|
1.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/153
tat-23 ta' Ottubru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art. |
|
(2) |
Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-pjanijiet ta' skartar permezz ta' att delegat għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti li jiġu żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran applikabbli mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019, wara tliet rakkomandazzjonijiet konġunti sottomessi lill-Kummissjoni fl-2016 minn għadd ta' Stati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni fil-Baħar Mediterran (il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, Malta u s-Slovenja rispettivament). Dawk it-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti, kkonċernaw rispettivament il-Punent tal-Baħar Mediterran, il-Baħar Adrijatiku, il-Baħar Mediterran u x-Xlokk tal-Ewropa. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art japplika għas-sajd demersali fil-Baħar Mediterran sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 għal dawk l-ispeċijiet li jiddefinixxu dak it-tip ta' sajd. |
|
(5) |
Fit-2 ta' Ġunju 2017, Franza, l-Italja u Spanja ppreżentaw lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni konġunta għal “Pjan għall-Iskartar għas-Sajd Demersali fil-Punent tal-Mediterran (2018)” wara konsultazzjonijiet fi ħdan il-Grupp reġjonali ta' Livell Għoli PESCAMED. L-istess Stati Membri ppreżentaw informazzjoni u dejta addizzjonali fil-5 ta' Lulju 2017 fuq talba mill-Kummissjoni. |
|
(6) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida ppreżentata minn Franza, l-Italja u Spanja għall-Punent tal-Mediterran tipproponi li l-eżenzjoni tas-sopravivenza, prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/86 tiġi applikata wkoll għas-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha fil-Punent tal-Baħar Mediterran. Din tipproponi wkoll li l-applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni ta' sopravivenza għall-pellegrini (Pecten jacobeus), il-vongole (Venerupis spp.) u l-gandoffli ta' Venere (Venus spp.), kollha maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD), tiġi estiża għall-Punent tal-Baħar Mediterran |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-istess rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li tiġi estiża d-definizzjoni tal-Punent tal-Baħar Mediterran għall-finijiet ta' dan il-pjan ta' skartar permezz tal-inklużjoni tas-Subżona Ġeografika (GSA) 12 tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM). |
|
(8) |
Dik ir-rakkomandazzjoni konġunta tipproponi wkoll definizzjoni mill-ġdid tas-sajd għat-trilja billi jiġu inklużi l-ispeċijiet kollha tat-trill (Mullus spp.), jiġifieri t-trilja tal-ħama u t-trilja tal-qawwi. |
|
(9) |
L-istess rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li jiġi aġġornat il-perjodu ta' referenza għas-snin 2015 u 2016 biex jiġi determinat il-volum ta' ħatt l-art ta' merluzz u ta' trill għal kull bastiment fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art. |
|
(10) |
Finalment, ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li l-eżenzjoni ta' sopravivenza, stabbilita għall-molluski bivalvi (jiġifieri l-pellegrini (Pecten jacobaeus), il-vongole (Venerupis spp.) u l-gandoffli ta' venere (Venus spp.)) fil-Punent tal-Mediterran jiġu applikati anki fis-snin 2018 u 2019. |
|
(11) |
Fit-28 ta' Ġunju 2017, il-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja ssottomettew lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni konġunta ġdida għall-Baħar Adrijatiku li tipprovdi dejta ġdida dwar ir-rati ta' sopravivenza tal-lingwata komuni (Solea solea) għas-snin 2015 u 2016 wara konsultazzjonijiet fi ħdan il-Grupp reġjonali ta' Livell Għoli Adriatica. |
|
(12) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida ppreżentata mill-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja tipproponi li l-eżenzjoni ta' sopravivenza għal-lingwata komuni fil-Baħar Adrijatiku tiġi applikata wkoll fis-snin 2018 u 2019. |
|
(13) |
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti ġew ivvalutati mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) fl-10–14 ta' Lulju 2017 (3). L-STECF ikkonkluda fl-evalwazzjoni tiegħu li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri rigward ir-rati ta' sopravivenza għal-lingwata komuni, għall-pellegrini, għall-vongole, għall-gandoffli ta' Venere u għall-iskampu mhijiex kompleta. Billi l-evidenza dwar ir-rati ta' sopravivenza ta' dawn l-ispeċijiet mhix konklużiva, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni tas-sopravivenza li hi permessa skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenħtieġ li tiddaħħal f'dan ir-Regolament għal sena waħda biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jieħdu impenn biex iressqu d-dejta rilevanti lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun biex l-STECF ikun jista' jevalwa bis-sħiħ il-ġustifikazzjonijiet għall-eżenzjoni u biex il-Kummissjoni tagħmel il-valutazzjoni tagħha. |
