|
1.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/155
tal-31 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jalloka l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi lil Stat Membru relatur u lil Stat Membru korelatur, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid. Billi l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn l-1 ta' Jannar 2022 u l-31 ta' Diċembru 2024 għadha ma ġietx allokata lil Stat Membru relatur jew lil Stat Membru korelatur, jixraq li din l-allokazzjoni ssir. |
|
(2) |
Minħabba t-tul tal-proċess tal-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi, u minħabba n-notifika riċenti tar-Renju Unit bi qbil mal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (3), jeħtieġ li tiġi allokata mill-ġdid l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012, li r-Renju Unit huwa l-Istat Membru relatur jew il-korelatur tagħhom, u li dwarhom għad ma ġiex ippreżentat dossier supplimentari. Is-sustanzi attivi kkonċernati huma s-sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, l-ażossistrobina, il-bupirimat, il-karbetammid, il-klormekwat, l-etilen, il-fenbukonażol, il-fluwopikolid, il-flukinkonażol, il-flutriafol, l-estratt tat-tewm, il-metażaklor, il-miklobutanil, il-paklobutrażol, il-bżar, iż-żjut tal-pjanti/iż-żejt taċ-ċitronella, il-propakiżafop, il-kwiżalofop-p-etil, il-kwiżalofop-p-tefuril, it-tri-allat u l-urea. |
|
(3) |
Dik l-allokazzjoni għandha ssir b'tali mod li jinkiseb bilanċ fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri. |
|
(4) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr billi l-iskadenza biex jiġi ppreżentat id-dossier supplimentari ta' xi wħud mis-sustanzi attivi kkonċernati hija t-28 ta' Frar 2018. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti B, l-entrati korrispondenti mas-sustanzi attivi s-Sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, l-Ażossistrobina, il-Bupirimat, il-Karbetammid, il-Klormekwat, l-Etilen, il-Fenbukonażol, il-Fluwopikolid, il-Flukinkonażol, il-Flutriafol, l-Estratt tat-tewm, il-Metażaklor, il-Miklobutanil, il-Paklobutrażol, il-Bżar, iż-Żjut tal-pjanti/iż-Żejt taċ-ċitronella, il-Propakiżafop, il-Kwiżalofop-P-etil, il-Kwiżalofop-P-tefuril, it-Tri-allat u l-Urea huma sostitwiti bl-entrati korrispondenti li ġejjin:
|
|
(2) |
Din il-Parti C hija miżjuda: “ PARTI C L-ALLOKAZZJONI TAL-EVALWAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI LI L-APPROVAZZJONI TAGĦHOM TISKADI WARA L-31 TA' DIĊEMBRU 2021 U MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA' DIĊEMBRU 2024
|