6.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/174

tat-2 ta' Frar 2018

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi, tal-kompożizzjoni tal-familja u tal-evoluzzjoni tal-introjtu għall-2019

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, sabiex jiġi żgurat li, fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, ikun hemm disponibbli dejta komparabbli u aġġornata, kemm trasversali kif ukoll lonġitudinali, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, kull sena jridu jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni biex jispeċifikaw l-oqsma sekondarji fil-mira u l-fatturi varjabbli li jridu jiġu inklużi f'dik is-sena fil-komponent trasversali tal-UE-SILC. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2019 dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi, tal-kompożizzjoni tal-familja u tal-evoluzzjoni tal-introjtu.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2019 dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi, tal-kompożizzjoni tal-familja u tal-evoluzzjoni tal-introjtu, parti mill-komponent trasversali tal-UE-SILC, għandha tiġi stipulata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2019 dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi, tal-kompożizzjoni tal-familja u tal-evoluzzjoni tal-introjtu, parti mill-komponent trasversali tal-UE-SILC, għandhom ikunu kif ġej:

1.   Unitajiet

Għandha tingħata informazzjoni dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi għall-membri attwali kollha tal-familja jew, jekk ikun applikabbli, għar-rispondenti magħżula kollha ta' età 'il fuq min 24 sena u taħt is-60 sena.

L-informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-introjtu u l-kompożizzjoni tal-familja tapplika fil-livell tal-familja u tirreferi għall-familja kollha kemm hi.

2.   Metodu ta' ġbir tad-dejta

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu ta' ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membri attwali kollha tal-familja u, jekk applikabbli, għar-rispondenti magħżula kollha ta' età 'il fuq minn 24 sena u taħt is-60 sena.

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell tal-familja, il-metodu ta' ġbir tad-dejta huwa intervista personali mar-rispondent tal-familja.

Jekk il-persuni rilevanti huma temporanjament assenti jew inabilitati, l-intervisti permezz ta' prokura huma permessi bħala eċċezzjoni.

3.   Perjodu ta' referenza

Għall-fatturi varjabbli li jikkonċernaw it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi, il-perjodu ta' referenza għandu jkun meta l-intervistat kellu madwar 14-il sena.

Għall-fatturi varjabbli li jikkonċernaw l-evoluzzjoni tal-introjtu u l-kompożizzjoni tal-familja (grid tal-unità domestika), il-perjodu ta' referenza għandu jkun il-perjodu attwali.

4.   Definizzjonijiet tat-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi

(1)   Missier: il-persuna li l-intervistat iqis li jkun missieru meta kellu madwar 14-il sena. Ġeneralment, il-missier ikun il-missier bijoloġiku, iżda jekk l-intervistat iqis lil xi ħadd ieħor bħala missieru waqt il-perjodu ta' referenza, it-tweġibiet jenħtieġ li jirreferu għal din il-persuna, anki jekk il-missier bijoloġiku jkun ħaj u magħruf.

(2)   Omm: il-persuna li l-intervistat iqis li tkun ommu meta kellu madwar 14-il sena. Ġeneralment, l-omm tkun l-omm bijoloġika, iżda jekk l-intervistat iqis lil xi ħadd ieħor bħala ommu waqt il-perjodu ta' referenza, it-tweġibiet jenħtieġ li jirreferu għal din il-persuna, anki jekk l-omm bijoloġika tkun ħajja u magħrufa.

(3)   Familja: tirreferi għall-familja li fiha kien jgħix ir-rispondent meta kellu madwar 14-il sena.

Jekk il-ġenituri tar-rispondent kienu divorzjati/separati u l-kustodja kienet maqsuma b'mod ugwali (50 % tal-ħin għal kull ġenitur), ir-rispondent għandu l-possibbiltà li:

jagħżel il-familja tiegħu fuq bażi oġġettiva, meta jitqies l-indirizz ewlieni tiegħu meta kellu madwar 14-il sena (jiġifieri dak fir-reġistru tal-popolazzjoni u fil-karta tal-identità/passaport tiegħu);

jagħżel il-familja tiegħu fuq bażi soġġettiva skont fejn kien iħossu l-iktar id-dar meta kellu madwar 14-il sena.