|
(14) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-emendi proposti għall-pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran, huma kompatibbli mal-miżuri ta' konservazzjoni eżistenti fiż-żona. |
|
(15) |
Il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta ġdida jikkonformaw mal-Artikolu 15(4) u 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiġu inklużi fil-pjan ta' skartar stabbilit bir-Regolament Delegat (UE) 2017/86. |
|
(16) |
Jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 jiġi emendat skont dan. |
|
(17) |
Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2018. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/86 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 2, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej: “ “Il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11.2, u 12” |
|
2. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “L-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li dwarhom l-evidenza xjentifika turi li għandhom rati għoljin ta' sopravivenza, fl-2018 għandha tapplika għall:
(*1) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament jirreferu għall-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 122, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.” " il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Il-lingwati komuni (Solea solea), il-pellegrini (Pecten jacobeus), il-vongole (Venerupis spp.) u l-gandoffli ta' venere (Venus spp.) u l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabdu fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinħelsu minnufih fiż-żona fejn ikunu nqabdu.” il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Sal-1 ta' Mejju 2018, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Mediterran lill-Kummissjoni għandhom jippreżentawlha dejta dwar l-iskartar addizzjonali barra dik prevista fir-Rakkomandazzjonijiet Konġunti tat-2 u tat-28 ta' Ġunju kif ukoll tas-6 ta' Lulju 2017, u kull informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li ssostni l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Għall-iskampu (Nephrops norvegicus), l-Istati Membri għandhom jissottomettu dejta li tkun tipprovdi prova addizzjonali għar-rati ta' sopravivenza fix-xhur tas-sajf. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-sajd (STECF) għandu jevalwa dik id-dejta u dik l-informazzjoni sa mhux aktar tard minn Lulju 2018.” |
|
3. |
Fl-Artikolu 4(a), il-punti (i) u (ii) jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
4. |
It-Tabella 1 tal-Anness tinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.1.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 tal-20 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran(ĠU L 14, 18.1.2017, p. 4).
(3) Ir-rapport tal-55 laqgħa plenarja tal-STECF huwa disponibbli fuq https://stecf.jrc.ec.europa.eu/reports/plenary
ANNESS
1. Il-Punent tal-Baħar Mediterran
|
Tip ta' sajd |
Irkaptu tas-sajd |
L-obbligu ta' ħatt l-art |
|
Merluzz (Merluccius merluccius) (1) |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) |
Fejn it-total ta' ħatt l-art għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u l-2016 kien jikkonsisti f'iktar minn 25 % ta' merluzz, il-qabdiet kollha tal-merluzz għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. |
|
Il-konzijiet kollha (LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM) |
||
|
Il-pariti u l-għeżula kollha (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) |
||
|
Trill (Mullus spp) Kodiċijiet tal-FAO MUT, MUR, MUX (1) |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) |
Fejn it-total ta' ħatt l-art għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u l-2016 kien jikkonsisti f'iktar minn 25 % ta' trill, il-qabdiet kollha tat-trill għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. |
|
Il-konzijiet kollha (LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM) |
||
|
Il-pariti u l-għeżula kollha (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) |
||
|
Pellegrini (Pecten jacobeus), vongole (Venerupis spp.), gandoffli ta' Venere (Venus spp.) |
Il-gangmi mekkanizzati kollha HMD |
|
|
Skampi (Nephrops norvegicus) |
Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX |
Il-qabdiet kollha tal-iskampi huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. |
(1) Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont dan ir-Regolament għandhom jibqgħu fuq il-lista minkejja l-emendi għal dan ir-Regolament permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2018/153 u għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.