6.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/172
tat-28 ta' Novembru 2017
li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat Minn Qabel għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (Konvenzjoni ta' Rotterdam), iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2). |
(2) |
Is-sustanza 3-deken-2-on ma ġietx approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bl-effett li l-użu tas-sustanza bħala pestiċida huwa pprojbit u għalhekk din is-sustanza jenħtieġ li tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(3) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva karbendażim skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tal-karbendażim bħala pestiċida fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa pprojbit u għalhekk din is-sustanza jenħtieġ li tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(4) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tepralossidim skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tat-tepralossidim bħala pestiċida huwa pprojbit u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(5) |
Is-sustanzi ċibutrin u triklosan ma ġewx approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), bl-effett li dawk is-sustanzi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk jenħtieġ li jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(6) |
Is-sustanza triflumuron ma ġietx approvata għall-użu fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, bl-effett li dik is-sustanza hija pprojbita għall-użu fis-sottokategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi” u għalhekk jenħtieġ li tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(7) |
Is-sustanzi 5-tert-butil-2,4,6-trinitro-m-ksilen, benżilbutilftalat, ftalat tad-diisobutil, pentaossidu tad-diarseniku u fosfat tat-tris (2-kloruetil) huma elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) peress li ġew identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna. Konsegwentement, huma soġġetti għal awtorizzazzjoni. Billi ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni, dawk is-sustanzi huma severament ristretti għall-użu industrijali. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiżdiedu mal-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(8) |
Fis-seba' laqgħa tagħha, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet li tinkludi l-metamidofos fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dik is-sustanza kimika tiġi soġġetta għall-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel skont dik il-Konvenzjoni. Il-Konferenza tal-Partijiet iddeċidiet ukoll li tħassar l-entrata eżistenti fl-Anness III għall-“metamidofos (formulazzjonijiet likwidi li jinħallu li jaqbżu s-600 g ta' ingredjent attiv/l)”. Għalhekk, dawk il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fil-listi ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(9) |
Fis-seba' laqgħa tagħha, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni ta' Stokkolma”), li ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (6), iddeċidiet li tinkludi s-sustanzi eżaklorobutadjen u polikloronaftaleni fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Dawk is-sustanzi jinsabu elenkati fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u għalhekk jenħtieġ li jiżdiedu fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Stokkolma. |
(10) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 (8), is-sustanza kimika eżabromoċiklododekan (HBCDD) ġiet miżjuda fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 wara d-deċiżjoni li tittieħed fis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma, li saret bejn it-28 ta' April u l-10 ta' Mejju 2013, biex dik is-sustanza tiġi elenkata fil-Parti 1 tal-Anness A ta' dik il-Konvenzjoni. Konsegwentement, dik is-sustanza kimika jenħtieġ li tiżdied fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(11) |
Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma tippermetti r-riċiklaġġ ta' prodotti li fihom jew li jista' jkun fihom l-etere tat-tetrabromodifenil u l-etere tal-pentabromodifenil jew l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil, u l-użu u r-rimi finali ta' prodotti mmanifatturati minn materjali riċiklati li fihom dawk is-sustanzi diment li jittieħdu passi biex jiġu evitati l-esportazzjonijiet ta' dawn il-prodotti li fihom livell jew konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi li jaqbżu dawk permessi għall-bejgħ, l-użu, l-importazzjoni jew il-manifattura ta' dawk l-oġġetti fit-territorju tal-Parti rispettiva. Sabiex jiġi implimentat dak l-obbligu fl-Unjoni, il-prodotti li jkun fihom konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi ta' 0,1 % jew aktar skont il-piż meta jiġu prodotti b'mod parzjali jew għalkollox minn materjali riċiklati jew minn materjali mill-iskart ippreparat għall-użu mill-ġdid jenħtieġ li jiġu projbiti għall-esportazzjoni billi jiżdiedu fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu ta' żmien raġonevoli li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-konformità ma' dan ir-Regolament u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I (ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4).
ANNESS I
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
Fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
Deskrizzjoni ta' sustanzi kimiċi/prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni |
Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.) |
|
|
“Eżaklorobutadjen |
Nru KE 201-765-5 Nru CAS 87-68-3, Kodiċi tan-NM 2903 29 00 |
|
Polikloronaftaleni |
Nru KE 274-864-4 Nru CAS 70776-03-3 u oħrajn Kodiċi tan-NM 3824 99 93 |
|
Eżabromoċiklododekan |
Nru KE 247-148-4, 221-695-9 Nru CAS 25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8 u oħrajn Kodiċi tan-NM 2903 89 80 |
Prodotti li jkun fihom konċentrazzjonijiet sa 0,1 % jew aktar skont il-piż ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil jew ta' etere tal-ettabromodifenil meta jiġu prodotti b'mod parzjali jew għalkollox minn materjali rriċiklati jew minn materjali mill-iskart ippreparat għall-użu mill-ġdid |
Etere tat-tetrabromodifenil |
Nru KE 254-787-2 u oħrajn Nru CAS 40088-47-9 u oħrajn Kodiċi tan-NM 2909 30 38 |
Etere tal-pentabromodifenil |
Nru KE 251-084-2 u oħrajn Nru CAS 32534-81-9 u oħrajn Kodiċi tan-NM 2909 30 31 |
|
Etere tal-eżabromodifenil |
Nru KE 253-058-6 u oħrajn Nru CAS 36483-60-0 u oħrajn Kodiċi tan-NM 2909 30 38 |
|
Etere tal-ettabromodifenil |
Nru KE 273-031-2 u oħrajn Nru CAS 68928-80-3 u oħrajn Kodiċi tan-NM 2909 30 38 ”. |