Jekk il-ġenituri tar-rispondent kienu divorzjati/separati u l-kustodja ma kinitx maqsuma b'mod ugwali, il-familja jenħtieġ li tkun dik fejn ir-rispodent għex fil-biċċa l-kbira taż-żmien jew il-ħin kollu.

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta dwar il-Familja (il-fajl H) u fil-Fajl tad-Dejta Personali (il-fajl P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

 

Modulu tal-ittestjar tal-2019

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi

Isem tal-varjabbli

Kodiċi

Fattur varjabbli fil-mira

Dejta tal-familja

PT220

 

Tip ta' familja meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Familja

2

Għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni

PT220_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT230

 

Preżenza tal-omm meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Iva

2

Le, ma kinitx tgħix fl-istess familja iżda kelli kuntatt

3

Le, ma kinitx tgħix fl-istess familja u ma kellix kuntatt

4

Le, mejta

PT0230_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT240

 

Preżenza tal-missier meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Iva

2

Le, ma kienx jgħix fl-istess familja iżda kelli kuntatt

3

Le, ma kienx jgħix fl-istess familja u ma kellix kuntatt

4

Le, mejjet

PT240_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT020

 

Numru ta' adulti meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

Numru (2 ċifri) 0-99

PT020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT030

 

Numru ta' tfal meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

Numru (2 ċifri) 0-99

PT030_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT040

 

Numru ta' persuni fil-familja attiva meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

Numru (2 ċifri) 0-99

PT040_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT250

 

Livell ta' urbanizzazzjoni meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Belt (aktar minn 100 000 abitant)

2

Belt żgħira jew subborg (minn 10 000 sa 100 000 abitant)

3

Żona rurali, belt żgħira ħafna jew villaġġ (inqas minn 10 000 abitant)

PT250_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT210

 

Status tal-akkomodazzjoni meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Propretarju

2

Kera

3

L-akkomodazzjoni ngħatat b'xejn

– 1

Ma nafx

PT210_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

Sfond tal-ġenituri

PT060

 

Pajjiż tat-twelid tal-missier

 

Pajjiż tat-twelid tal-missier (kodiċi SCL GEO alpha-2)

– 1

Ma nafx

PT060_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — Il-missier mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejjet

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT070

 

Ċittadinanza tal-missier

 

Il-pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija (kodiċi SCL GEO alpha-2)

– 1

Ma nafx

PT070_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — Il-missier mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejjet

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT090

 

Pajjiż tat-twelid tal-omm

 

Pajjiż tat-twelid tal-omm (kodiċi SCL GEO alpha-2)

– 1

Ma nafx

PT090_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — L-omm mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejta

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT100

 

Ċittadinanza tal-omm

 

Il-pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija (kodiċi SCL GEO alpha-2)

– 1

Ma nafx

PT100_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — L-omm mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejta

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

Dejta dwar l-edukazzjoni

PT110

 

L-ogħla livell ta' edukazzjoni miksub mill-missier

1

Livell baxx (inqas mill-primarja, edukazzjoni primarja jew edukazzjoni sekondarja baxxa)

2

Livell medju (edukazzjoni sekondarja għolja u edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja)

3

Livell għoli (ċiklu qasir ta' edukazzjoni terzjarja, baċellerat jew livell ekwivalenti, master's jew livell ekwivalenti, dottorat jew livell ekwivalenti)

– 1

Ma nafx

PT110_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — Il-missier mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejjet

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT120

 

L-ogħla livell ta' edukazzjoni miksub mill-omm

1

Livell baxx (inqas mill-primarja, edukazzjoni primarja jew edukazzjoni sekondarja baxxa)

