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punt 13 jinbidel b'dan li ġej:

“13.

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)

Il-laboratorju msemmi fil-punt 1 tal-Kapitolu B tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.