2

Livell medju (edukazzjoni sekondarja għolja u edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja)

3

Livell għoli (ċiklu qasir ta' edukazzjoni terzjarja, baċellerat jew livell ekwivalenti, master's jew livell ekwivalenti, dottorat jew livell ekwivalenti)

– 1

Ma nafx

PT120_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — L-omm mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejta

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

Dejta dwar ix-xogħol

PT130

 

Status tal-attività tal-missier meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Impjegat li jaħdem full-time

2

Impjegat li jaħdem part-time

3

Ħaddiem għal rasu jew jgħin fin-negozju tal-familja

4

Qiegħed/ifittex xogħol

5

Irtirat

6

B'diżabbiltà permanenti u/jew ma jistax jaħdem

7

Għandu xogħlijiet domestiċi u responsabbiltajiet ta' kura

8

Persuna mhux attiva oħra

– 1

Ma nafx

PT130_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — Il-missier mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejjet

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT140

 

Pożizzjoni maniġerjali tal-missier meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Iva

2

Le

– 1

Ma nafx

PT140_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 4

Mhux applikabbli — Il-missier ma jaħdimx (mhux impjegat)

– 5

Mhux applikabbli — Il-missier mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejjet

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT150

 

Xogħol ewlieni tal-missier meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

 

Kodiċi ISCO-08(COM) (ċifra 1)

– 1

Ma nafx

PT150_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 4

Mhux applikabbli — Il-missier ma jaħdimx (mhux impjegat)

– 5

Mhux applikabbli — Il-missier mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejjet

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT160

 

Status tal-attività tal-omm meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Impjegata li taħdem full-time

2

Impjegata li taħdem part-time

3

Ħaddiema għal rasha jew tgħin fin-negozju tal-familja

4

Qiegħda/tfittex xogħol

5

Irtirata

6

B'diżabbiltà permanenti u/jew ma tistax taħdem

7

Għandha xogħlijiet domestiċi u responsabbiltajiet ta' kura

8

Persuna mhux attiva oħra

– 1

Ma nafx

PT160_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 5

Mhux applikabbli — L-omm mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejta

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT170

 

Pożizzjoni maniġerjali tal-omm meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Iva

2

Le

– 1

Ma nafx

PT170_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 4

Mhux applikabbli — L-omm ma taħdimx (mhux impjegata)

– 5

Mhux applikabbli — L-omm mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejta

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT180

 

Xogħol ewlieni tal-omm meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

 

Kodiċi ISCO-08(COM) (ċifra 1)

– 1

Ma nafx

PT180_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 4

Mhux applikabbli — L-omm ma taħdimx (mhux impjegata)

– 5

Mhux applikabbli — L-omm mhux preżenti u ma hemmx kuntatt jew mejta

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

Privazzjoni materjali

PT190

 

Sitwazzjoni finanzjarja tal-familja meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Ħażina ħafna

2

Ħażina

3

Moderatament ħażina

4

Moderatament tajba

5

Tajba

6

Tajba ħafna

– 1

Ma nafx

PT190_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT260

 

Bżonnijiet bażiċi tal-iskola (kotba u tagħmir għall-iskola) miksuba meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena.

1

Iva

2

Le, minħabba raġunijiet finanzjarji

3

Le, minħabba raġunijiet oħra

PT260_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT270

 

Meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena, ta' kuljum kellu ikla bil-laħam, bit-tiġieġ, bil-ħut (jew l-ekwivalenti veġetarjana)

1

Iva

2

Le, minħabba limiti finanzjarji

3

Le, raġuni oħra

PT270_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

PT280

 

Ġimgħa ta' vaganzi kull sena 'l bogħod mid-dar meta r-rispondent kellu madwar 14-il sena

1

Iva

2

Le, minħabba limiti finanzjarji

3

Le, raġuni oħra

PT280_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (għex f'familja kollettiva jew f'istituzzjoni)

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

 

Modulu fakultattiv tal-ittestjar tal-2019

Evoluzzjoni tal-introjtu u l-kompożizzjoni tal-familja

Isem tal-varjabbli

Kodiċi

Fattur varjabbli fil-mira

HI010

 

Tibdil fl-introjtu meta mqabbel mas-sena ta' qabel (FAKULTATTIV)

1

Żdied

2

Bejn wieħed u ieħor baqa' l-istess

3

Naqas

HI010_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

HI020

 

Raġuni għaż-żieda (FAKULTATTIV)

1

Indiċjar/rivalutazzjoni tas-salarju

2

Żieda fil-ħin tax-xogħol, paga jew salarju (l-istess impjieg)

3

Lura fis-suq tax-xogħol wara mard, paternità/maternità, liv tal-ġenituri, tħaris tat-tfal jew tħaris ta' persuna b'mard jew diżabbiltà

4

Bidu jew tibdil tal-impjieg

5

Bidla fil-kompożizzjoni tal-familja

6

Żieda fil-benefiċċji soċjali

7

Oħrajn

HI020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli HI010≠1

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

HI030

 

Raġuni għat-tnaqqis fl-introjtu (FAKULTATTIV)

1

Tnaqqis fil-ħin tax-xogħol, paga jew salarju (l-istess impjieg), inkluż xogħol għal rashom (involuntarju)

2

Paternità/maternità/liv tal-ġenituri/tħaris tat-tfal/tħaris ta' persuna b'mard jew diżabbiltà

3

Bidla tal-impjieg

4

Telf tal-impjieg/qgħad/falliment tal-intrapriża (proprja)

5

Sar ma jistax jaħdem minħabba mard jew diżabbiltà

6

Divorzju/tmiem ta' sħubija/tibdil ieħor fil-kompożizzjoni tal-familja

7

Irtirar

8

Tnaqqis fil-benefiċċji soċjali

9

Oħrajn

HI030_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli HI010≠3

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

HI040

 

Introjtu ulterjuri (FAKULTATTIV)

1

Żdied

2

Baqa' l-istess

3

Naqas

HI040_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Mhux ir-“rispondent magħżul”

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)

HGYX (1)

 

Grid tal-unità domestika (FAKULTATTIV)  (2)

10

Sieħeb/sieħba (livell baxx)

11

Raġel/mara/sieħeb jew sieħba ċivili (livell għoli)

12

Sieħeb jew sieħba/koabitant jew koabitanta (livell għoli)

20

Iben/bint (livell baxx)

21

Iben/bint naturali/addottat jew addottata (livell għoli)

22

Iben/bint ir-raġel jew il-mara (livell għoli)

30

Iben/bint tar-rispett (livell għoli; baxx)

40

Neputi/neputija (livell għoli; baxx)

50

Ġenitur (livell baxx)

51

Ġenitur naturali/addottiv (livell għoli)

52

Żewġ jew mart il-ġenitur (livell għoli)

60

Ġenitur tar-rispett (livell għoli; baxx)

70

Nannu/nanna (livell għoli; baxx)

80

Ħu/oħt (livell baxx)

81

Ħu/oħt naturali (livell għoli)

82

Ħu/oħt minn żwiġijiet oħra (livell għoli)

90

Qarib ieħor (livell għoli; baxx)

95

Persuna oħra li mhux qarib (livell għoli; baxx)

99

Mhux iddikjarat (livell għoli; baxx)

HGYX_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (persuna waħda fil-familja)

– 7

Mhux applikabbli (RB010≠2019)


(1)  X = 1,…, numru ta' persuni fil-familja – 1

Y = 2,…, numru ta' persuni fil-familja

Y > X.

(2)  Jistgħu jintużaw il-kategoriji ta' tweġibiet ta' livell baxx u/jew ta' livell għoli.